Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vannijiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li jintużaw biex l-akkużati jittellgħu l-qorti mill-ħabs?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed isir użu minn tliet vannijiet biex l-akkużati jittellgħu l-qorti mill-ħabs.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemm xi limitu ta’ transfers tal-karozzi li l-uffiċjali inkarigati ta’ Transport Malta ma jistgħux jaqbżu kuljum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li m’hemm l’ebda limitu ta’ transfers tal-karozzi li l-uffiċċjali nkarigati ta’ Transport Malta jagħmlu kulljum.
Il-pubbliku in ġenerali għandu l’faċiltà li jiġi fis-Sala B u jagħmel transfers mal-counter. Jekk kumpanija li minħabba n-numru tal-flotta jkollhom ammont kbir ta’ transfers, dawn jingħataw il-faċiltà li jiddepożitaw id-dokumenti meħtieġa, u jiġu għalihom il-ġurnata ta’ wara.
Persuni oħrajn bħal aġenti jew bejjiegħa awtorizzati sabiex ibiegħu vetturi, jew aġent ta’ l-assikurazzjoni għandhom faċillitajiet differenti f’Sala Ċ. Dawn jistgħu jiddepożitaw id-dokumenti kollha u jiġbruhom wara nofsinhar ta’ l’istess ġurnata jew il-ġurnata ta’ wara. Dawn jistgħu ukoll jagħmlu transfers mat-tieqa assenjata f’Sala Ċ sa massimu ta’ għaxar (10) transfers kull wieħed, liema numru ġie stabbilit mas-settur sabiex ikun jista’ jinqeda kulħadd u peress li għandhom il-faċilità li jiddepożitawhom.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm messaġġi televiżivi lin-nazzjon bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u d-9 ta’ Marzu 2013 mill-Prim Ministru u kemm swew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif tenement li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament għadda għand terzi persuni matul dawn l-aħħar tletin sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tenement li d-dettalji tiegħu ntbagħtu separatament inqasam fl-2007, b’parti tgħaddi lil terzi persuni li ġew rikonoxxuti taħt l-Iskema mnedija fis-sena 2000, li tirregola l-għoti ta’ qbiela fuq art agrikola tal-Gvern, filwaqt li l-bqija tal-art ġiet imqabbla ‘in solidium’ lill-eredi tal-bidwi li kellu l-qbiela fuq l-art, skont id-dispossizzjoni tal-Att li jirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Raba ( Kap 199).
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandhom il-maġistrati u l-imħallfin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Is-salarju tal-Membri tal-Ġudikatura huwa bba¿at fuq skala 1 tas-salarji tas-servizz pubbliku. Is-salarju tal-Prim Imħallef huwa ekwivalenti għal 115.5% ta’ din l-iskala, tal-Imħallfin 100% filwaqt li tal-Maġistrati 85%. Barra dan is-salarju, kull Ġudikant għandu dawn l-Allowances:
1. Ammont ekwivalenti għal 15% tas-salarju;
2. Allowance ta’ €8,152,81;
3. Allowance ta’ €12,000 fis-sena li hi intiża għal taħriġ, għal żamma ta’ seduti wara nofsinhar meta meħtieġ, u għat-tħaddim obbligatorju tas-sistema tad-djarju fil-kawżi ċivili kollha. Din l-allowance ġiet introdotta gradwalment hekk, €4,000 fl-2012, €8,000 fl-2013 u titla’ €12,000 fl-2014 u
4. Allowance ta’ €6,100 bħala ħlas b’somma fissa li tiġbor fiha diversi konċessjonijiet monetarji u benefiċċji oħra li kull Ġudikant kien igawdi sa nofs l-2012. L-Allowance dovuta lill-Prim Imħallef għal dan l-iskop hi ta’ €7,200 peress li hu kien igawdi minn benefiċċji ogħla min tal-Ġudikanti l-oħra.
Ma din ir-risposta qed nehmeż kopja tal-ftehim milħuq bejn l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u tal-Maġistrati ta’ Malta u l-Gvern ta’ Malta li ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 2012.
