Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li qed isiru appuntamenti għad-dental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi wara sena, per eżempju minn Settembru, 1998 għal Settembru, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond ir-records ta' l-Appuntamenti għad-Dental Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal-Qormi, l-ewwel appuntament disponibbli għal checkup huwa fi żmien tlitt ijiem, u dak għall-mili tas-snien huwa fi żmien sitt ijiem.
JIsta' jkun il-każ li jingħata appuntament wara sena jekk ikun każ ta' ``follow-up'' għaliex fl-opinjoni tad-dentist li jkun qed jieħu ħsieb il-każ ma jkunx hemm bżonn li wieħed jarah qabel dan iż-żmien.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed idumu ma jingħataw appuntamenti għal mental clinic fil-Health Centre ta' Ħal Qormi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-appuntamenti tal-Mental Health Clinic huma tan-natura ta' follow-up. Ovvjament, appuntament ta' follow-up jingħata għad-data meta t-tabib jew l-ispeċjalista jidhirlu li hemm bżonn li jiġi invistat il-pazjent, liema żmien jista' jvarja minn xahar sa sitt xhur. Is-sitwazzjoni bħalissa hi li kull pazjent ingħata appuntament skond id-data li kien dovut jew mitlub mill-ispeċjalista li jarah.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jressaq l-emenda fil-liġi ta' l-ETC, li ġiet imħejjija mill-Gvern Laburista preċedenti, bil-għan li l-ħaddiema ta' Kalaxlokk ikunu jistgħu jiġu mpjegati malli jkun hemm vakanzi fis-Servizz Pubbliku u f'entitajiet tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mill-informazzjoni li għandi s'issa ma tirriżulta ebda informazzjoni dwar xi emenda kif suġġerit mill-Onor. Interpellant.
15.12.98
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li għamiltlu waqt id-diskussjoni dwar il-voti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu, jiġifieri x'jiġri minn persuni separati li jkollhom digriet mill-Qorti għal manteniment, iżda l-ex raġel ma jagħtihomx dan il-manteniment, dawn se jkunu ntitolati għaż-żieda fl-entitlement fuq it-taxxa tad-dħul?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant ġiet imwieġba fid-diskors ta' l-għeluq waqt id-diskuzzjoni tal-vot ta' dan il-Ministeru. Jekk l-Onor. Interpellant trid aktar informazzjoni allura hi ġentilment mitluba tirreferi d-domanda lill-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tax-Taxxi Interni.
15.12.98
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li biex speċjalista dentali tara pazjent biex jagħmel il-braces ġie mogħti appuntament minn Ottubru, 1998 sa Settembru, 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-raġunijiet għaliex l-ispeċjalista inkarigat mill-Orthodontics idum kważi sena biex jara l-pazjenti riferuti lilu huma:
(1) Dan l-ispeċjalista qiegħed fuq parental leave; iżda joffri
s-servizzi tiegħu darba fil-ġimgħa. F'ġimgħa waħda jara
każijiet ġodda, waqt li l-ġimgħa ta' wara jagħmel
operazzjonijiet u reviews.
(2) Il-konkorrenza għal din il-klinika hija kbira (45 pazjent
kull darba).
(3) Id-Dipartiment tas-Saħħa ilu li ħa ħsieb din is-sitwazzjoni.
Fil-fatt, waqt li l-post-Senior Registrar fl-ispeċjalita'
għadu vojt - hemm dentista li qiegħed jistudja barra biex
jispeċjalizza fl-Orthodontics (megħjun) bi study leave
mingħajr paga mid-Diviżjoni tas-Saħħa. Dan mistenni li
jiggradwa fi żmien sentejn.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern dwar il-bżonn ta' aktar tobba fil-Health Centres waqt il-ħin taċ-ċertifikati tal-mard u r-riċetti tal-mediċini b'xejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-tqassim tat-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa jsir skond ir-riżorsi umani disponibbli.
