Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — vetturi - allowances

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, mnbarra l-Ministru kien hawn dawn dawn l-uffiċjali li kellhom l-karozza fully expense jew allowance biex jużaw il-vettura personali tiegħu jew tagħha: Segretariat Privat: Head of Secretariat Private Secretary Assistant Private Secretary Uffiċju tas-Segretarju Permanenti: Permanent Secretary Director General, Operations Chief Information Officer Director Corporate Services Director EU Affairs Director Policy Development Director, Programme Implementation Qorti: Director General Director, Civil Courts & Civil Tribunals Director, Criminal Courts and Civil Tribunals Director, Support Services Director, Gozo Courts & Tribunals Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili: Direttur Pulizija: Commissioner of Police Director Finance & Administration Refugee Commission: Refugee Commissioner Detention Services: Commander Detention Services: Aviation Security Head Aviation Security
Leg 12 PQ #26081 Sitting 404 2016-06-20 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti – xiri — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’ talbiet li saru lid-Dipartiment tal-Kuntratti għal xiri permezz ta’ direct orders ta’ valur ta' fuq minn €120,000 jew Restricted Tendering Procedure (valur, metodu ta’ xiri, data meta saret it-talba, deskrizzjoni tax-xiri u l-isem tal-kuntrattur) hekk kif mitluba mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks bejn is-snin 2008 u 2012? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Birżebbuġa u l-Qajjenza – proġett tal-promenade — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-promenade ta’ Birżebbuġa u l-Qajjenza?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess għal dan il-proġett inħareġ min-naħa tal-Awtorita’ tal-Ippjanar u bħalissa Transport Malta qiegħda għaddejja bil-preparamenti biex jinħareġ t-tender għax-xogħlijiet. Ix-xogħlijiet min-naħa ta’ Transport Malta se jinkludu l-bini tal-ħajt tal-promenade u l-kostruzzjoni tat-triq li jinkludi wkoll it-tqegħid ta’ servizzi. Il-finishing se jsir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u Infrastruttura (WID) u ser tinħareg tender għal dan ix-xogħol mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-ġranet li ġejjin.

Pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-gradi fejn m’hemmx capping tal-pensjoni? Jista’ jgħid kemm qed idaħħal flus il-Gvern mit-tnaqqis tal-pensjonijiet bħal tas-Servizzi Ingliżi u oħrajn?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-capping fir-rigward ta’ Pensjoni Kontributorja skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali mhuwiex marbut ma’ xi grad partikolari. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni l-oħra mitluba minnu dwar kemm daħħal flus il-Gvern mit-tnaqqis tal-pensjonijiet ma tistax tingħata għaliex mhux possibli li tiġi kkwantifikata.

Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25238, 25294 u 25419 u jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta beda bħala Authorised Officer b'responsabiltà għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa u kemm dam jaħdem f’din il-kariga? Jista' jgħid jekk daħalx jaħdem wara sejħa pubblika jew le? Jista' jgħid x’kienet il-paga tiegħu sena b’sena kemm dam jaħdem bħala Authorised Officer? Jista' jgħid x’kienu l-perkaċċi l-oħra kollha li kellu u kemm kienet l-ispiża fuqhom sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali rispettivi li l-persuna msemmija beda jaħdem bħala Authorised Officer mal-Kumitat Konġunt tal-Belt wara sejħa pubblika. Aktar tard kienu ngħaqdu f’dan il-Kumitat Konġunt il-Furjana u l-Marsa. Beda fil-Kumitat Konġunt imsemmi fis-sena 2000 u dam sakemm irtira fl-2014. F’dan il-perjodu l-ħlas li rċieva mingħand il-Kunsill Lokali tal-Belt il-ħlas kif ġej: Lm5,400 fl-2000; Lm5,400 fl-2001; Lm5,400 fl-2002; Lm5,400 fl-2003; Lm5,400 fl-2004; Lm5,400 fl-2005; Lm5,400 fl-2006; Lm5,400 fl-2007; €12,000 fl-2008; €12,000 fl-2009; €12,000 fl-2010; u €9,000 fl-2011, sakemm id-delega tal-infurzar u x-xogħol relatat għaddiet għand il-Kumitati Konġunti. Dan ifisser total ta’ €145,629. Il-Furjana daħlet fis-sistema fis-sena 2004 u għalhekk ix-xogħol tiegħu relatat ma’ din il-lokalita’ fil-Kumitat Konġunt imsemmi beda fl-2004 u tħallas għalih mill-Kunsill Lokali tal-Furjana kif ġej: Lm1,835 fl-2004; Lm1,770 fl-2005: Lm2,555 fl-2006; Lm2,345 fl-2007; Lm7,500 fl-2008; €6,695 fl-2009: €6,135 fl-2010; u €6’645 fl-2011, sakemm id-delega tal-infurzar u x-xogħol relatat għaddiet għand il-Kumitati Konġunti. Dan ifisser total ta’ €56,756.65. Ma kellu l-ebda perkaċċi. Il-Marsa daħlet fis-sistema fis-sena 2009 u għalhekk ix-xogħol tiegħu relatat ma’ din il-lokalita’ fil-Kumitat Koġunt imsemmi beda fl-2009 u tħallas għalih mill-Kunsill Lokali tal-Marsa kif ġej: €5,028 fl-2009, €5,207 fl-2010; u €5,136 fl-2011, sakemm id-delega tal-infurzar u x-xogħol relatat għaddiet għand il-Kumitati Konġunti. Dan ifisser total ta’ €15,371. Ma kellu l-ebda perkaċċi. B’kollox, il-persuna qalgħet €217,756.65.

Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25238 u 25294 u jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta beda bħala Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa u kemm dam jaħdem f’din il-kariga? Jista' jgħid jekk daħalx jaħdem wara sejħa pubblika jew le? Jista' jgħid x’kienet il-paga tiegħu sena b’sena kemm dam jaħdem bħala Authorised Officer? Jista' jgħid x’kienu l-perkaċċi l-oħra kollha li kellu u kemm kienet l-ispiża fuqhom sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.

Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25238 u jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta beda bħala Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa u kemm dam jaħdem f’din il-kariga? Jista' jgħid jekk daħalx jaħdem wara sejħa pubblika jew le? Jista' jgħid x’kienet il-paga tiegħu sena b’sena kemm dam jaħdem bħala Authorised Officer? Jista' jgħid x’kienu l-perkaċċi l-oħra kollha li kellu u kemm kienet l-ispiża fuqhom sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għal din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Transport Malta — impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta bdiet taħdem ma’ Transport Malta, kemm damet u f’liema kariga? Jista' jgħid jekk daħlitx taħdem wara sejħa pubblika jew le? Jista' jgħid x’kienet il-paga tiegħu sena b’sena kemm damet taħdem ma’ Transport Malta? Jista' jgħid x’kienu l-perkaċċi l-oħra kollha li kellha u kemm kienet l-ispiża fuqhom sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ġie ngaġġat ma’ Transport Malta permez ta’ kuntratt ta’ position of trust mal-Malta Freeport Corporation u l-Awtorita’ Marittima, u eventwalment ma’ Transport Malta. Dan il-kuntratt sar b’effett minn Lulju 2009 u baqa’ jiġi mġedded sa ma’ l-impjegat temm l-impjieg tiegħu ma’ Transport Malta f’Diċembru 2012. It-tabella t’hawn taħt turi s-salarju kif ukoll perkaċċi oħra li kien jibbenefika minnhom dan l-individwu: 2009 Salarju €18,650 Mobile phone €396 Internet €136 2010 Salarju €48,500 Mobile phone €1,817 Karozza €684 Servizz tal-Internet €328 Fuel €2,273 2011 Salarju €48,500 Mobile phone €913 Karozza €1,915 Servizz tal-Internet €328 Fuel €2,141 2012 Salarju €49,105 Mobile phone €1,362 Karozza €4,493 Servizz tal-Internet €328 Fuel €2,840

Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament meta beda bħala Authorised Officer b'responsabilità għal-lokalitajiet tal-Belt, Furjana u Marsa u kemm dam jaħdem f’din il-kariga? Jista' jgħid jekk daħalx jaħdem wara sejħa pubblika jew le? Jista' jgħid x’kienet il-paga tagħha sena b’sena kemm dam jaħdem bħala Authorised Officer? Jista' jgħid x’kienu l-perkaċċi l-oħra kollha li kellha u kemm kienet l-ispiża fuqhom sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Pjan Nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jitlob mill-Kunsilli Lokali l-pjan nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart li l-Ministeru tiegħu ħejja biex jaħdem u jitħaddem b’mod effettiv?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li r-rwol tal-Kunsilli Lokali fl-immaniġġjar tal-iskart huwa wieħed ewlieni anke għaliex dawn għandhom responsabbiltà statutorja dwar l-istess. Il-pjan nazzjonali tal-immaniġġjar tal-iskart jartikola f’aktar dettall dan ir-rwol fil-paġni 118-121 li qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa għaddejjin taħdidiet kostruttivi bejn il-Ministeru tiegħi u s-Segretarjat Parlamentari għall-Kunsilli Lokali dwar l-implimentazzjoni ta' dawn l-obbligi.

