Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq Manuel Dimech

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1057, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu mid-Dipartiment tat-Toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment lesta l-proċeduri biex jinbeda x-xogħol f`diversi lokalitajiet u f`Ħal-Qormi hu maħsub li jinbeda fejn hu meħtieġ.
Leg 9 PQ #4181 Sitting 59 1999-02-02 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Persuni diabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 1693?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-pajjiż ilha teżisti 'awareness' kbira tal-problema tad-dijabete tant li 'test' bażiku ta' zokkor fl-urina isir anki fil-Bereġ, fiċ-Centri tas-Saħħa, fl-Isptarijiet, kif ukoll fil-kliniċi tat-tobba privati u saħansitra mill-pazjenti nfushom isiru anki testijiet taz-zokkor fid-demm. Għaldaqstant huwa faċli ħafna li wieħed jiċċekkja meta jeżistu dawn il-faċilitajiet kollha.
Leg 9 PQ #4089 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Probation officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-ammont stmat fil-budget 1999 biex jiġu mpjegati aktar probation officers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont stmat biex jiġu mpjegati Probation Officers u Trainee Probation Officers ġodda matul din is-sena hu ta' madwar Lm35,000. 01.02.99

Prodotti ta' l-Ikel — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investigazzjonijiet li kellhom isiru għall-mistoqsija parlamentari numru 1687 li għamilt fil-23 ta' Novembru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjonijiet li saru mid-Dipartiment tal-Kummerċ, ma jirriżultax li kien hemm żieda fil-prezzijiet tal-prodotti msemmija, ħlief Mr.Tom peanut bars ta' 40 gramma.Il-prezz ta' dan il-prodott żdied minn barra.
Leg 9 PQ #4091 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Probation officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-criminal offenders ġew mogħtija probation officer matul dawn l-aħħar erba' snin u li kienu jew huma ssupervizjonati mill-Probation Officers ta' St. Elmo's Probation Unit?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.02.99
Leg 9 PQ #4092 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dyslexia — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw tfal biex isirilhom t-test tad-Dyslexia minn mindu twaqqaf dan is-servizz? Kemm minn dawn it-tfal ġew eżaminati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1997, minn mindu twaqqaf is-servizz għad-Dyslexia applikaw 354 tfal. Minn dawn ġew eżaminati 231.
Leg 9 PQ #4093 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Diploma fil-Probation Services

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti minn meta beda l-kors sal-lum li ħadu d-Diploma fil-Probation Services, li taqa' taħt il-Forensic Institute fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ħadu d-Diploma fil-Probation Services minn meta beda huwa 21.
Leg 9 PQ #4094 Sitting 58 1999-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Probation officers — Warrants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw warrants lill-persuni biex jaħdmu ta' Probation Officers sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mill-1994, meta l-Probation Services għaddew taħt ir-respnsabbilita' tad-Direttorat Ġenerali ta' l-Intern, sal-lum ġew appuntati 7 persuni bħala Probation Officers. 01.02.99
Leg 9 PQ #3953 Sitting 56 1999-01-26 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni liċ-ċittadini

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3780, ma jidhirlux il-Ministru li fil-każ ta' fixed point duties mill-pulizija eċċ. l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jassiguraw li jkun hemm almenu faċilitajiet sanitarji u oħrajn bażiċi? Ma jidhirlux il-Ministru li sempliċement sentry box ma tipprovdiex faċilitajiet u kondizzjonijiet adatti biżżejjed għal persuna li trid taħdem għal ħafna sigħat?

Response (BORG, TONIO)

Ma naħsibx illi s-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellanti huwa prattikabbli, u dan għal diversi raġunijiet. 26.01.99

