Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16348 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kirjiet rurali terminati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew terminati kirjiet rurali mill-Gvern fuq art tiegħu biex sar żvilupp fuq din l-art bejn l-2004 u d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jindika liema kienu l-iżviluppi rispettivi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar din id-domanda qiegħda tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #16356 Sitting 268 2015-05-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management Efficiency Unit — uffiċċji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jinkrew l-uffiċini tal-management efficiency unit fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u minn meta bdiet il-kirja? Kien hemm sejħa għall-offerti? Kemm hemm impjegati f'dawn l-uffiċċji? .

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fil-preżent l-uffiċini tal-MEU huma mikrija ‘di fermo’ għal ħames (5) snin. Il-kera hi ta’ €53,850 fis-sena bi proviżjoni għal kirjiet addizzjonali jekk jiġi maqbul bejn il-partijiet. Il-kirja bdiet fis-6 ta’ Dicembru 2011 wara li nħarġet Espressjoni ta’ Interess ippubblikata fil-gazzetti kollha fit-12 t’Awwissu 2011. Bħalissa l-MEU timpjega tmintax-il persuna minn dawn l-uffiċini, b’sebgħa (7) oħra li fil-preżent huma stazzjonati f’organizzazzjonijiet oħra.

Tiġdid tal-Karta tal-Identità – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma ġġedditlux il-karta tal-identità?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din id-domanda hija ta’ natura kunfidenzjali. Ninfurmah ukoll li l-persuna li dettalji dwarha ngħataw separatament ġiet ikkuntatjata fuq il-każ.

MIC — Kap

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa flus l-MIC sa minn meta infetaħ sakemm ingħalaq? Jista' jgħid il-Kap tiegħu min kien u kemm kellu introjtu? X'perkaċċi u allowances kellu? Jista' jgħid jekk issejħitx sejħa pubblika sabiex jinstab il-Kap tal-MIC? Jista' jgħid jekk kienx hemm impjegati tal-MIC li kienu seconded hemm? Minn fejn kienu seconded?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.

Housing – Postijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw postijiet tal-gvern għal skopijiet ta’ housing mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-lum u jgħid fejn huma dawn il-postijiet, lokalità b’lokalità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-20 ta’ Marzu 2015, l-Awtorita’ tad-Djar allokat 254 post li qegħdin murija fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita' fejn gew allokati Total Birkirkara 9 Birżebbuġa 12 Buġibba 2 Burmarrad 1 Cospicua 16 Fgura 6 Floriana 7 Għaxaq 3 Gżira 1 Ħamrun 4 Kalkara 2 Kerċem Għawdex 1 Kirkop 1 Marsa 4 Marsalforn Għawdex 5 Mellieħa 3 Msida 7 Mtarfa 1 Paola 5 Pembroke 1 Pieta' 1 Qawra 6 Qormi 18 Qrendi 4 Rabat 5 Rabat Għawdex 3 San Gwann 3 Sannat Għawdex 1 Senglea 3 Siġġiewi 8 Sliema 1 St Julians 2 St Paul's Bay 32 Sta Lucia 8 Sta Venera 1 Ta' Xbiex 1 Tarxien 17 Valletta 11 Vittoriosa 8 Wied il-Għajn 3 Xagħra Għawdex 3 Żabbar 6 Żebbug 7 Żejtun 4 Żurrieq 7 254

Applikazzjoni għal Qabar – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jingħata l-pussess ta’ qabel lill-applikanta tal-applikazzjoni li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jikjarifika l-mistoqsija tiegħu.

Ministeru għall-Edukazzjoni – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema bħala persons of trust bejn it-8 ta’ Marzu 2008 u l-10 ta’ Marzu 2013 fil-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u setturi kollha li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Sport ta’ dak iż-żmien?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14796 li l-perjodu tagħha jkopri wkoll is-snin 2008 sa 2012. Rigward il-perjodu li jifdal, jiġifieri bejn l-1 ta' Jannar 2013 u l-10 ta' Marzu 2013, ninsab infurmat li f'dan il-perjodu ġiet ingaġġata persuna fuq bażi ta' person of trust fil-pożizzjoni ta' Personal Assistant to CEO mal-Kunsill Malti għall-Isport.

Segretarju Parlamentari għall-Isport — Xufiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu assenjati xufiera miegħu s-segretarju parlamentari għall-isport bejn it-8 ta' Marzu 2008 u l-10 ta' Marzu 2013? Jista jgħid x'remunerazzjoni kellhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bejn Marzu 2008 u Marzu 2013, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport kellu assenjat miegħu xufier wieħed. Huwa kellu remunerazzjoni marbuta mal-massimu ta’ Skala 14 u kellu wkoll Secretariat Allowance ta’ 35% tas-salarju annwali tiegħu.

