Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tiġi solvuta l-problema tal-vultaġġ fl-area ta' Triq l-Iżbandola/Triq Ħammieri/Triq il-Biegħa/Triq l-20 ta' Settembru/Triq S. Ġorġ/Triq Aloisio, eċċ, f'Ħal Qormi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li biex titranġa l-problema ta' vultaġġ baxx li hemm fiz-zona msemmija fil-mistoqsija, diġa' sar xogħol ta' tisħiħ fuq is-sistema ta' Vultaġġ Baxx. Hemm il-ħsieb li fil-futur fl-inħawi tinbena sub-station.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — CDAU - Tfal/żgħażagħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tfal u żgħażagħ ġew riferuti mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni lis-CDAU, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' l-Ministru jgħid kemm idumu bejn wieħed u ieħor kull każ biex jiġi investigat u diagnosed?
Jista' l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni idum biex iwettaq ir-rakkommandazzjonijiet tas-CDAU? Kien hemm xi każijiet fejn dak li r-rakkomanda s-CDAU ma setgħux jitwettqu? Kemm kien hemm u x'alternattiva nstabet għat-tfal? Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni mgħammar bil-kompliment ta' nies speċjalisti biżżejjed biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet? Kemm hemm speċjalisti fuq dan ix-xogħol?
Jista' il-Ministru jgħid min kienu l-chairperson u l-membri tal-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar minn meta ġie kostitwit għall-ewwel darba sal-lum, sena b'sena? Kemm tħallsu dawn il-membri xahar b'xahar sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Il-Bord ġie maħtur għall-ewwel darba fl-1993. Il-figuri xahar xahar għall-1993 jirrapreżentaw 1/12 tal-figura totali tas-sena. Il-pagamenti xahar xahar, il-Membri u c-Chairpersons huma elenkati fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Mill-1997 il-pagamenti bdew isiru direttament mill-Bord tal-Appell.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet u hi l-onorarja taċ-chairman u l-membri tal-bord ta' l-appell dwar l-ippjanar minn meta kien ġie kostitwit għall-ewwel darba sal-lum, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36649 f`din l-istess Seduta.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir il-bankina fi Triq il-Kanun, Santa Venera, li hija area li taqa' taħt il-gvern ċentrali, biex ma tibqax fl-istat diżastruż li tinsab fih bħalissa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-bankini f'żoni residenżjali ta' toroq arterjali jagħmlu il-manutenzjoni tagħhom il-Kunsill Lokali. Għalhekk id-Direttorat għat-Toroq ser jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill għas-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant.
Santa Venera — Triq il-Palazz l-Aħmar - Drain hole ta' fabbrika
Question
Jista' il-Ministru jgħid ġiex analizzat l-ilma li regolarment jinżel minn sistema ta' drain hole ta' fabbrika fl-industrial estate ta' l-Imrieħel u li jibqa' niżel għal Triq tal-Palazz l-Aħmar, Santa Venera? Jekk iva, x'kien ir-riżultat ta' l-analiżi? Jista' jgħid jekk legalment hux sew li dan l-ilma jinżel fit-triq? Jekk mhux legalment korrett, x'passi ttieħdu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ħsara li qed tissemma fil-mistoqsija hija ta' fabbrika privata u mhux fil-main sewer. Għaldaqstant se ngħaddi din l-informazzjoni lid-Dipartiment tas-Saħħa biex jagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsiru dustbins fi Triq il-Kanun, Santa Venera, li hija area li taqa' taħt il-gvern ċentrali, partikolarment ħdejn il-kulleġġ ta' St Michael's?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jirriżulta li s'issa għadu ma nħassx il-bżonn li jitpoġġew xi 'dustbins' fl-'area' ndikata. Pero', d-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija se jindaga sabiex jara dan il-bżonn.
Jista' il-Ministru jgħid jekk id-dipartiment responsabbli mis-sistema tad-drenaġġ għamilx stħarriġ fuq katusi tad-drenaġġ fi Triq l-Imdina, Qormi - mhux fuq in-naħa tal-Ħandaq - biex jiġi stabilit x'qed jikkawża sadd jew problemi oħra f'katusi li għadhom kif saru meta kienet qiegħda ssir it-triq? Jekk saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, x'irriżulta? X'azzjoni ttieħdet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ma kellu l-ebda sadd fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq l-Imdina, Qormi.
