Jista' l-Ministru jgħid kemm saru sejħiet foloz (hoaxes) għall-ambulanzi matul l-2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ftit li xejn kien hemm sejħiet foloz (hoaxes) tul l-2016 u ma kien hemm l-ebda impatt negattiv fuq is-servizz tal-ambulanza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm bereġ ġew devoluti lill-kunsilli lokali s’issa u jekk hemmx pjan biex dan il-proċess jitkompla?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2014 ġew devoluti 6 bereġ: Kerċem u l-Għarb Għawdex, Ħal Tarxien, is-Siġġiewi, iż-Żurrieq u l-Kalkara. Fis-sena 2015 kien hemm Ħal Għaxaq, Msida u Ta’ Xbiex filwaqt li din is-sena ġew devoluti l-bereġ tal-Birgu, Santa Luċija, Ħal Safi u dalwaqt ħa tkun devoluta il-berġa ta’ Tas-Sliema ukoll.
Fis-snin li ġejjin hu ppjanat li d-Dipartiment tas-Saħħa fil-Kura Primarja jkompli dan il-process ta’ devoluzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-medja li persuna tistenna biex tinqeda fit-Taqsima tal-Emerġenza, fil-preżent u kif din tikkompara mal-2012, mal-2013 u mal-2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena z-żmien ta' stennija fit-Taqsima tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei kien ta' 3 sigħat jew inqas f'85% tal-każijiet. Fl-2013, taħt gvern preċedenti, il-medja tal-ħin ta' stennija kien ta' 13-il siegħa.
Introduzzjoni tal-Gliptins – persuni li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw bl-introduzzjoni tal-Gliptins (mediċina għad-dijabete) hekk kif dawn iddaħħlu fil-formularju tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta l-gliptins żdiedu fuq il-formularju tal-Gvern ftit tax-xhur ilu, diġà qed igawdu minnhom 881 pazjent dijabetiku. Dan in-numru mistenni jikber hekk kif aktar pazjenti jiġu assessjati mill-konsulenti tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li kellha l-marda tal-kanċer ibbenefikat minn check-ups mingħand it-tabib tal-familja?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa din is-sena kien hemm 44 mara li sarilha follow-up mit-tabib tal-familja wara li għaddew aktar minn ħames snin li sofriet minn kancer tas-sider.Kien hemm ukoll 39 pazjent li ġew fast tracked mit-tabib tal-familja wara suspett li l-pazjent jista’ jkollu kancer fil-musrana. B’hekk aktar każijiet ta’ kanċer fil-musrana jkunu jistgħu jinqabdu kmieni.
Ninforma Iill-Onor. Interpellant illi dawn iż-żewġ servizzi ġodda ġew introdotti din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni reġistrati mal-eHealth u jispjega din x’inhi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Ottubru 2016, kien hemm 16,080 persuna li hi registrata ghall-użu tal-myHealth.
