Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kalaxlokk — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jaqleb mal-Gvern impjegati ta' Kalaxlokk li ilhom snin kbar jaħdmu on secondment f'dipartimenti tal-Gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant taf tajjeb li ħaddiem ta' azjenda jew korporazzjoni lijkun qed jaħdem f'dipartiment tal-Gvern, jibqa' impjegat ta' dik l-azjenda jew korporazzjoni partikolari; u dan ma ttieħx xi dritt li jsir impjegat tal-Gvern. Anke li kieku l-Gvern kellu jattwa dak li qed tistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant, ikun qed jiddiskrimina ma' ħaddiema oħra ta' l-istess azjenda jew korporazzjoni li ma kellhomx l-opportunita' ki jaħdmu f'dipartiment governattiv. Dan japplika għall-azjendi u korporazzjonijiet kollha nkluża l-Kalaxlokk.
Leg 9 PQ #3524 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Suldati nisa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-suldati nisa humiex intitolati għal parental leave?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ġie approvat li l-membri kollha fil-Forzi Armati għandhom dritt għall-parental leave.

Telemalta — Bord ta' l-Appelli - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kien għamel il-Bord ta' l-Appelli, ta' dak iż-żmien it-Telemalta, rigward l-appelli li kienu għamlu bosta mpjegati fl-1996 għall-ħatriet tal-Customer Service Officers skond is-sejħa 4/94? Dawn l-appelli kienu nstemgħu fl-Lulju ta' l-1996.

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra r-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant.

Maltacom — Customer Service Officer

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-kriterji li ntużaw biex ingħataw il-marki waqt l-intervista għall-grad ta' Customer Service Officer fil-Maltacom skond is-sejħiet 67/98 u 71/98 u jispjega b'liema merti ngħataw? Jista' jqiegħed ukoll kopja tar-riżultat bil-marki li ngħata kull kandidat skond kull kriterju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kriterji wżati waqt l-interview u l-weighting ikunu iffissati mill-Bord li jagħmel l-għażla. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki u x'esperjenza għandhom il-microsoft package (Word u Exel Package) l-erba' mpjegati fil-Maltacom li ngħataw il-ħatar ta' Customer Service Officer lejliet il-Milied li għadda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-erba' persuni li għalihom qed tirreferi, ingħataw aktar minn 20 marka minn massimu ta' 25 lil kull wieħed minnhom mill-Bord ta' l-Għażla kemm għal dik li hija abbilta' kif ukoll esperjenza,

Sigurta' Soċjali — Vot għal Family Therapy Support Services

Question

Ma jidhirlux il-Ministru li l-vot ta' Lm1,000 għal Family Therapy Support Services huwa ftit wisq għal dan is-servizz tant importanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nippreżumi li l-Onor. Membru qed tirreferi għall-allokazzjoni li tidher fl-estimi ta' l-1999 bħala Item Nru. 4340 taħt il-Vot 16 (Rikorrenti) għad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja. Dan l-ammont huwa identiku għal dak li ġie vvutat is-sena l-oħra għal dan is-Servizz taħt il-vot ta' dan id-Dipartiment. B'danakollu, irrid inżid li dan it-tip ta' Servizz (Family Therapy Service) jiġi pprovdut wkoll mill-Programm Ħidma Soċjali (SWDP) li, kif taf l-Onor. Membru, għal din is-sena żidnielu l-Vot b'mod sostanzjali. 13.1.99
Leg 9 PQ #2856 Sitting 49 1999-01-13 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Ċentru tas-Saħħa - X-Ray Machine

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-X-Ray Machine fil-Health Centre ta' Ħal Qormi ilha ġimgħat bil-ħsara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-X-Ray Machine fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi ma hiex bil-ħsara u ma kienetx bil-ħsara f'xi żmien riċenti.
Leg 9 PQ #2869 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni ta' nazzjonalita' barranija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema barranin jaħdmu Malta? F'liema setturi qegħdin nisa jew irġiel? X'eta' għandhom? X'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellanti għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 621 u Nru 2585, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub fil-Mistoqsija. Ta' min jinnota li fl-ewwel Tnejn ta' kull xahar, id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni jippubblika lista ta' dawk il-persuni barranin li għandhom permess biex jaħdmu f'pajjiżna li fiha jiġi ndikat l-isem tal-persuna, il-professjoni jew xogħol li jagħmel, ma' min jaħdem u d-data sa meta hi valida l-liċenzja. 11.01.99