Assistenza Soċjali — Single parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jiġi kkonsidrat li ssir reviżjoni fir-rigward ta' single parents li jgħixu bl-assistenza soċjali u li malli t-tfal dipendenti jagħlqu 16-il sena titnaqqsilhom l-għajnuna u ħafna minnhom isibuha diffiċli finanzjarjament biex imbagħad iħallu lil uliedhom ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ġenituri singli li jgħixu bl-Għajnuna Soċjali ma titnaqqsilhomx din l-Għajnuna dment li t-tfal tagħhom ikun għadhom ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom. Huwa biss meta t-tfal ma jibqgħux dipendenti mill-omm peress li huma jibdew jaħdmu li l-Għajnuna Soċjali tonqos. 25.1.99
Leg 9 PQ #3948 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti li ħarġu tqal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li ħarġu tqal matul is-snin skolastiċi sena b'sena mill-1993 sa l-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti fl-iskejjel sekondarji li ħarġu tqal u attendew l-iSchoolgirl Mother's Unit matul is-snin skolastiċi mill-1993 sal-1998. L-informazzjoni mitluba hija kif ser insemmi: SENA SKOLASTIKA NUMRU TA' STUDENTI 1993 - 1994 21 1994 - 1995 24 1995 - 1996 35 1996 - 1997 28 1997 - 1998 42
Leg 9 PQ #3949 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Skwadra ta' kontra d-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux ippjanat li jsaħħaħ l-iskwadra ta' kontra d-drogi fid-Dwana? B'liema mod?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment tad-Dwana kontinwament jagħmel dak li hu possibbli biex isaħħaħ l-iskwadra ta` kontra d-drogi. Dan isir billi l-membri jingħataw taħriġ minn żmien għal żmien minn esperti lokali u barranin; il-klieb ta` kontra d-drogi u l-`handlers` tagħhom ikollhom `refresher courses` regolari waqt li l-klieb jinbidlu meta jkun hemm il-ħtieġa; sa fejn hu possibbli jiġu provduti mezzi tekniċi u ta` Informatika biex isaħħu x-xogħol tas-sezzjoni u jissaħħu ukoll il-kuntatti u l-koperazzjoni ma` dwaniet barranin u ma` organizazzjonijiet oħra kemm lokali kif ukoll barranin.
Leg 9 PQ #3950 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Skwadra ta' kontra d-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod il-gvern beħsiebu jsaħħaħ l-iskwadra ta' kontra d-drogi tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

It-tisħieħ ta' l-iskwadra tal-Pulizija ta' kontra d-drogi huwa proċess kontinwu li jsir skond il-ħtiġijiet attwali tal-mument. Il-fatt li membri ta' din l-iskwadra issa ser ikunu jistgħu jaħdmu overtime, ser jgħin sabiex tissaħħaħ din l-iskwadra. Il-flus allokati għall-iskwadra fl-1999 ġew miżjuda biex din tkun tista' tattrezza ruħha aħjar fil-ġlieda kontra d-droga. 25.01.99
Leg 9 PQ #3951 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex saru numru ta' trasferimenti fid-Dwana ta' ħaddiema li l-maġġor parti tagħhom huma membri tal-GWU?

Response (DALLI, JOHN)

Kif diġa għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija Nru. 2673, hija l-policy fid-dipartiment tad-Dwana li l-impjegati jiddawru minn post għall-ieħor fuq bażi regolari. Dan isir kemm għal skop ta` kontroll intern fid-dipartiment. Id-dipartiment tad-Dwana ma` għandu l-ebda lista ta` min huma l-membri ta` xi union partikolari u anke kieku stess ikun magħruf f`liema union huma membri l-impjegti dan qatt ma jiġi kkunsidrat meta jsir ċaqliq ta` impjegati min sezzjoni għal-oħra billi dan iċ-ċaqliq isir fl-aħjar interess tad-dipartiment.
Leg 9 PQ #3952 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fixed points

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa jdumu mingħajr interruzzjoni l-pulizija li jaħdmu fuq fixed points barra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-aktar għassa twila għal fixed points tkun ta' tmien sigħat, pero' fil-maġġor parti tkun maqsuma bejn żewġ pulizija. 25.01.99
Leg 9 PQ #3779 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin li qed jingħataw protezzjoni mill-pulizija? Fuq liema bażi u għal liema raġuni din qed tingħata?