Prezzijiet Internazzjonali taż-Żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2008 sal-2014, kemm kien, xahar b’xahar, il-prezz internazzjonali taż-żejt u kemm kien xahar b’xahar il-prezz tal-petrol u diesel mibjugħ mill-pompi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #13669 Sitting 231 2015-01-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Telemalta Employees Foundation — taħdidiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslu t-taħdidiet mat-Telemalta Employees Foundation?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi wara taħdidiet preliminari, it-Trustess tal-Fondazzjoni qegħdin jiġbru t-tagħrif kollu meħtieġ sabiex jingħaddu lin-naħa tal-Gvern.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mid-dipartimenti/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, fl-2009, introduċiet servizz ġdid ta' Klabb 3-16 b'dawn ir-rati:- prezz regolari - €1.20 kull siegħa; prezz ta' emerġenza - €1.75 kull siegħa. Il-miżata kienet riveduta fl-2010 u saret prezz wieħed regolari ta' €1.20 kull siegħa. Rigward tariffi/drittijiet pagabbli lill-Universita` ta' Malta, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra listi dettaljati bit-tariffi applikabbli li ddaħħlu jew ġew riveduti fis-snin indikati fil-mistoqsija. Dawn il-listi jidhru mmarkati bħala Dok. 'A'. Infurmat ukoll, mid-Direttorat għal Kwalita` u Standards fl-Edukazzjoni, li kien hemm bdil fit-tariffa tal-eżamijiet tal-ECDL għall-għalliema u studenti tal-Higher Secondary kif jidher fit-tabella li wkoll qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, immarkata bħala Dok. 'B'. It-tweġiba mid-direttorati u l-entitajiet l-oħra fi ħdan id-dekasteru tiegħi kienet jew 'xejn' jew ma tapplikax jew ma kienx hemm żidiet fil-miżati/ħlasijiet fis-snin imsemmija.
Leg 12 PQ #13026 Sitting 223 2014-12-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Fil-każ ta FIAU, MFIN, Lotto, EPD u NSO ir-riposta hija fin-negattiv. Din l-informazzjoni ma tinkludix lil Bank Ċentrali.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — taxxi, tariffi u miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Kosumatur u Libertajiet Ċivili — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtha matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Tista’ tindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (DALLI, HELENA)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxi, tariffi jew miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 huma hekk kif ġej: Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili Fl-2008, iddaħħal l-English Language Proficiency Assessment. Il-miżata kienet ta’ € 46.59 u għoliet għal € 60 mill-1 ta’ Jannar 2012 Mill-2011, il-miżati li jidhru hawn taħt ġew riveduti kif indikat: Approval of a course for the Commercial Pilot Licence - minn € 1164.69 għal € 1500 Approval of instrument rating course - minn € 1164.69 għal € 2500 Approval of a Multiengine piston class rating course - minn € 582.34 għal € 1500 Approval of a course of theoretical knowledge for the Airline Transport Pilot licence - minn € 2239.37 għal € 2500 Approval for a course for an instructor rating - minn € 582.34 għal € 1500 Mill-2011, iddaħħlu il- miżati li jidhru hawn taħt: ‘Approval for a PPL course’ - EUR 1000 ‘Approval of a night rating course’ - EUR 500 ‘Financial evaluation of a pilot training organization’ - EUR 500 Il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti mill-2011 jikkonċernaw Flight Training Organisations. Mill-2011, il-Flight Training Organisations iħallsu lid-Direttorat miżata annwali ekwivalenti għal 50% tal-approvazzjoni tal-kors għall-korsijiet ipprovduti minnhom. Direttorat tal-Portijiet u Yachting - Marzu 2007: Ports (Passenger Service Charge) Regulations minn Lm2 (€ 4.66) għal Lm2.10 (€ 4.89) (Doc A) - Novembru 2008: tneħħiet il-Port (Passenger Service Charge) ta’ €23.29 (Doc B) - Marzu 2009: ġew introdotti tariffi fuq water taxis(Doc C) - Marzu 2009: ġew emendati tariffi li jiġu mħallsa lill-foremen tal-port (Doc D) - Novembru 2009: ġew emendati tariffi fir-Regolamenti tal-Bastimenti Żgħar (Doc E) - April 2010: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw ir-regolamenti għall-Bastimenti Kummerċjali (Doc F) - Mejju 2010: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw il-Port Dues Regluations, Berthage Dues Regulations u Port Rates Regulations (Doc G) - Jannar 2011: ġew emendati tariffi fil-Port Dues Regulations u Towage Regulations (Doc H) - Mejju 2011: ġew emendati tariffi fil-Berthage and Anchorage Regulations (Doc I) - Jannar 2012: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw il-pilutaġġ fil-portijiet (Doc J) - Awissu 2012: ġew emendati tariffi li jirrigwardaw il-ħaddiema tax-xatt (Doc K) Direttorat għat-Trasport fuq l-Art It-taxxi, tariffi u miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 u li jinġabru mid-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art fi ħdan Transport Malta huma kollha miġburin f’dawn il-liġijiet jew regolamenti: - ATT 368: L-Att dwar Taxxa tar-Reġistrazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur (Kap. 3) - Leġislazzjoni Sussidjarja 65.18, Regolanenti dwar Vetturi bil-Mutur (Liċenzji tas-Sewqan) - Leġislazzjoni Sussidjarja 368.02, Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur - Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56, Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri - Leġislazzjoni Sussidjarja 499.58, Regolamenti tal-2010 dwar Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi - Legislazzjoni Sussidjarja 499.56: Regolamenti dwar Servizzi tat-Taxi - Legislazzjoni Sussidjarja 65.15: Regolamenti dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li Vetturi bil-mutur huma tajba għat-triq - Legislazzjoni Sussidjarja 65.31: Regolamenti dwar Aċċess Kontrollat ta’ Vetturi f’ċertu Żoni Direttorat għall-Bastimenti Merkantili It-taxxi, t-tariffi u l-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 u li jinġabru mid-Direttorat għall-Bastimenti Merkantili huma kollha miġburin f’Att 234 - l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili (Doc L). Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokumenti kollha relatati (DOC A sa DOC L).

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li t-taxxi, tariffi u miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti matul is-snin imsemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Anness Numru 1 – Qrati tal-Ġustizzja. Akkumpanjat bl-Avviżi Legali Numri 347/2008 u 371/2011. Anness Numru 2 – Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta Akkumpanjat bl-Avviż Legali Numru 309/2008. Anness Numru 3 – Aġenzija Heritage . Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għall-kumplament tad-dipartimenti, awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali hi xejn.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu), mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012? Jista’ jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.