Qormi — Triq 23 ta' April - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta t-Triq 23 ta' April, f'Ħal Qormi se tiġi rranġata peress li sal-lum ġiet rranġata biss nofsha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjoni lid-Dipartiment tat-Toroq biex isir spezzjoni tal-lokalita` u b`hekk ikun jista` jiġi deċiż x`hemm bżonn.

Kumpannija Tug Malta — Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vacancies kien hemm fil-Kumpannija Tug Malta dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk kien hemm, dawn imtlew? Xi proċeduri ġew segwiti biex dawn jimtlew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent hemm vakanza ta` Tug Operations Officer u bħalissa qed isiru l-intervisti għall-mili ta` din il-vakanza. Is-sejħa saret fil-medja lokali wara li ntalab il-permess meħtieġ mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u l-approvazzjoni tal-MIMCOL.
Leg 9 PQ #2858 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħlas ta' Lm78 kull sena għas-snin 1996, 1997 u 1998 u ta' Lm156 kull sena għas-snin 1999 u 2000 hux se jitqies bħala parti mis-salarju għal fini ta' komputazzjoni tal-pensjoni tat-Teżor skond Cap. 93 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif provdut f'paragrafu 5 tal-Ftehim Kollettiv, il- ħlasijiet ta' LM78 u LM156 mhumiex ser ikunu nkorporati fis- salarji. Madanakollu, fl-istess Ftehim, hemm provdut ukoll illi sejrin isiru arranġamenti ad hoc u fuq bażi personali għal dawk l-uffiċċjali pubbliċi li rtiraw jew se jirtiraw mis-sena 1996 sas-sena 2000 biex dawn il-ħlasijiet jiġu riflessi fil-pensjoni fuq bażi pro-rata.
Leg 9 PQ #2859 Sitting 46 1998-12-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ħatra ta' surġenti

Question

B'riferenza għall-interviews li saru bejn Jannar u Frar 1998 għal ħatra ta' surġenti u għar-riżultati li ħarġu fis-sajf 1998, jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-madwar 90 pulizija li għaddew?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 351 f'Seduta 6. 21.12.98 (am)

Anzjani — Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni, sena b'sena, dwar in-numru ta' casual social assistants li ħadmu u li qed jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Anzjani (minn meta ġew ingaġġati)? Kemm hu n-numru ta' anzjani li għamlu u qed jagħmlu użu minn dan is-servizz sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali li kienu jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Anzjani mill-1988 sal-lum huwa hekk: 1988 - 27 1989 - 76 1990 - 143 1991 - 221 1992 - 293 1993 - 312 1994 - 316 1995 - 366 1996 - 417 1997 - 434 1998 - 440 In-numru ta' anzjani li għamlu użu minn dan is-servizz mill-1990 sal-lum huwa hekk: 1990 - 554 1991 - 1,331 1992 - 2,500 1993 - 2,798 1994 - 2,286* 1995 - 2,444 1996 - 2,569 1997 - 2,600 1998 - 2,811 * Sal-1993, il-figura murija tinkludi anzjani Maltin u Għawdxin. Mill-1994 'il quddiem, il-figura murija tinkludi biss anzjani Maltin. Fil-fatt fl-1994, kien hemm 773 Għawdxin li kienu qed jirċievu s-servizz. 17.12.98