Response (BORG, TONIO)

Minħabba raġunijiet ta' sigurta', ma nħossx illi l-identita' ta' dawn il-persuni għandha tkun magħmula pubblika. Il-kriterju li jintuża huwa l-possibilita' li dawn il-persuni jkunu vittmi ta' atti kriminali gravi. 21.01.99
Leg 9 PQ #3780 Sitting 54 1999-01-21 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Protezzjoni liċ-ċittadini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet li fihom jaħdmu l-pulizija li jagħtu protezzjoni liċ-ċittadini? L-awtoritajiet tal-pulizija tesiġi u tara li jkollhom faċilitajiet umani u addattati fejn jaħdmu?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onor. Interpellanti qed tirreferi għal pulizija li jkunu qegħdin fuq fixed point duties. Ninsab infurmat li f'każijiet fejn dan ix-xogħol ikun meħtieġ fuq perijodu fit-tul, il-pulizija jiġu provduti b'mezz ta' kenn bħal ma' huma sentry boxes fuq il-post fejn tkun qed issir l-għassa. Barra minnhekk dawn il-pulizija jkunu kollha pprovduti b'mezz ta' komunikazzjoni għal xi emerġenza li tista' tinqala jew bżonnijiet oħra. 21.01.99

Ministeru għall-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min iħaddem skrivan li għandu kuntratt fuq day shift ta' 40 siegħa, mqassma bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa, jistax ibiddel dan il-kuntratt u jaqleb lill-impjegat fuq bażi ta' shift mifrux fuq sebat ijiem, b'jumejn leave matul il-ġimgħa (mhux is-Sibt u l-Ħadd) mingħajr avviż minn qabel? Jekk dan jista' jseħħ:- (a) x'shift allowance għandu dritt jitlob l-impjegat; (b) ix-shift allowance kif għandu jiġi mħallas fuq bażi, per eżempju, ta' ħmistax; (ċ) veru li r-rata tax-shift allowance hija għad-diskrezzjoni ta' min iħaddem; u (d) jekk shift bħal dan ikun attwat, jista' l-impjegat jaħdem għal tliet iħdud konsekuttivi mingħajr waqfien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kuntratt tax-xogħol ta' impjegat jista' jinbidel b'avviż minn qabel skond kemm l-impjegat ikun ilu fl-impieg. Tibdil fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u dritt għal 'shift allowance' jiddependu f'liema settur tax-xogħol ikun jaħdem. Id-Dipartiment tax-Xogħol għandu sezzjoni fejn jilqa' lmenti fuq il-kuntratt/kundizzjonijiet tax-xogħol. Kull fejn ikun hemm irregolarita' din tiġi investigata mill-ispetturi tad-Dipartiment bl-iskop li l-irregolarita' tiġi retifikata. 21.1.99

Kalaxlokk — Ħaddiema

Question

Ma jidhirlux l-Ministru li huwa meħtieġ li kemm jista' jkun malajr il-ħaddiema ta' Kalaxlokk jiġu mogħtija tagħrif biżżejjed dwar il-futur tagħhom u l-familji tagħhom? Jista' l-Ministru jara li dan isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif spjegajt diversi drabi waqt li kont qed inwieġeb numru ta' mistoqsijiet dwar dan is-suġġett, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-partijiet kollha interessati biex tinstab soluzzjoni ta' xogħol produttiv għall-ħaddiema tal-Kalaxlokk. Inserraħ ras l-Onorevoli Interpellant, li meta jkun il-waqt, il-ħaddiema jiġu nfurmati dwar l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet.

Benefiċċji soċjali — Single parents

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' konsiderazzjoni umana qed jagħti l-gvern biex jgħin f'każijiet fejn single parent li tgħix u tgħajjex bl-assistenza soċjali u teħel il-ħabs u allura b'konsegwenza tieqaf tieħu l-assistenza? F'dawn il-każijiet ikun hemm il-probabbilta' li l-familja titlef anke l-akkomodazzjoni mikrija li jkollha u jkollha problemi oħra vis-a-vis ħlas ta' kontijiet eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Artiklu 91 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jiskwalifika persuna milli tirċievi pensjoni, benefiċċju, Allowance jew Għajnuna li titħallas taħt dan l-Att għal xi perjodu li matulu tkun qed tinżamm fi stat ta' priġunerija jew detenzjoni b'konsegwenza ta' sentenza mogħtija talli tkun instabet ħatja ta' reat. Membri oħra ta' l-istess familja li jkunu qegħdin igħixu bl-Għajnuna Soċjali jibqgħu intitolati għal din l-għajnuna minkejja l-fatt li l-kap tal-familja jkun qiegħed il-ħabs. Fil-każ ta' minorenni, l-Għajnuna Soċjali titħallas lil dak il-Kap ta' familja li f'dak il-mument ikollu il-kustodja tagħhom. 21.1.99