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija – ingaġġ ta’ konsulent legali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu jew hi l-konsulent legali tal-Kunsill Malti tax-Xjenza u t-Teknoloġija u kif inħatar? Saru call for applications u fejn ġew ippubblikati? Kemm hi r-remunerazzjoni tal-konsulent legali? Min ġie magħżul huwa impjegat jew jinsab fuq bażi kuntrattwali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kunsill Malti tax-Xjenza u t-Teknoloġija kien, sa ftit taż-żmien ilu, okkażżjonalment jagħmel użu mis-servizzi legali ta' Dr Rosslyn Borg permezz ta' kuntratt ta' servizz għal konsulenza. Dan għaliex sat-30 ta' Ġunju 2013 il-Kunsill ma' kienx jimpjega persuna full-time speċifikament biex tieħu ħsieb l-affarijiet legali tal-Kunsill.
Is-servizz għall- konsulenza legali msemmija hawn fuq jasal fi tmiemu mal-għeluq ta' każ partikolari li għadu pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali.
Minħabba li l-ispiża totali tas-servizzi legali kollha pprovduti minn din il-konsulenta kien ta' anqas minn €2,500 (VAT eskluż), Dr Rosslyn Borg ġiet ikkuntrattata permezz ta' ordni diretta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx avukati impjegati b’kuntratt mal-Wasteserv? X’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ dawn il-kuntratt, fosthom id-dħul minnhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-preżent hemm. Persuna minnhom qegħda fuq kuntratt indefinit bħala part-timer u taħdem 25 siegħa fil-ġimgħa bir-rata ta’ 20 Ewro u 50 ċenteżmu fis-siegħa. Din il-persuna tgawdi wkoll minn 3,055 Ewro u 5 ċenteżmi fis-sena allowance għall-karozza, sa 93.75 litri fuel fix-xahar u 280 Ewro fis-sena għas-servizz ta’ mowbajl. Siegħa kuljum tista’ tinħadem mill-uffiċċju personali. Persuna oħra qegħda fuq kuntratt indefinit full-time, bix-xogħol imwettaq minn barra minn Malta, taqla’ somma annwali ta’ 29,615 Ewro u 64 ċenteżmu u tgawdi wkoll minn allowance ta’ 3,028 Ewro u 22 ċenteżmu fis-sena bħala senior manager, u 698 Ewro u 76 ċenteżmu fis-sena għas-servizz ta’ mowbajl. It-tielet persuna qegħda fuq kuntratt definit u taħdem 25 siegħa fil-ġimgħa full-time b’reduced hours bir-rata ta’ 16-il Ewro u 15-il ċenteżmu fis-siegħa.
Impjant ta' riċiklaġġ ta’ Sant Antnin – produzzjoni ta’ enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-impjant ta' riċiklaġġ ta’ Sant Antnin huwiex qed jipproduċi xi forma ta’ enerġija?
Response (BRINCAT, LEO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif ġie ddikjarat pubblikament, l-impjant ta’ Sant Antnin naqas li jaħdem u jitħaddem kif suppost, anke f’qasam essenzjali bħal dak tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mill-iskart. Dan kif ikkonfermat mir-review team indipendenti meta qalu li l-impjant ta’ Sant Antnin bilkemm qed jiġġenera terz tal-enerġija li suppost qed jipproduċi, tant li skont l-istess rapport pubbliku tagħhom, dan in-nuqqas serju se jkollu riperkussjonijiet nazzjonali anke biex nilħqu l-miri ta’ enerġija nadifa.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta’ kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali? Tista’ tippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment l-informazzjoni tkun mqassma skont il-lokalità?
Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)
Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tender u liema kienu li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema aġġudika favur il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, inkluż dawk it-tenders appellati minn terzi, matul dawn l-aħħar ħames snin sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienet l-offerta f'kull tender partikolari tal-kumpanija, u kemm kienet l-irħas offerta li ntefgħet f'kull tender partikolari?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar ħames snin, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema aġġudika favur il-kumpanija msemmija żewġ talbiet għal tenders kif qiegħed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra.
Il-Ħlas ta’ dan it-tender mhux ibbażat biss fuq prezz iżda fuq diversi kriterji taħt il-proċedura tal-Most Economically Advantageous Tender (MEAT).
L-ewwel tender ġie rrakkomandat peress li l-kumpanija li rebħet il-kuntratt kienet ekonomikament vantaġġuża, skond il-kriterja MEAT mniżżla fid-dokument tat-tender.
Dan it-Tender ġie appellat u għaldaqstant il-proċess ta’ award ġie mwaqqaf sakemm il-Public Contracts Review Board (PCRB) jiddeċiedi il-każ.