Park tal-Majjistral

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Park tal-Majjistral jitmexxix mill-Gvern jew mill-eNGOs jew flimkien? Dan il-Park għandu xi tip ta’ management plan?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li b’Avviz Legali 251/2007 (Regolamenti tal-2007 li jistabilixxu l-Majjistral, Park ta’ Natura u Storja) u b’Avviż Legali 224/2009 (li jemendaw dawn l-istess regolamenti), il-Park huwa mmexxi minn Federazzjoni ta’ tliet għaqdiet ambjentali, li huma Din l-Art Ħelwa, Nature Trust, u l-Gaia Foundation. Din il-Federazzjoni timpjega Park Manager li jieħu ħsieb li, bl-għajnuna ta’ diversi Park Rangers, jitwettqu dawk ix-xogħlijiet u ħidmiet li jkunu meħtieġa sabiex l-ambjent u r-riżorsi tal-Park ikunu mħarsa u sabiex l-għanijiet tal-Park jintlaħqu, dejjem skont il-Management Plan li kien tfassal għall-inħawi rikonoxxuti bħala siti ta’ Natura 2000 kif ukoll skont Management Plan li kien tfassal flimkien bejn il-Federazzjoni u l-MEPA fir-rigward speċifiku tal-Park tal-Majjistral. Hemm ukoll Bord tas-Sorveljanza li jinħatar mill-Ministeru ghall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u t-Tibdil fil-Klima li jieħu ħsieb li l-ħidma fil-Park tiżvolġi skont il-parametri stabbiliti. Ninsab infurmat ukoll li l-Federazzjoni tieħu ħsieb li kull sena tippreżenta Business Plan li tindika liema xogħlijiet ikunu ppjanati għas-sena ta’ wara u xi spejjeż ikunu maħsuba li hemm bżonn jintefqu biex jitwettaq dan ix-xogħol. Meta dan il-Business Plan jiġi approvat mill-Bord tas-Sorveljanza, imbagħad jgħaddi għand il-Ministeru biex il-fondi meħtieġa jiġu inklużi fl-estimi tal-Ministeru.

Ġbir tal-batteriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern dwar il-miżura tal-Budget biex tiġi riformata s-sistema tal-ġbir tal-batteriji?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li qed isiru d-diskussjonijiet neċessarji, inkluż mal-Ministeru tal-Finanzi, sabiex titfassal il-proċedura neċessarja li permezz tagħha l-miżura in kwistjoni tkun tista’ titwettaq.

Immaniġġjar tal-iskart – infurzar tar-regoli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi indirizzat l-infurzar tar-regoli u l-liġijiet tal-pajjiż fejn jidħol l-immaniġġjar tal-iskart?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-liġijiet ambjentali fuq l-immaniġġjar tal-iskart jiġu infurzati skont il-proviżjonijiet fl-istess liġijiet fuq l-iskart u skont l-Att tal-2016 dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent. Dan huwa proċess dinamiku li jinvolvi komunikazzjoni kontinwa ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra, partikolarment f'każijiet ta' nuqqas ta’ konformità mal- provvedimenti legali. F’dan ir-rigward, ninsab infurmat li kull min hu involut f'attivitajiet ta' immaniġġjar tal-iskart huwa obbligat, skont avviż legali 184 of 2011 - Regolamenti dwar l-iskart, li jkollu permess ambjentali u jopera skont il-kundizzjonijiet li joħorġu minnu. Taħt din il-liġi, b'mod regolari, isiru spezzjonijiet biex jiġu ċċekkjati li faċilitajiet u l-operaturi involuti f'attivitajiet ta' mmaniġġjar tal-iskart qegħdin iżommu mal-kundizzjonijiet tal-permess maħruġ lilhom. Ninsab infurmat ukoll li f'każijiet fejn jinstab illi qegħdin iseħħu attivitajiet ta' immaniġġjar tal-iskart bla permess, dawn jiġu mgħoddija għal azzjonijiet ta' infurzar skont il-proviżjonijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni. L-għan tal-ispezzjonijiet f’dan il-qasam huwa li jassiguraw sistema ta’ superviżjoni u kontroll, sabiex l-iskart jiġi immaniġġjat mingħajr periklu għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