Il-
myHealth
hu servizz elettroniku li permezz tiegħu pazjenti Maltin u t-tobba tagħhom jistgħu jaċċessaw data personali fuq is-saħħa permezz ta’ komputer imqabbad mal-internet. Pazjenti jistgħu joħolqu
links
volontarji ma’ tobba biex jiffaċilitaw l-aċċess sigur
online
għad-
data
personali tagħhom. Fost affarijiet oħra t-tabib tal-familja mill-klinika tiegħu fil-komunità, bil-permess tal-pazjent, jista' jikseb rizultati tad-demm u ta' testijiet oħra, riżultati ta'
X-rays
, in-noti elettroniċi bl-istorja tal-pazjent u kif ukoll lista ta' xi mediċini li qiegħed jieħu l-pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ operazzjonijiet li saru din is-sena, bejn Jannar u Ġunju fl-Isptar Mater Dei huwa 27,784. Dan jinkludi kemm dawk li saru b’emerġenza u kemm elettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-konsulenti fid-Dipartiment tas-Saħħa mill-2013 ‘l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ahhar ta’ Dicembru tal-2013 kien hemm 207 konsulenti filwaqt li f’Awwissu ta’ din is-sena kien hemm 233 konsulenti. Għalhekk kien hemm żieda ta’ 26 konsulent ġdid tul dawn l-aħħar snin. Tajjeb li ngħid li din is-sena sas-6 ta’ Ottubru kien hemm 17-il sejħa għall-konsulent ġdid fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa li uħud minnhom għadhom fil-proċess li jimtlew.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’pajjiżna għandniex faċilitajiet biex nippreservaw demm rari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfuzjoni tad-demm hemm sistema u makkinarju biex jippreservaw id-demm (rari) għal ta’ l-anqas 10 snin. Fil-fatt diġà ġew identifikati xi pazjenti/donaturi ta’ gruppi tad-demm rari u diġà ttieħdu xi boroz tad-demm għal dan il-għan.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar fiċ-Ċentri tas-Saħħa matul l-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabelli ta’ hawn taht:
Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid -
Refurbishment
tal-Podjatrija
Centru tas-Sahha tal-Furjana -
Reception Area
Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara - sistema ta’ ventilazzjoni incluz l-
air conditioners
Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara – Estensjoni tal-fizjoterapija
Centru tas-Sahha ta’ Hal-Qormi – Konsulenza ghal-
refurbishment
Centru tas-Sahha ta’ Bormla -
Lift
Apparat gdid:
Centri tas-Sahha ta’ Hal-Qormi, Birkirkara, Bormla u Rabat - 4 Digital ECG Machines
Centri tas-Sahha ta’ Hal-Qormi u Birkirkara - Cart/Dressing Trolleys
Centri tas-Sahha tal-Mosta, Birkirkara u l-Gzira - Ophthalmic Slit Lamps
Centri tas-Sahha tal-Floriana u l- Mosta, Klinika tal-Oftalmologija - 2 Pachymeters
Centru tas-Sahha tal-Furjana - Piped Medical Oxygen
Centri tas-Sahha tal-Floriana u l-Gzira - 2 Ophthalmic Digital Acuity Systems
Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara, sezzjoni Podjatrija - Gait Analysis
Centri tas-Sahha ta’ B’Kara u Hal-Qormi, sezzjoni tal-Fizjoterapija, Pulse Continuous Short-Wave Units
Centru tas-Sahha tal-Gzira - Gratnell Trolley
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex issir l-EMG u kemm kienet twila l-lista ta’ stennija għal dan it-test fl-2012 u fl-2013?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien ta’ stennija għall-EMG fis-snin 2012 u 2013 kien jilhaq għal aktar minn sentejn filwaqt li llum huwa ta’ madwar 4 xhur.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ operazzjonijiet isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u kemm saru operazzjonijiet f’dan iċ-Ċentru mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-sena 2013 ma saret l-ebda operazzjoni ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Tajjeb li ngħidu li diversi servizzi bdew fi żmien differenti matul is-snin 2014 u 2015. Matul is-sena 2014 saru 478 operazzjoni filwaqt li fis-sena 2015 saru 1,255. Din is-sena, minn Jannar sa Settembru saru 1,104 operazzjoni ġewwa iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koppja għamlet l-IVF fl-Isptar Mater Dei matul l-2016 u sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm-il tfal twieldu permezz ta’ din il-proċedura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2016 u Settembru 2016 saru 168 ċiklu tal-IVF/ICSI gewwa l-Isptar Mater Dei u s'issa twieldu 42 tarbija mill-IVF’s li saru fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar 2015 u Dicembru 2015.
Miċ-ċikli tal-IVF’s li saru ġewwa Sptar Mater Dei bejn Jannar 2016 u Lulju 2016, 30 koppja oħra qed jistennew tarbija.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna marret tieħu kura jew trattament barra minn Malta tul din il-leġiżlatura sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista jgħid ukoll kemm persuni bbenefikaw mill-inzjattiva li jitilgħu ż-żewġ ġenituri flimkien mal-ulied li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż tul din il-leġiżlatura sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 kien hemm 424 pazjent, fl-2014 kien hemm 459 filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 499 li rċevew il-kura barra minn xtutna. Ħafna minn dawn il-pazjenti jkollhom il-bżonn sabiex isiefru aktar minn darba għalhekk fis-sena 2013 insibu illi saru 665 safra, fl-2014, 696 u fl-2015, 759. Minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena saru 651 safra.