Anzjani — Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet pendenti minn anzjani, eċċ għas-servizz tal-casual social assistants? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond jekk it-talba hijiex ġdida jew inkella żieda, sigħat, eċċ? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li ġie mnaqqas lilhom il-ħin ta' servizz li kienu jieħdu mingħand is-CSA's u x'inhuma r-raġunijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa hemm 83 persuna jistennew is-servizz tal-'Home Care Help'. Dawn it-talbiet għas-servizz huma mqassma hekk. 63 każi ġodda u 20 żieda ta' sigħat Bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998 kien hemm 50 każ li tnaqqsilhom il-ħin tas-servizz tal-'Home Care Help'. Dan sar wara eżerċizzju ta' 're-assessment' ta' kull każ fejn instab li kellhom allokat siegħat aktar milli kellhom bżonn. Għaldaqstant is-sigħat li ġew iffrankati ġew allokati lill-każi ġodda li kienu fuq il-'waiting list'. 17.12.98

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm dwar il-ħaddiema ta' Kalaxlokk li llum mhux jaħdmu mal-Kumpannija Novita'? Kemm hemm ħaddiema milquta b'kollox?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 2036. Nixtieq inżid li n-numru ta` ħaddiema involuti jammonta għal 476.

ETC — IDA Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu ħsieb l-IDA Section fl-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskema tal-IDA Training Grants hija amministrata mill-istess sezzjoni li tamministra l-iskemi tal-Apprendistati fi ħdan id-Diviżjoni ta' Taħriġ tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Ix-xogħol kerikali konness mal-IDA li jinkludi processar u data inputting jsir minn skrivana full time. Waqt li xogħol ieħor konness ma l-iskema isir mill-uffiċjali li jiffurmaw parti mill-istess diviżjoni tat-taħriġ. 15.12.98

Dipartiment tal-Labour — Incentive Schemes

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-Incentive Schemes ippjanati mid-Dipartiment tal-Labour? Għaliex tnaqqas il-vot minn Lm20,000 għal Lm10,000 skond il-Budget 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-'Incentive Schemes' imsemmija fl-Item 4041 -Dipartiment tax-xogħol, huma x'fadal minn 3 skemi li ilhom li ddaħħlu mill-1989. Dawn it-tlett skemi kellhom l-iskop li jippromuovu inizjattivi favur (a) impjegati industrijali tal-Gvern; (b) membri tad-Dejma u (c) self-employment. Huwa ovvju li dawn l-iskemi jridu jiġu 'phased out', anke għaliex mill-1990 'l hawn l-ETC nidiet u qegħda tamministra diversi skemi ta' inċentivi kif jirriżulta mir-rapport annwali li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Item 4041 (Incentive Schemes - Lm10,000) ta' l-Estimi 1999 huwa provisjoni għall-ispejjes relatati mal-phasing out ta' dawk l-inċentivi kif imsemmija fil-paragrafu preċedenti. 15.12.98

Sta. Venera — Triq il-Palazz l-Aħmar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Gvern dwar il-problema kbira ta' l-ilma tax-xita li jżomm fi Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta. Venera?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed jittieħdu passi biex isir kumnikazzjoni mill-maqgħad indikat mill-Onor. Interpellant biex l-ilma jkun jista` joħroġ lejn il-Bypass ta` l-Imrieħel.
Leg 9 PQ #2624 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Sta. Venera — Triq il-Batterija - Plots

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex żewġ plots ta' garaxxijiet fi Triq il-Batterija, f'Sta. Venera ma ħarġux għal bejgħ bħalma sar fil-każ ta' plots oħra biswit?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex titwaqqa' kamra li nbniet illegalment f'parti mis-sit fejn jistgħu jinbnew iż-żewġ garaxxijiet imsemmija. Malli dan isir, joħorġu l-offerti għal bini tal-garages. 15.12.98 (2pm)
Leg 9 PQ #2625 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex tifel ilu minn Settembru, 1998 jistenna biex isirlu test biex jiġi stabbilit jekk ibatix minn dyslexia?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Kollega s-servizzi u l-għajnuna għan-nies li jbatu mid-dyslexia għadhom ġodda. Għalhekk hemm 'waiting lists' biex it-tfal jieħdu l-għajnuna meħtieġa. Lest inkompli nsegwi l-każ jekk ikolli d-dettalji speċifiċi.