Il-problema ta' nuqqas ta' tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa hija waħda li ilha għaddejja għal żmien twil u d-Dipartiment tas-Saħħa qed jagħmel minn kollox biex jingaġġa tobba ġodda kemm fuq bażi full-time kif ukoll part-time.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq il-Ġdida fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi li hija ta' periklu kemm għal min joqgħod fiha kif ukoll għal min jgħaddi minnha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-parti ġa miftuħa ta` Triq il-Ġdida fi triq il-Ħelsien hija diġa asfaltata u għalhekk ix-xogħol fiha irid isir mill-Kunsill Lokali. Il-parti tat-triq li għadha mhix miftuħa għax fiha għad m`hemmx żvilupp tinfetaħ aktar il quddiem meta jitlesta l-bini fiha, flimkien mas-servizzi neċessarji.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf il-parti tat-triq ħdejn Entrance of Block F, fi Triq l-Għolja, Sta. Venera li qisha maqjel? Meta din it-triq se tiġi asfaltata kollha għaliex sa llum nofsha hija asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hi mitluba tirreferi l-ewwel parti tal- mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat peress li d-Dipartiment tat-Toroq mhux responsabli mit-tindif ta` l-iskart.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jien infurmat li din it-triq qiegħda nkluża biex tiġi asfaltata max-xogħol li ser isir fit-toroq ma ġenb Psaila Street bi preparament għax-xogħol ta` l-Upgrading ta` Psaila Street.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq it-toroq fil-Housing Estate f'Tal-Blat II, f'Ħal Qormi li huma ta' periklu kemm għar-residenti, għal pedestrians kif ukoll għal vetturi li jgħaddu minnhom, minħabba l-istat diżastruż li jinsabu fih?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma asfaltati u għalhekk ix-xogħol fihom irid isir mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inizjattivi ġodda se joffri l-Gvern fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur in vista ta' abbużi li jistgħu jseħħu bl-introduzzjoni tal-VAT?
Response (BONNICI, JOSEF)
Dwar abbużi li jistgħu jsiru mis-sistemi ta' tassazzjoni, kemm jekk sisa kif ukoll jekk VAT, nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Kif taf, l-Onorevoli Interpellant, id-Dipartiment tal-Konsumatur u d-Dipartiment tal-Kummerċ jinvestigaw kull ilment li jaslilhom u jieħdu l-passi meħtieġa f'dan ir-rigward.
Sigurta' Soċjali — Vot għal promotion ta' health & safety
Question
Peress li l-vot għal Promotion tal-Health and Safety tnaqqas bi Lm17,000, jista' l-Ministru jgħid kif id-dipartiment se jkun jista' jiffinanzja t-twaqqif ta' l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' tal-Ħaddiema meta din titwaqqaf, kif ġie mwiegħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għal 1998 is-salarji tas-Safety Trainee Inspectors ittieħdu mill-Vot 19 (Item 4339 - Promotion for Health and Safety). Għas-sena 1999 din l-ispiża tas-salarji tas-Safety Trainee Inspectors (Lm17,000) ser jittieħed mill-Vot 19 (Item 12 - Staff Salaries and Wages).
Għalhekk, effettivament ma naqsitx l-importanza finanzjarja mogħtija lill-Promotion for Health and Safety.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-vot tal-Fejda Programme ġie mnaqqas bi Lm22,000? X'parti mis-servizz se jonqos?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont ivvutat fl-Estimi ta' l-1999 għall-Programm Fejda jirrifletti l-ammont attwalment meħtieġ għat-tmexxija tal-Programm għal dik is-sena. Dan l-ammont kien ġie propost mill-istess management tal-Programm.
14.12.98
Peress li l-vot għas-social assistance tnaqqas b'Lm444,000, jista' l-Ministru jidentifika liema assistenza soċjali se titnaqqas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minkejja li jidher li hemm xi tnaqqis fil-vot għall-Assistenza Soċjali, fir-realta' m'hemm tnaqqis xejn. Dan għaliex filwaqt li għas-sena 1998 kien approvat nefqa ta' Lm14,230,000 fuq Assistanza Soċjali, ir-'revised estimates' tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali juru li n-nefqa reali ser tkun ta' Lm13,508,000.
Minn dan jidher ċar li għas-sena d-dieħla ġew approvati flus aktar milli fil-fatt intefqu din is-sena u nassigura lill-Onor. Interpellant li l-ebda Għajnuna Soċjali ma hi ser tiġi mnaqqsa.
14.12.98
Peress li l-vot tal-Bord tal-Koperattivi tnaqqas b'Lm10,000, jista' l-Ministru jgħid minn fejn se jsir dan it-tnaqqis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
It-tnaqqis ta' Lm10,000 qiegħed isir fuq l-istima għall-1999 mressqa mill-Bord tal-Koperattivi stess.
