Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċidenti fit-toroq li kienu involuti żwiemel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fit-toroq matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u li fihom kienu involuti żwiemel? Jista’ jgħid f’liema lokalità seħħ kull inċident? Jista’ jindika jekk f’kull każ kenitx involuta xi vettura jew vetturi? Jista’ jindika kemm kienu l-vetturi involuti f’kull każ? Jista’ jindika jekk f’kull każ kienx hemm persuni li sfaw midruba? Jista’ jindika f’kull każ jekk iż-żiemel safax midrub jew jekk mietx?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Forzi Armati ta’ Malta – operazzjonijiet ta’ salvataġġ fuq il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta' Malta fejn matulhom ġew salvati nies matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet ?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija, l-Forzi Armti ta’ Malta wetqet 112 il-operatzjoni ta’ salvataġġ fuq il-baħar u ġew salvati 945.

Protezzjoni Ċivili — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija ? Jista’ jgħid x’kienu t-talbiet għall-għajnuna? Jista’ jgħid fejn applikabbli, kemm ġew salvati nies?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena sat-18 ta’ Settembru 2016, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellu 3656 –il sejħa. Dawn kienu mqassma kif ġej; Marine 49 Assistenzi 378 Nirien 1418 Rescue 212 Floods/Pumping 12 Hazmat 50 Spillages 1306 Oħrajn 231 TOTAL 3656

Reati ta’ pedofelija – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' pedofelija matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Reati ta’ Serq – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti fuq reati ta' serq matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u x'kienu s-sentenzi mogħtija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena, fil-perjodu ta’ bejn Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu 2016, kien hemm mitejn u tmienja u disgħin (298) persuna li tressqu l-qorti in-konnessjoni ma reati ta’ serq. Waqt li diversi każi għadhom pendenti jew għad irid li jitressqu l-persuni kkonċernati, fil-każijiet fejn ingħatat sentenza, il-persuni nvoluti ġew ikundannati diversi pieni li jinkludu ħabs, sentenza ta’ ħabs sospi¿a, probation, liberati, liberati b’kundizzjoni, sentenzi ta’ multi/amendai u multi b’sentenza ta’ ħabs. It-tabella t’hawn taħt turi in-numru ta’Maltin jew barranin involuti kif ukoll l-ammopnti ta’ kemm kien hemm nisa u rgiel. Maltin Barranin Totals Irgiel 173 57 230 Nisa 46 22 68 219 79 298

Inċidenti fi kmamar tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fi kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex mis-sena 1980 sal-lum, sena b’sena b’mod separat? Jistà jgħid kemm mietu persuni f’dawn l-inċidenti sena b’sena?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li in numru ta’ inċidenti li seħħew fi kmamar tan-nar f'Malta u f'Għawdex mis-sena 1980 sal-lum, sena b’sena b’mod separat huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt u kien jammonta għall-tmienja u tmenin każ. It-tabella tinkludi wkoll in-numru ta’ persuni li mietu persuni jew korrew fl-istess inċidenti sena b’sena. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 7864 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 438 nhar it-Ġimgħa, 28 ta' Ottubru 2016)

Persuni li għerqu fl-ibħra Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati li għerqu persuni fl-ibħra Maltin mis-sena 2006 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista' jgħid in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2006 sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien hemm disgħin persuna li ġew irrapurtati li għerqu fl-ibħra Maltin. Dettalji ta’ dawn l-inċidenti separatament sena b’sena jidhru f’tabella A li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din it-tabella tinkludi in-nazzjonalità, is-sess u l-etajiet tagħhom. Tabella B li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra turi lista ta’ ħamsa u għoxrin (25) iġsma li nstabu fil-baħar u li l-identita tagħhom mhux magħrufa. Dawn setgħu għerqu barra mill-ibħra Maltin u narru lejn gżiritna. Barra min dan, hemm nieqsa tlett (3) persuni li ġew rrapurtati u li susspettati li għerqu wara zewġ inċidenti tal-baħar separati, matul il-perjodu msemmi u mhux misjuba. Dawn jidru f’tabella Ċ li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li mietu f’aċċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tilfet ħajjitha minħabba aċċident tat-traffiku mis-sena 2001 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena b’mod separat? Jista' jgħid in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Drink Driving – persuni mressqa l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq drink driving matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, f’Malta u f’Għawdex b’mod separat?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li n -numru ta’ persuni li ttellgħu l-qorti fuq drink driving fil-perjodu Jannar sa Awwissu 2016 f’Malta u Għawdex, kien ta’ mija tmienja u erbgħin persuna.

Traffikar u pussess ta’ droga – persuni li tressqu l-Qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti b’mod separat fuq traffikar u pussess ta’ droga, matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u x'kienu s-sentenzi mogħtija?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien hemm sebgħa u tmenin (87) persuna li tressqet quddiem il-Qorti minħabba pussess ta’ droga. Ħafna każi għadhom sub judice u fil-każijiet fejn ingħatat is-sentenza, il-persuni konċernati weħħlu ħabs, multi, probation, sentenzi sospiżi jew ġew liberati skond il-provedimenti tal-artiklu 22 tal-Kap 446. Kien hemm ukoll ħames mija u tnejn u erbgħin (542) każ ta’ persuni li tressqu quddiem it-Tribunal tal-Gustizzja minħabba pussess ta’ droga. Hemm każijiet li huma sub judice, pero fil-każijiet deċiżi, il-persuni kkonċernati weħħlu ‘penali’. Fl-istess perjodu kien hemm disgħin (90) persuna li tressqet jew ser titressaq il-qorti fuq traffikar ta’ droga. Fejn il-każijiet ġew deċiżi is-sentenzi mogħtija kienu jinkludu priġunerija, liberati bis-saħħa tal-artiklu 22 tal-Kap 446, multi u sentenzi sospizi.