Skema tat-tħaddir tal-komunitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward tal-iskema tat-tħaddir tal-komunitajiet, min huma s-sitt Kunsilli Lokali l-ġodda li se jgawdu minn għajnuna finanzjarja mill-Ministeru li int responsabbli għalih? Kemm huwa l-ammont ta’ din l-għajnuna finanzjarja? X’inhu l-investiment totali li s’issa ġew kommessi lill-Kunsilli Lokali kemm ilu li beda dan il-proġett pilota? Liema huma dawk il-Kunsilli Lokali l-oħra li s’issa bbenefikaw minn din l-iskema?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li s-sitt Kunsilli Lokali li se jibbenefikaw mill-iskema tat-Tħaddir fil-Komunitajiet għall-2016 huma: Ħ’Attard, Bormla, Birżebbuġa, San Ġwann u Santa Venera f’Malta u x-Xewkija ġewwa Għawdex. Għal din is-sena kull Kunsill Lokali se jkun qed jingħata massimu ta’ €30,000 filwaqt li minn kemm ilu li nbeda dan il-proġett fl-2014 ġew allokati b’kollox €530,000. Il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn din l-iskema s’issa huma: Ħ’Attard, Birżebbuġa, B’Kara, Bormla, il-Fgura, il-Mosta, l-Imsida, Raħal Ġdid, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Ta’ Xbiex, Rabat Għawdex, ix-Xagħra u x-Xewkija.

Pjan tal-Immaniġġjar tal-Iskart Agrikolu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalxiex huwa maħsub il-Pjan tal-Immaniġġjar tal-Iskart Agrikolu? X’inhuma l-pjani tal-Gvern f’dan ir-rigward u għaliex huwa importanti għall-ambjent f’pajjiżna? X’inhuma l-prijoritajiet ta’ dan?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-pjan in kwistjoni jirrikonoxxi realtà speċifika f’pajjiżna li tirrigwardja l-iskart agrikolu u speċifikament dak mill-irziezet. Ninsab infurmat ukoll li dan il-pjan huwa intiż li jagħti gwida sabiex ikunu investigati modi ta’ kif minflok ma dan l-iskart jintrema fl-ambjent jew fl-infrastruttura tad-drenaġġ, dan ikun jista’ jintuża’ bl-aktar mod effiċjenti u sostenibbli. Il-pjan joffri soluzzjoni għall-immanniġġjar tal-iskart iġġenerat mis-setturi diversi tal-agrikoltura, skont ir-realtijiet tal-preżent u l-iżviluppi kollha li seħħew f’dawn is-snin. Ninsab infurmat ukoll li sabiex ikun żgurat l-aħjar użu u t-trattament tal-iskart agrikolu li jkun f’konformità mal-obbligi regolatorji u ambjentali tal-pajjiż, inħasset ukoll il-ħtieġa li titwaqqaf struttura ġdida u komprensiva ta' governanza sabiex tassumi r-responsabbiltà ewlenija għat-tmexxija tal-isforzi meħtiega fir-rigward. L-objettiv ta’ din l-istruttura amministrattiva huwa li din kontinwament taġġorna, tikkordina u timplimenta l-pjan għall-imaniġġjar tal-iskart agrikolu bħala kwistjoni ta' politika nazzjonali bl-involviment tal-partijiet kollha interessati. B’hekk Malta tkun qed tassigura l-osservazzjoni tal-obbligi tad-direttivi tal-EU fil-qasam ambjentali tal-ilma inkluż dawk fir-rigward tan-nitrati kif ukoll dak li jirrigwardja t-trattament tal-skart urban.

COP 21 – teknoloġija nadifa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet għalfejn it-teknoloġija nadifa hija ċ-ċavetta għat-twettiq tal-ftehim tal-Conference of Parties (COP) 21?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li huwa fatt magħruf li t-teknoloġija hija għodda importanti u kruċjali ħafna sabiex tgħin fit-twettiq tal-ftehim ta’ Pariġi li huwa magħruf bħala Paris Agreement li ġie maqbul fil-Conference of Parties (COP) 21 f’Diċembru tal-2015. It-teknoloġija nadifa, tiġbor fiha diversi prodotti li jużaw sors ieħor ta’ enerġija min dak konvenzjonali, u għalhekk tgħin direttament sabiex jitnaqqas b'mod drastiku l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Tajjeb li jingħad li din mhix l-unika għodda li biha jista’ jitwettaq il- Paris Agreement iżda hemm ukoll fatturi oħra bħal climate finance kif ukoll il–governanza u t-tnaqqis ġenerali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

