Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li bbenifikaw mill-iskema Teacher Advantage??
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli interpellant illi għall-iskema “Teachers Advantage Scheme” kien hemm eleġibli madwar 8000 għalliem fi skejjel tal-istat. Dan wara ftehim li ġie milħuq bejn il-MITA u Microsoft, fejn l-għalliema setgħu jirreġistraw b’mod faċli online sabiex jibbenefikaw mill-Office 365 b'xejn;
Skejjel tal-Knisja u dawk indipendenti kellhom l-opportunita illi jagħmlu l-arranġamenti meħtiega direttament mal-kumpanija Microsoft sabiex l-għalliema f’dawn l-iskejjel jibbenfikaw ukoll minn din l-iskema ta’ Office 365 b’xejn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar mill-MITA biex ittejjeb l-infrastruttura tad-Data Centre u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tan-network tal-gvern, u kemm sewa dan l-investiment?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – uŻu ta’ ICT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fir-rigward tal-uŻu tal-ICT mill-organizzazzjonijiet Żgħar u SMEs?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni qed tipprovdi diversi proġetti, inizjattivi u taħriġ fosthom:
EPITOME – li huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Minn din l-inizjattiva ibbenefikaw ftit iktar minn 200 mikrointraprendituri u ingħataw taħriġ speċjalizzat biex isaħħu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fil-qasam tal-ICT.
WebCheck – hija nizjattiva biex tgħin l-organizazzjonijiet żgħar f’diversi oqsma jifhmu il-potenzjal tal-preżenza tagħhom fuq l-internet, jieħdu l-opportunità li jesponu il-prodott tagħhom fuq skala lokali kif ukoll internazzjonali kif ukoll jużaw applikazzjonijiet diġa’ applikabbli onlajn, għall-ġbir ta’ fondi. L-għan aħħari ta’ din l-inizjattiva hu li jikber iktar it-tagħlim tal-użu tas-sistemi diġitali u tinfirex iktar informazzjoni dwar l-importanza li llum il-ġurnata l-internet u il-media soċjali huma rilevanti għal għixien ahjar. Għaddejjin taħdidiet sabiex din l-inizjattiva tiġi estiża lill-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta.
Qiegħed jiġi provdut ukoll taħriġ u gwida lis-settur tal-artiġjanat u StartUps fl-użu tal-media soċjali sabiex jippromwovu l-prodotti tagħhom u jagħtu lok għall-tkabbir fil-bejgħ. S'issa aktar minn 100 StartUps ibbenefikaw minn din l-inizjattiva . FIl-fażi li jmiss se nimmiraw lejn l-SMEs u mikrointrapriżi li joperaw fl- industrija tal-ospitalità u snajja.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir f’Malta biex jikkumplimenta x-xogħol tal-Unjoni Ewropea favur inizjattivi biex minn età Żgħira t-tfal jitgħallmu computer programming baŻiku ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant, li f’Malta ġiet introdotta mill-MCA l-CoderDojo li hija fondazzjoni volontarja li twaqqfet l-Irlanda erba’ snin ilu bl-għan ewlieni li tippromwovi t-tagħlim tal-coding bla ħlas lit-tfal u adoloxxenti. Illum-il ġurnata, din il-fondazzjoni tinsab preżenti f’aktar minn 55 pajjiż bil-fuq minn 500 ċentru.
L-Awtorità ser tkun ukoll qegħda tikkollabora ma’ kumpaniji lokali li jiżviluppaw softwer biex dawn joffru taħriġ b’xejn miċ-Ċentri li twaqqfu mill-istess Awtorità. Bi pjacir ngħid, li b’suċċess ġiet fi tmiemha l-ewwel fażi ta’ dan il-programm fejn żewġ gruppi ta’ tfal komplew it-taħriġ fl-ipprogrammar.
Il-pjan tal-Awtorità’ huwa li tkompli tkabbar din l-inizjattiva billi tiftaħ aktar ċentri ta’ taħriġ tal-CoderDojo madwar Malta u Għawdex fis-snin li ġejjin.
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – sigurtà onlajn
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-MCA fir-rigward ta’ sigurtà onlajn għat-tfal u Ż-ŻgħaŻagħ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’dawn l-aħħar tlett snin, l-MCA ikkoordinat il-proġett BeSmartOnline!, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Appoġġ u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal u Direttorat tal-Kwalità u l-iStandards fl-Edukazzjoni kif ukoll bl-għajnuna u l-appoġġ ta’ entitajiet oħra.
L-għan tal-proġett BeSmartOnline! huwa li jissaħħaħ l-għarfien fost tfal, żgħażagħ, għalliema, ġenituri u carers tat-tfal fuq l-użu sikur tal-Internet.