Qbid ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsja? X'tip ta’ droga kienet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2016 kien hemm dawn iil-qabdiet ta’ Droga: Drug type Quantity Cocaine 18051.9354g Heroin 178.328g Cannabis Resin 104250.604g Cannabis Grass 6361.331g Ecstasy 1463 Cannabis joints 59 Crack Cocaine 7.538g Legal highs 108.377g Cannabis plants 84 MDMA Powder 443.927g LSD 2 Ketamine 8.515g Tramadol 36,050,000
Leg 12 PQ #27253 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Settur finanzjarju u tal-iGaming — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-impjegati fis-settur finanzjarju u tal-iGaming fid-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta mpjegati fis-settur finanzjarju hi skond it-tabella li tidher hawn taħt: Financial and Insurance ActivitiesApril 2016 Full-time 8,816 Part-time 1,018 Rigward il-figuri tal-igaming, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27254 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Settur Finanzjarju u tal-iGaming – kumpaniji reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' kemm ġew reġistrati kumpaniji ġodda fis-settur finanzjarju u tal-iGaming matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward is-settur finanzjarju fl-2016, sat-30 ta’ Settembru, huwa ta’ 180. Rigward il-figuri tal-igaming nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #27255 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Kumpaniji ġodda reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati kumpaniji ġodda f’Malta matul l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji reġistrati ġodda f’Malta matul l-2016, sat-30 ta’ Settembru, huwa ta’ 3,709.
Leg 12 PQ #27256 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid, matul is-sena 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, kemm inbiegħu proprjetajiet li l-valur tagħhom huma: a. anqas minn €150,000; b. bejn €150,000 u €250,000; c. bejn €250,000 u €600,000; d. bejn €600,000 u €1,000,000; u e. aktar minn miljun ewro?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skont it-tabella t’hawn taħt: VALUR TAL-PROPJETÀNUMBRU TA PROPRJETAJIET LI ĠEW MIBJUGĦA Anqas minn €150,0008,543 Bejn €150,000 u €250,0001,768 Bejn €250,000 u €600,0001,056 Bejn €600,000 u €1,000,000 206 Aktar minn €1,000,000 145 Id-data tkopri sal-aħħar ta’ Settembru, 2016.
Leg 12 PQ #27257 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Żwiġijiet f’Għawdex u f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet f’Għawdex u f’Malta reġistrati fl-2015 u fl-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija ? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu żwiġijiet bil-Knisja u kemm kienu biċ-ċivil? Jista’ jgħid x’kienet l-età tal-persuni? Jista’ jgħid kemm kien hemm persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu persuni ta’ nazzjonalità oħra ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #27258 Sitting 433 2016-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Popolazzjoni ta’ Malta u t’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta’ Malta u t’Għawdex b’mod separat, fl-1995 u kemm hija llum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #27247 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Twelid ta’ trabi minn ommijiet ta’ inqas minn 20 sena u aktar minn 40 sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi lill-ommijiet ta' inqas minn 20 sena u ta’ iktar minn 40 sena, b’mod separat, bejn l-2006 u matul l-2016, sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-sena 2006 u l-2015 kien hemm 2,180 tarbija li twieldet lill-ommijiet ta' inqas minn 20 sena u 594 tarbija li twieldet lill-ommijiet ta’ iktar minn 40 sena. Għal-aktar informazzjoni, sena b’sena nitlobu biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt. Year Births to mothers <20 years Births to mothers >40 years 2006 237 55 2007 248 49 2008 276 65 2009 281 49 2010 256 36 2011 219 56 2012 212 72 2013 165 54 2014 152 74 2015 134 84 Total 2180 594
Leg 12 PQ #27248 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza — kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei minħabba inċidenti tat-traffiku bejn l-2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b’mod separat? Jista' jgħid in-nazzjonalità tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu irgiel? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella t’ hawn taħt: 2013 <15 yrs 16-60yrs >61 Total Irġiel 85 839 119 1043 Nisa 57 546 83 686 Total 142 1385 202 1729 2014 <15yrs 16-60yrs >61 Total Irġiel 46 599 93 738 Nisa 39 416 74 529 Total 85 1015 167 1267 2015 <15 yrs 16-60yrs <61 Total Irġiel 40 432 62 534 Nisa 55 598 130 783 Total 95 1030 192 1317
Leg 12 PQ #27249 Sitting 431 2016-10-25 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Childcare Centres — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li matul l-2015 ibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa? Kemm huwa maħsub li b’kollox kienet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa peress li għadhom qed jiġu pproċessati il-formoli tat-Taxxa għas-sena 2015. Id-Dipartiment ikun jista’ jagħti din l-informazzjoni għal bidu ta’ Novembru, 2016.