Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36602 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Sekondarji — Instructors

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk issa li l-instructors kollha ġew posted fl-iskejjel sekondarji wasalx iż-żmien li ssir lista waħda tas-seniority għal gradi u karigi kollha fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm diversi gradi li huma regolati minn Classification Regrading and Assimilation Agreements differenti, u li għalkemm jeżistu seniority lists tal-gradi differenti, tmur kontra r-regolamenti stabbiliti li ssir lista waħda tas-sneiority għall-gradi u karigi kollha fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.

Qormi — Triq il-Ħabbież - Arblu tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li ttieħed azzjoni biex arblu tad-dawl li jinsab fit-triq 'il barra mill-bankina u għaldaqstant huwa ta' żgombru u ta' periklu fi Triq il-Ħabbież, Ħal Qormi, quddiem il-fond bit-titolu St Anthony jitneħħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #36606 Sitting 810 2002-11-05 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Promozzjonijiet

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'għarfien qed tingħata s-sengħa/snajja tal-membri fl-armata, fl-għoti tal-promozzjonijiet? Huwa minnu li l-kwalifiki akkademiċi qed jingħataw l-importanza assoluta fl-għoti tal-promozzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li s-snajja rikonoxxuti mill-Forzi Armati jinghataw l-istess gharfien fil-principju daqs kwalifiki akkademici. Fil-fatt l-ghola marka totali li suldat jista’ jgib kemm ghal kwalifiki akkademici kif ukoll fis-sezzjoni ghas-snajja hija ta’ mitt punt. Ghaldaqstant, mhux minnu li l-kwalifiki akkademici qed jinghataw importanza assoluta fl-ghoti tal-promozzjonijiet.

Wages Councils — Kundizzjonijiet ta' l-impjiegi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk issa fid-dawl tal-liġi l-ġdida dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali, hux se jkun hemm reviżjoni ta' legal notices dwar kundizzjonijiet ta' l-impjiegi, eċċ. li kienu ġew introdotti b'riżultat ta' deċiżjonijiet minn wages councils?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-liġi l-ġdida dwar il-Kondizzjonijiet ta' l-Impieg u tar-Relazzjonijiet Industrijali tipprovdi għall-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impiegi. Il-funzjonijiet tal-Bord huma:- a. li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru dwar xi standard nazzjonali minimu ta' kondizzjonijiet ta' l-impieg, bl-iskop li tidħol f'ordni ta' standard nazzjonali; b. li jagħmel rakomandazzjonijiet lill-Ministru dwar kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' settur, b' l-għan li dan is-settur jiġi regolat; c. li jagħti pariri lill-Ministru fuq kull ħaġa li jkollha x'taqsam mal-kondizzjonijiet ta' l-impieg jew fuq hwejjeg riferiti lill-Bord mill-Ministru. Huwa mistenni li dan il-Bord jagħmel rakomandazzjonijiet li jidhirlu xierqa biex jaġġornaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol.
Leg 9 PQ #36597 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kull sena kemm kien in-numru ta' ħaddiema mpjegati fis-servizz pubbliku fil-grad ta' skrivan, uffiċjal eżekuttiv, assistent prinċipal, prinċipal u principal anzjan fis-snin 1998, 1999, 2000 u 2001?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba flimkien ma’ xi dettalji ohra li jaghtu stampa aktar kompleta.

Lands Department — Rabat - Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għad fadal ħlasijiet pendenti daparti tad-dipartiment ta' l-artijiet lil sidien ta' l-art u bdiewa rigward l-iskema tad-djar 'Tal-Far', Rabat, Għawdex u għaliex il-ħlas għadu ma sarx? Kemm ilu pendenti dan il-ħlas dovut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-ħlasijiet għall-art lis-sidien tal-proprjeta` fejn hemm l-iskema tad-djar f`Tal-Far, Rabat Għawdex għadhom kollha pendenti ħlief għal għalqa waħda li tħallas il-kumpens għaliha. Il-pendenzi jmorru lura għas-sena li ttieħdu mill-Gvern; hemm minnhom fl-1988, oħrajn fl-1989 u oħrajn fl-1991. Il-ħlas għadu ma sarx għaliex fil-każi kollha ħlief għal wieħed, għadhom qed isiru r-riċerki biex jiġi aċċertat minn min huma s-sidien tal-proprjeta`.
Leg 9 PQ #36599 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Vacation Leave