Fost inizzjattivi oħra, l-MCA nediet kampanja ta’ informazzjoni fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex, kampanja mmirata lejn tfal bejn is-7 u l-11-il sena fejn ingħatatilhom lezzjoni mfassla apposta ffokata fuq iċ-ċittadinanza diġitali. S’issa f’din l-aħħar sena skolastika, intlaħqu viċin l-4000 student. Dan il-proġett issa daħal fit-tielet fażi tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex ikabbar il-footprint tal-free Wi-Fi u jagħmel lil Malta u l-Għawdex fost l-ewwel Wi-Fi states fid-dinja?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni imbarkat fuq proġett li ttejjeb l-użu tal-free WiFi netwerk eżistenti billi qiegħda tinstalla netwerk aktar veloċi u b’firxa akbar madwar Malta u Għawdex. Dan sabiex toffri esperjenza aktar tajba għal min jagħmel użu minn dan is-servizzi f’postijiet pubbliċi.
L-Awtorità kompliet tikkollabora ma’ entitajiet oħra sabiex fil-ħidma tagħha żżid l-ammont ta’ WiFi hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex. Sa llum, l-MCA tħaddem 200 hotspot.
L-Awtorità diġa’ bdiet iżżid il-firxa ta’ dawn il-hotspots u ssaħħaħ il-kwalità tas-servizz. Huwa ppjanat li n-numru ta’ WiFi hotspots ser ilaħħaq għat-300 sas-sena 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda tiġi indirizzata l-International Connectivity eŻistenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni f’Jannar ta’ din is-sena, nhediet studju dwar il-fattibiilita teknika, ekonomika u finanzjarja ta’ submarine cable ġdid bejn Malta u postijiet alternattivi oħra fil-kontinent Ewropew. Permezz ta’ dan l-istudju, li ser isir b’fondi Ewropej, l-Gvern ser ikun qed iwettaq waħda mill-miżuri imħabra fl-aħħar baġit.
Il-Konettivita’ ta’ Malta bħalissa tiddependi biss minn Sqallija. B’dan l-istudju, l-Gvern tramite l-MCA, ser ikun qed jistudja l-possibilità li jinvesti f’submarine cable link ieħor ma’ parti oħra mill-Ewropa biex b’hekk insaħħu l-infrastruttura teknoloġika preżenti bi prezzijiet aktar kompettivi. B’investiment ta’ dan it-tip, Malta ser tkun ukoll f’qagħda tajba li ttejjeb il-pożizzjoni tagħħa bħala ċentru tal-ICT.
L-għan aħħari ta’ dan l-istudju hu li jistabillixxi diversi deliverables, fosthom li:
· Janalizza diversi submarine configurations and topologies;
· Jivverifika u jiddetermina l-vijabbilità kummerċjali u finanzjarja ta' netwerk ta’ submarine cable ġdid;
· Jistudja u jqabbel diversi landing points and cable routes;
· Jirrakkomanda sorsi ta’ finanzjament bħal sorsi mill-Unjoni Ewropeja u finanzjament pubbliku ieħor;
· Jiddentifika u jipproponi l-aħjar mudell u permezz ta’ analiżi komparattiva, iqabbel il-mudelli varji u jirrakkomanda l’aktar soluzzjoni teknika, kummerċjali u finanzjarja vantaġġuża.
Dan l-istudju huwa wieħed mill-inizjattivi importanti fl-iStrateġija għall-Ekonomija Diġitali li jikkontribwixxi b’mod prattiku u tanġibbli biex tkompli tikber l-ekonomija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ammont ta' flus inġabru mill-MCA fl-aħħar sentejn minn liċenzji u x'kien it-total ta' arretrati kull sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill- Onor Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li fl-2013 id-dħul totali mil-liċenzji tar-radju ammonta għal €477,695. Fl-2014, dan id-dħul żdied għal €715,026. Din iż-żjieda kienet dovuta għal iktar attività fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (mowbajl), għal iżjed liċenzji aeronawtiċi - settur fejn il-Gvern iffoka l-isforzi tiegħu li qed jagħtu r-riżultati, u għal iżjed sforzi biex jinġabru l-arretrati.
L-isforzi tal-MCA biex jinġabru l-arretrati, realment wasslu għal dħul ta' iktar minn €100,000 fl-2014. Is-sena 2013 bdiet b’arretrati li kienu jammontaw għal €302,750, ċifra li tnaqqset bi kważi 50% għal €173,945 sa tmiem l-2014.
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — staff complement
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar f’dawn l-aħħar sentejn biex tkompli tissaħħaħ l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? X’bidliet kien hemm fl-istaff complement tal-MCA minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u x’tip ta’ lmenti rċeviet mill-konsumaturi l-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, u kemm damet l-Awtorità biex tindirizza dawn l-ilmenti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li fl-ewwel sitt xhur tal-2015, rċeviet 142 ilment mingħand il-konsumaturi. L-iktar ilmenti komuni kienu jittrattaw it-terminazzjoni tas-servizz/i, il-kontijiet, u ħsarat fis-servizz. Qabel tibda l-investigazzjoni tagħha, l-Awtorità tassigura li l-ilmenti jkunu tressqu quddiem l-operatur ikkonċernat izda ma jkunux ġew solvuti għas-sodisfazzjon tal-klijent. 91% tal-ilmenti investigati mill-Awtorità, ġew indirizzati f’inqas minn 20 ġurnata ta’ xogħol.