Għall-pazjenti Maltin li jintbagħtu għall-kura barra minn Malta il-Gvern qed jinvesti madwar 4 miljun Ewro. Dawn jinkludu n-nefqa tat-trattament, l-ivjaġġar, transport fir-Renju Unit u appogg finanzjarju ghal-NGO
Puttinu Cares
. Il-Gvern ħa l-inizzjattiva billi jħallas in-nefqa tat-titjiriet ghaz-zewg ġenituri ta’ tfal taħt it-18 il-sena. In-numru ta’ persuni li bbenefikaw mill-inzjattiva li jitilgħu ż-żewġ ġenituri flimkien mal-ulied li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż fl-2014 kien ta’ 177, fl-2015 kien hemm 182 u minn Jannar sat-30 ta’Settembru ta’din is-sena kien hemm 171. (Jista jkun li persuna tkun ibbenefikat aktar minn darba ghaliex il-familja jkollha bzonn aktar minn vista wahda.)
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tfal għamlu użu mill-Emerġenza tat-Tfal tal-Isptar Mater Dei mill-ftuħ tiegħu sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fl-Emerġenza tat-Tfal tal-Isptar Mater Dei mill-ftuħ tiegħu, iġifieri mill-21 ta’ Diċembru 2015 sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien ta’ 12,577 attendenzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s-CT Scan il-ġdida fl-Isptar Mater Dei u kemm saru testijiet permezz ta’ din is-CT Scan, sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-CT Scan il-ġdida bdiet tintuża nhar is-6 ta’ Lulju ta’ din is-sena u sat-8 ta’ Ottubru 2016 saru 1,850 intervent. Il-kuntratt tas-CT il-ġdid ghandu valur ta’ €1.7 miljun. Din s-CT Scan kienet parti minn proġett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eligibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti bbenefikaw mill-angio suite l-ġdida sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm swiet din l-angio suite?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Angiosuite il-ġdida bdiet tintuża nhar l-10 ta’ Awwissu ta’ din is-sena u sat-8 ta’ Ottubru 2016 saru 176 interventi. Il-kuntratt tal-Angiosuite l-ġdida għandu valur ta’ €1.9 miljun. Din l-angiosuite kienet parti minn progett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eliġibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proċedura saret ġewwa l-Brain Lab sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm tiswa kull proċedura u kemm swiet l-ispiża inizjali biex ikollna Brain Lab fl-Isptar Mater Dei ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-5 ta’ Ottubru tal-2016 kien hemm 36 pazjent li ġie ttrattat permezz tal-brain lab. L-ispiża ta’ kull proċedura tiddependi xi jkun ikkunsmat waqt il-proċedura. L-ispiża totali tal-brain lab li tinkludi s-sistema kollha flimkien mas-software hija ta’ €385,127.00. Din l-Brain Lab kienet parti minn proġett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eligibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mediċina hemm out of stock illum u jekk hemm, kemm ilha out of stock? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm mediċini out of stock tul dawn l-aħħar sentejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tieni parti tas-sena 2014 kien hemm ġimgħa waħda mingħajr mediċini out of stock. Matul l-2014 kien hemm massimu ta’ 10 mediċini out of stock għal ġimgħa biss.
Fl-2015 kien hemm 26 ġimgħa mingħajr ma jkun hemm mediċini
out of stock
. Massimu ta’ 9 mediċini kienu
out of stock
għal ġimgħa waħda biss.
Minn Jannar sa Settembru 2016 kien hemm 29 ġimgħa mingħajr ma jkun hemm mediċini
out of stock
.