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il ġurnata qabel ħaddiem tal-gvern għandu jissottometti l-applikazzjoni tiegħu għall-vacation leave? Jista' jgħid ukoll jistax xi ministeru jew dipartiment itawwal dan il-perijodu arbitrarjament? Jekk fl-affermattiv, dan jista' jaqbad u jagħmel hekk bla ma jitlob permess ta' ħadd lanqas ta' l-uffiċċju tal-Prim Ministru?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-“Public Service Management Code”, sezzjoni 4.2.2, jaghmilha cara li huwa l-kap tad-dipartiment li jawtorizza l-“vacation leave” u li ghandu r-responsabbiltà li jara li jsiru arrangamenti xierqa biex ix-xoghol tal-haddiem li japplika ghall-“leave” jsir. Ghalhekk m’hemmx regola generali dwar kemm-il gurnata qabel il-haddiem irid japplika u lanqas ma hemm regola li tghid kif isiru l-arrangamenti jew jinbiddlu. Il-“vacation leave” jittiehed bi qbil mal-kap tad-dipartiment, u jigi approvat skond l-esigenzi tax-xoghol tad-dipartiment ikkoncernat.
Leg 9 PQ #36600 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm intnefqu flus globalment kull sena f'xiri ta' apparat għall-isptar ġenerali ta' Għawdex mill-1996 sa l-2002? Tista' tgħid ukoll kemm hu maħsub li tkun l-ispiża totali għas-sena 2002?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ispiza kapitali totali fuq l-Isptar Generali ta’ Ghawdex matul is-snin 1996 – 2002 kienet kif tidher fil-lista hawn taht. Minn din l-ispiza, in-nefqa fuq apparat hija kif muri fit-tieni kolonna. SENA SPIZA KAPITALI APPARAT 1996 LM 95,766 LM52,786 1997 LM 80,301 LM49,394 1998 LM 91,147 LM85,186 1999 LM 84,957 LM74,958 2000 LM125,643 LM74,713 2001 LM120,500 LM51,153 2002 LM115,000 LM47,500
Leg 9 PQ #36601 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Segretarju Permanenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus biex inkriet karrozza għas-segretarju permanenti tal-ministeru għal Għawdex filwaqt li l-karrozza tiegħu kienet qiegħda tissewwa? Kemm-il ġurnata damet mikrija? Tista' tgħid fejn sar ix-xogħol ta' tiswija fuq il-karrozza msemmija u għaliex sar hemm?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li matul iż­żmien li l­karozza użata mis­Segretarju Permanenti tal­Ministeru għal Għawdex damet tissewwa inkriet karozza KIA Mentor għall­prezz totali ta' Lm128.80. Din il­karozza damet mikrija għal sittax­il ġurnata, eżattament mit­30 ta' Settembru 2002 sal­15 t'Ottubru 2002. Ix­xogħol ta' tiswija sar għand Mizzi Automotive Services Ltd. ta' Qormi, Malta għaliex dawn huma l­aġenti tal­Volkswagen.

Maltacom

Question

Jista’ il-Ministru jgħid għaliex fl-area ta’ De la Cruz Avenue f’Ħal Qormi qrib il-ġnien u l-monti fejn jaqgħu ħafna nies m’hemmx telephone booth li hu ta’ bżonn kbir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt l-istallazzjoni ta' telefon booth fiz-zona msemmija għandha tkun diskussa bejn il-Kooperattiva Payzone u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi.

Children's Allowance

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament u kunfidenzjalment għadha ma rċevitx iċ-children allowance meta din il-familja ilha mingħajr benefiċċju tal-qgħad u bla ebda introjtu sa minn Ġunju li għadda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-persuna ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.

SVDP

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex kien twaqqaf ix-xogħol tal-konkos fl-art tal-laundry f'SVDP? Min ta' l-ordni biex dan ix-xogħol jieqaf meta kien diġa' nbeda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li x-xogħol tal-konkos fl-art tal-Laundry fl-SVPR waqaf minħabba li kien hemm xogħol iktar urġenti u mistenni jitkompla fil-ġranet li ġejjin.

Tal Ħandaq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir it-triq f'Tal Ħandaq li tagħti għar-range tat-tiraturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ressaq il-każ għall-attenzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi peress li t-triq tal-Ħandaq taqa' fl-ambitu tax-xogħol tal-Kunsill.
Leg 9 PQ #35250 Sitting 784 2002-09-17 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja

Question

Jista' il-Ministru jissottometti site plan ta' l-area fejn huwa ppjanat skond il-proposta tal-pjan lokali, fejn se tinbena skola sekondarja fi Triq Valletta f'Ħal Qormi?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li għadu kmieni biex wieħed jissottometti site plan f'dan il-każ minħabba li l-proġett għadu qed jiġi diskuss fil-prinċipju ma' l-awtoritajiet kompetenti.

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jieħu azzjoni biex bozza fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi li qiegħda fil-kantuniera ma' Sqaq 7 tiġi mdawwra b'mod li taqdi dan l-isqaq mudlam ukoll?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta, li jekk il-lampa imsemmija tiċċaqlaq mill-pożizzjoni li tinsab fiha bħalissa, il-livell ta' illuminazzjoni ma jkunx l-aħjar. Tajjeb jingħad li l-isqaq li qed issir riferenza għalih diġa' huwa mdawwal permezz ta' lampa li kienet twaħħlet mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #35198 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sanita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex l-uffiċju tas-sanita' f'Ħal Qormi ġie trasferit għal Ħaż-Żebbug?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-uffiċċju tas-Sanita` f'Ħal Qormi ġie magħluq bħala parti minn proċess ta` ċentralizzazjoni tas-servizzi tas-Sanita` f'Reġjuni speċifiċi madwar Malta u Għawdex. Ħal Qormi, ma` diversi rħula oħra ta` l-istess inħawi, jaqa` taħt ir-Reġjun tal-Punent. L-uffiċċju ta` dan ir-Reġjun jinsab ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Din ir-riforma saret f'April 2001 biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi li għandu d-dipartiment u biex tiżdied l-effiċjenza.
Leg 9 PQ #35199 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sanita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm il-spezzjoni saret mis-sanita' fil-ħwienet tal-merċa, tal-laħam u tal-ħaxix minn Jannar sa Ġunju 2002 local b'local u skond it-tip ta' ħanut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #35200 Sitting 783 2002-09-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Dazzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-prodotti mpurtati li huma sugar free u suitable for diabetics għandhomx dazju fuqhom? Jekk le, meta huwa l-każ li d-dwana tiddeċiedi li prodotti ta' dan it-tip, jitħallas id-dazzju fuqhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prodotti kollha li huma ta' oriġini mill-UE m'għandhomx dazju fuqhom. F'kull importazzjoni, ġejja minn fejn ġejja, d-Dwana tikklassifika l-prodotti skond ir-regoli ta' klassifikazzjoni tal-"Harmonised System" u jekk l-oriġini tal-prodotti ma' tkunx minn pajjiżi tal-UE tiġi applikata r-rata ta' dazju skond kif hemm provdut fit-Tariffa tad-Dwana għal dak il-prodott partikolari.