It-tieni tender ġie rrakkomandat lill-kumpanija rebbieħa peress li kienet l-irħas fost l-offerti li ikkwalifikaw skont il-kriterji stabbiliti fid-dokument tal-Offerta.
Dan it-tender qiegħed fil-perjodu ta’ fejn kull offerent jista’ jagħmel appell.
Jista' l-Ministru jgħid b'minn min hu kompost il-bord tal-gvernaturi tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) u x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat li ċ-Chairman u l-Bord ta’ Gvernaturi tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta fi Frar 2013 kienu:
Prof. Joe V Bannister (Chairman)
Prof Josef Bonnici
Dr Anton Felice
Dr Cythia Scerri Debono
Mr Frank Xerri de Carlo
Dr Louise Ellul Cachia Caruana
Mr Albert Attard
Iċ-Chairman tal-Awtorità jitħallas remunerazzjoni annwali ta’ €82,105 skont il-kuntratt eżistenti. Huwa wkoll intitolat għar-rifużjoni fuq il-kontijiet tat-telefon.
Kull gvernatur jitħallas onorarja ta’ €3,494 fis-sena bħala gvernaturi tal-MFSA flimkien ma’ onorarja ta’ €2,329 fis-sena bħala gvernaturi tal-Listing Authority. M’għandhomx benefiċċji oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għadux akkreditat bħala ambaxxatur? Jekk iva, x’inhu xogħlu u xi spejjeż hemm involuti f‘din il-kariga? Jista’ jikkonferma jekk igawdix minn immunità diplomatika?
Response (VELLA, GEORGE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, m'għadhiex akkreditata bħala Ambaxxatur.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, grad b’grad, impjegati mad-Dipartiment tal-Vat u kemm minnhom tħallsu sahra matul dawn l aħħar ħames snin? Għal kemm-il siegħa kienet tammonta din is-sahra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f 'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid b'minn min hu kompost il-bord tal-gvernaturi tal-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) u x'inhi r-remunerazzjoni tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk — remunerazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk li jikklassifika il-films f'Malta u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Klassifikazzjoni tal-Pellikoli u l-Palk li jikklassifika il-films f’Malta kien kompost u kien qiegħed jitħallas kif ġej qabel ta r-riżenja tiegħu.
Name of Board
Film Age Classification Board
Name and Surname
Type of Appointment
PAYM
ENTS
Dr Andrew Azzopardi
Chairman
€815 per annum & €9.50 per film trailer
Dr Roberta Attard
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Mr Anthony Muscat
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Ms Marie-Louise Perici Calascione
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Ms Marion Grech
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Ms Cecilia Xuereb
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Mr Gino Mule Stagno
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Mr Emmanuel Ellul
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Ms Teresa Friggieri
Member
€1.50 per film trailer & €9.50 per film viewed
Name of Board
Theatre Guidance Board
Name and Surname
Type of Appointment
PAYMENT
Perit Adrian Mamo
Chairman
Ex-Ufficio
Mr John Suda
Member
€700*
Mr Michael Fenech
Member
€700*
Ms Lou Ghirlando
Member
€700*
Ms Rosetta Debattista
Member
€700*
* Each member had to be paid €700 for the first year and €500 for the following year. So far no payment has been effected since board has to be composed again since they all resigned after 8th March, 2013.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-kors fl-MCAST tal-AAT Diploma in Accounting ilhom bla għalliem tal-Ingliż mill-bidu tas-sena skolastika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-bidu tas-sena akkademika kien jeħtieġ li jiġu impjegati għadd ta’ għalliema tal-Ingliż ġodda. Fis-sajf saru l-intervisti meħtieġa. Il-persuna li ntgħażlet u ġiet allokata għall-istudenti tal-kors imsemmi għall-ewwel uriet interess fil-post u talbet għal xi ġimgħat ta’ ‘notice’. Iżda waqt dawn il-ġimgħat, din l-għalliema infurmat lill-MCAST li m’għadiex interessata fl-impjieg. L-MCAST minnufih beda proċess biex jingaġġa persuna oħra għal dan ix-xogħol. L-għalliema l-ġdida bdiet il-lezzjonijiet b’mod regolari din il-ġimgħa.
Minkejja din id-diffikulta’ li l-MCAST ma kellux kontroll fuqha, l-istudenti xorta waħda se jieħdu l-lezzjonijiet kollha tal-Ingliż hekk kif ippjanati għalihom bħala parti mill-kors.