Fond tal-Azzjoni dwar il-Klima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-irwol tal-Fond tal-Azzjoni dwar il-Klima? Għaliex dan huwa essenzjali tant li kien fost il-prijoritajiet tal-Conference of Parties (COP) 21? Min huma l-membri tal-Bord?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li r-rwol tal-Fond tal-Azzjoni dwar il-Klima huwa stabbilit skont l-Att Fuq Azzjoni Dwar Il-Klima, 2015 (Kapitolu 543) skont Artiklu 16, bl-għan li jappoġġa t-twettiq tal-obbligi kif stabbiliti taħt l-istess Att u r-regolamenti magħmula taħtu, kif ukoll sabiex jappoġġa t-twettiq tal-obbligi u tal-impenji tal-Gvern stabbiliti mill-UNFCCC u mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Dak li huwa magħruf bħala l-‘climate financing’ kellu rwol importanti ħafna fil- Conference of Parties , dan għaliex jiddetermina jekk tingħatax importanza favur l-azzjoni dwar il-klima jew le. Ninsab infurmat li dan huwa mekkaniżmu li jgħin ukoll dawk l-istati Membri tal-UNFCCC sabiex iwettqu l-NDC (Nationally Determine Contributions) favur il-mitigazzjoni kif ukoll sabiex tittieħed azzjoni fuq l-adattament. Il–Membri tal-Bord huma: Chairperson - Dr Philip von Brockdorff, Kap tad-Dipartiment tal- Ekonomija fl-Università ta’ Malta. Rappreżentant tal-Ministeru tal-Finanzi - Mario Borg Rueben Fenech Dennis Gravina Prof. Paul Pace Charmaine Portelli Roderick Psaila Dr. Alfred Quintano Mario Vella Segretarja - Mariella Azzopardi

Ambjent u l-azzjoni dwar il-klima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-ambjent u l-azzjoni dwar il-klima se jkunu qed jagħtu spinta kbira ‘l quddiem lill-ekonomija l-blu fil-Mediterran?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-azzjoni dwar il-klima se tkun qed tagħti spinta ‘l quddiem lill-ekonomija l-blu fil-Mediterran flimkien mal-ambjent, għaliex din isservi bħala pjattaforma b’potenzjal ta’ żvilupp b'karbonju baxx. Ninsab infurmat wkoll li l-iżvilupp f’dan il-qasam jgħin ukoll sabiex tinbena reżiljenza kontra l-isfidi tat-tibdil fil–klima.

Il-Foss ta’ Ħaż-Żabbar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żviluppi dwar il-Park ġewwa Ħaż-Żabbar, magħruf aħjar bħala l-Foss ta’ Ħaż-Żabbar?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-azzjoni dwar il-klima se tkun qed tagħti spinta ‘l quddiem lill-ekonomija l-blu fil-Mediterran flimkien mal-ambjent, għaliex din isservi bħala pjattaforma b’potenzjal ta’ żvilupp b'karbonju baxx. Ninsab infurmat wkoll li l-iżvilupp f’dan il-qasam jgħin ukoll sabiex tinbena reżiljenza kontra l-isfidi tat-tibdil fil–klima. (Korrezzjoni: Ara Dokument Numru 7015 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa 27 ta' April 2016 f'Seduta 382)

Ekonomija Ċirkulari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi tfisser ekonomija ċirkulari? Għaliex hija essenzjali? Kif beħsiebu jaddottaha pajjiżna?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li f’Diċembru tal-2015, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet il-pakkett ta’ azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (Circular Economy). Dan il-pakkett, li qed jiġi diskuss fil-livell Ewropew, jindirizza l-valur tar-riżorsi naturali u jimmira li l-ħajja attiva tar-riżorsi tiġi estiża kemm jista’ jkun permezz ta’ aktar użu mill-ġdid u riċiklar tal-materjali fuq is-suq. B’hekk jiġi wkoll attivat suq ta’ materjali sekondarji fejn l-iskart ta’ wieħed isir il-materja prima tal-ieħor. L-ekonomija ċirkolari għandha effett tul il-ħajja kollha tar-riżorsi mill-istadju ta’ produzzjoni sa dak meta jiġu kkunsmati. Għaldaqstant l-iskart jiggwadanja l-valur veru tiegħu u tkun inċentivata d-dħul tiegħu mill-ġdid fiċ-ċirkolu ta’ produzzjoni. Bħala l-ewwel pass, ninsab infurmat li l-Ministeru qiegħed iħejji Terms of Reference biex jitħejja studju li jevalwa l-impatti (Impact Assessment) tat-tibdil propost mill-Kummissjoni Ewropea fid-Direttivi dwar l-immaniġġjar tal-iskart.