Santa Venera — Triq il-Kanun - Bowsers ta' l-Enemalta
Question
Jista' il-Ministru jara li tittieħed azzjoni biex bowsers ta' l-Enemalta li jissupplixxu l-fuel lill-pompa tal-pterol fi Triq il-Kanun, Santa Venera ma jibqgħux jipparkjaw fuq il-bankina b'mod li jaffetwaw lir-residenti biswit u li, b'konsegwenza, anke l-fumes jidħlu fid-djar tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-bowsers tal-Korporazzjoni Enemalta ma jipparkjawx fuq il-bankina. Fil-fatt li qed jiġri hu li peress li l-bankina ġiet imkabbra fil-kantuniera, il-bowser momentarjament jirfes fuq ix-xifer tagħha biex ikun jista' jipparkja ftit il-fuq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk dawk impjegati bħala securities f'St Vincent de Paule residence humiex meqjusa bħala impjegati closed shop? Jista' jgħid ukoll minn liema dipartiment dawn is-securities qegħdin jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li s-Security li jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz huma mpjegati tad-Diviżjoni tas-Saħħa u jitħallsu mill-istess Diviżjoni.
Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir bozza fi Triq il-Kanun, Santa Venera, f'area li taqa' taħt ir-responsabbilta` tal-gvern ċentrali u li tiġi quddiem il-kulleġġ ta' St Michael's, minħabba nuqqas ta' dawl adegwat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kuntrarjament g]al dak li qed jingħad mill-Onorevoli Interpellant, ir-responsabbilta' tad-dawl fit-triq imsemmija hija tal-Kunsill Lokali ta' Santa Venera.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx, membri tal-korp tal-pulizija li huma ex-membri tad-dejma? Is-servizz fi żmien li kienu fil-korp tad-dejma se jgħodd mal-25 sena servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 17-il membru tal-Korp tal-Pulizija li qabel kienu membri tad-Dejma. Infurmat ukoll illi dak il-perijodu ta` żmien li huma kienu qed iservu mal-Korp tal-Pulizija qabel ma ingaġġaw fil-Korp tal-Pulizija jgħodd mal-25 sena servizz.
Jista' il-Viċi Prim Minsitru jgħid kemm-il unit għal bejgħ ħarġet l-awtorita` tad-djar f'din l-aħħar issue u kemm minnhom kienu diġa` ħarġu fl-issue ta' qabel? Kemm kien hemm minn dawn li kienu allokati? X'inhija r-raġuni li dawk li jkunu applikaw, iżda ma jiġux allokati housing unit għax-xiri, ma jiġux imsejħa f'ordni ta' priorita` meta jiġi rifjutat xi unit li jkun ġie allokat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, taħt Avviż Legali Numru 67, l-Awtorita' tad-Djar ħarġet total ta' 195 unit f'Malta u Għawdex. Minn dawn il-units 79 kienu ħarġu qabel taħt Avviż Legali Numru 66 u 48 minnhom kienu ġew rifjutati wara l-allokazzjoni.
Skond il-kondizzjonijiet elenkati fl-Avviż, l-Awtorita' iżżomm lista ta' riżerva għal perijodu ta' tlett xhur. F'dan il-perijodu l-Awtorita' tkompli talloka l-units skond l-ordni tal-punti miġjuba. Meta jiskadu dawn it-tlett xhur, tispiċċa l-validita' tal-lista ta' tiżerva u l-units li ma jkunux ġew allokati jinħarġu għall-bejgħ b'Avviż sussegwenti.
Allowance għal tfal ta' 16-il sena li għadhom l-iskola
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-rekwiżiti li jagħmlu familja eliġibbli biex tfal ta' 16-il sena li għadhom l-iskola jieħdu l-allowance
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-Allowance tat-Tfal tibqa' titħallas fil-każ ta' dawk it-tfal bejn is-sittax u l-wieħed u għoxrin sena, jekk dawn ikunu jattendu l-iskola full-time u ma jirċevux l-ebda forma ta' remunerazzjoni. Din l-Allowance titħallas ukoll lill-persuni li qegħdin jireġistraw għall-ewwel darba fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru ta' l-Impiegi u qatt ma kienu ħadmu qabel.
F'dawn il-każi r-rata ta' l-Allowance tkun ta' 1.5% tad-differenza bejn id-dħul kollu tal-familja u l-ogħla dħul biex tikkwalifika għall-Allowance tat-Tfal, jiġifieri Lm10,270. Fejn id-dħul tal-familja tkun anqas minn Lm2,770, l-ammont li jitħallas jinħadem bl-istess persentaġġ daqs li kieku d-dħul tal-familja kien ta' Lm2,770. Fejn applikabbli kif imsemmi hawn fuq, l-anqas rata ta' Allowance li titħallas hija ta' Lm1 fil-ġimgħa jew Lm52 fis-sena.
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx saretx investigazzjoni dwar il-qtugħ tad-dawl li ta' spiss ikun hemm f'parti minn Triq ir-Riegnu, Qormi? Jekk iva, għaliex u x'azzjoni ttieħdet? Jekk le, meta se ssir investigazzjoni biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa ħalli jinqata' l-inkonvenjent għan-nies konċernati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn informazzjoni li għandi, jirriżulta li fit-triq imsemmija, matul dawn l-aħħar xahrejn, kien hemm żewġ interruzzjonijiet. Dawn kienu dovuti għal ħsara.