It-tnaqqis ewlieni huwa dovut għal dawn il-fatturi:
(a) Tnaqqis fl-item 'emoluments of contractual employees' minħabba li kienu jkunu vvutati flus aktar milli hemm bżonn għall-personal ta' l-uffiċċju.
(b) Tnaqqis fl-item 'promotion and development' minħabba kisba ta' 'sponsorship' marbut mal-proġett edukattiv Scoops: Esperjenzi Koperattivi.
(c) Tnaqqis fl-item 'capital expenditure' la darba ntemm ix-xogħol prinċipali marbut mar-'refurbishment' ta' l-uffiċċju l-ġdid tal-Bord tal-Koperattivi fi Triq Melita, il-Belt.
14.12.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip u x'livell ta' kordinament beħsiebu jżomm il-Gvern ma' l-Unions tal-ħaddiema tal-Gvern fl-inizjattivi strateġiċi varji imsemmija fil-Collective Agreement tal-ħaddiema tal-Gvern, bil-għan li jiżgura li jkollu n-numru adattat ta' ħaddiema bil-ħiliet meħtieġa biex iwettqu r-responsabiltajiet tal-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi, kif maqbul f'paragrafu 1.2 tal-Ftehim
Kolletiv, il-kordinament biex jitwettqu l-inizjattivi
strateġici msemmija fil-Ftehim, sejjer isir permezz ta'
negozjati u diskussjonijiet bejn l-Uffiċċju tiegħi u l-
Unions.
Jista jagħti l-każ illi f'materji settorali d-
diskussjonijiet isiru f'livell ta' Ministeru.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani li għandu l-Gvern biex jiżviluppa l-ħiliet tal-ħaddiema tal-Gvern?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-iżvilupp tal-ħila tal-ħaddiema tal-Gvern huwa eżerċizzju
kontinwu koordinat fuq bażi ġenerali mill-iStaff
Development Organisation fl-Uffiċċju tiegħi.
B'mod partikulari ninsab infurmat li s-sena d-dieħla sejjer
isir eżerċizzju li jiffoka fuq il-kapaċitajiet tal-ħaddiema
fil-gradi ndustrijali u kif dawn il-kapaċitajiet jistgħu
jiġu żviluppati u wżati b'mod aktar effiċenti u effettiv.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma t-tibdiliet organizattivi li se jwettaq il-Gvern fis-servizz pubbliku biex jilħaq l-istrateġiji tiegħu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Gvern bi ħsiebu jasal li jwettaq il-pjani strateġiċi
tiegħu fis-Servizz Pubbliku permezz ta' miri li għandu kull
Ministeru u li fuqhom il-Ministeri għandhom jibnu l-
business plans tagħhom.
Biex dan iseħħ qegħdin ukoll jittieħdu passi biex jiġi
assigurat illi l-postijiet fl-għola karigi ta' kull
ministeru jiġu adekwatament mimlija.
Peress li jidher li fil-Collective Agreement għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku m'hemmx provvedimenti għal study leave eċċ, jista' l-Prim Ministru jikkonferma dan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-Ftehim Kollettiv jipprovdi għal benefiċċji ġodda, jew
titjib fil-benefiċċji eżistenti bħal pre-retirment leave,
xogħol b'sigħat imnaqqsa, responsibility break, u żieda fis-
sick leave.
Hemm iżda benefiċċji oħrajn li ma nbidlux, fosthom l-istudy
leave. Dan huwa benefiċċju stabbilit u regolat minn
kapitlu għaxra ta' l-Estacode li jagħti dettalji kif
jingħata dan il-leave kemm bi ħlas u kemm bla ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-konsiderazzjonijiet partikolari li ħa l-Gvern fir-rigward tar-romol, pensjonanti, familji b'ġenituri wieħed u ommijiet xebbiet fl-introduzzjoni tar-rati l-ġodda tad-dawl u l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Meta l-amminisrazzjoni preżenti introduċiet r-rati l-ġodda tad-dawl u ta` l-ilma, din ħadet ħsieb id-diversi kategoriji tas-soċjeta`. Dan joħroġ ċar mill-fatt li kull kategorija gawdiet minn roħs sostanzjali meta mqabbel mal-kontijiet bla kuxjenza li l-Gvern Laburista għabba bihom lis-soċjeta` maltija inklużi r-romol, pensjonanti, familji b`ġenitur wieħed u ommijiet xebbiet.