It-tip ta’ azzjoni li l-MCA ħadet biex tindirizza dawn l-ilmenti tvarja skont is-setgħat legali mogħtija lilha. Infatti l-Awtorità rċeviet numru ta’ kazijiet fejn ma setgħatx tintervjeni u b’hekk iggwidat lill-konsumaturi lejn l-entita' responsabbli.
Minbarra l-ilmenti, f’dan il-perijodu, l-Awtorità wieġbet ukoll 279 talba għall-informazzjoni mingħand il-konsumaturi.
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — strateġija għal Suq Uniku Diġitali Ewropew
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol qed isir mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-ambitu tat-twettiq ta’ strateġija għal Suq Uniku Diġitali Ewropew?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jispjega dak li qiegħed jagħmel il-Gvern sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fejn waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa huwa l-aċċess għall-internet veloċi u ultra-veloċi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — finanzjar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-iffinanzjar tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) fl-2014, kif ukoll dwar il-ġbir ta’ fondi li l-MCA għamlet għan-nom tal-Gvern?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – persuni li ma jużawx l-Internet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) biex tindirizza l-problema ta’ perċentwal għoli ta’ individwi bejn l-etajiet ta’ 55 u 74 sena li ma jużawx l-Internet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16348 u jgħid kemm ġew terminati kirjiet rurali mill-Gvern fuq art tiegħu biex sar żvilupp fuq din l-art bejn l-2004 u d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jindika liema kienu l-iżviluppi rispettivi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kien hemm 256 kirjiet rurali li ġew itterminati permezz ta’ Notifiki tal-Gvern bejn l-2004 u 9 ta’ Marzu 2013.
Dwar l-aħħar parti tad-domanda, t-terminazzjoni ta’ kirjiet rurali issir skont id-disposizzjoni tal- Att li jirregola t-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ (Kapitlu 199) tal-Liġijiet ta’ Malta. Kull terminazzjoni ta’ raba’ ssir għal skop pubbliku liema skop ivarja minn twessiegħ jew formazzjoni ta’ toroq għal proġetti kbar tal-Gvern. Ninsab infurmat li ma kienetx tinzamm informazzjoni kompleta dwar l-iżvilupp rispettiv li dwaru ġew itterminati dawn il-kirjiet rurali għas-snin 2004 sal-bidu tas-sena 2010.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16243 u jgħid kemm sewa flus l-MIC sa minn meta infetaħ sakemm ingħalaq? Jista' jgħid il-Kap tiegħu min kien u kemm kellu introjtu? X'perkaċċi u allowances kellu? Jista' jgħid jekk issejħitx sejħa pubblika sabiex jinstab il-Kap tal-MIC? Jista' jgħid jekk kienx hemm impjegati tal-MIC li kienu seconded hemm? Minn fejn kienu seconded?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-MIC sewa Lm2,127,057 (ċ. €4.95 miljuni) bejn l-2000 u l-2004. Fl-1999 meta twaqqaf iċ-Ċentru ma kienx hemm line item speċifiku u l-ispejjeż għal dik is-sena tħallsu mill-fondi tal-Head Office.
Bejn l-2005 u l-2008 kien jopera l-Forum Malta fl-Ewropa. Sal-2007 il-Forum sewa Lm937,951 (ċ. €2.2 miljuni) u €669,081 fl-2008.
Għalhekk, b’kollox, il-MIC u l-Forum Malta fl-Ewropa swew madwar €7.8 miljuni bejn l-2000 u l-2008 sakemm baqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Fl-2008 kien rikostitwit il-Malta – EU Steering and Action Committee (MEUSAC) taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u assorba fih il-funzjonijiet tal-Forum Malta fl-Ewropa. Bejn l-2009 u l-2012 intefqu €3.99 miljuni fuq il-MEUSAC, waqt li n-nefqa għall-2013 kienet tammonta għal €887,019.
Bejn l-1999 u l-1 ta’ Mejju 2003, il-Kap tal-MIC kien Dr Simon Busuttil, li nħatar bħala Adviser mingħajr ma saret ebda sejħa pubblika.
Is-Sur Carmel Attard beda jservi bħala Acting Head wara r-riżenja ta’ Dr Busuttil u nħatar Kap tal-MIC fl-2006 wara rakkommandazzjoni tal-Prim Ministru lill-Public Service Commission.
Dr Gabriella Pace, li kienet impjegata mal-Forum Malta fl-Ewropa bħala Chief Executive Officer, ħadet ir-responsabbilta’ tal-Forum bejn Settembru 2006 u Ġunju 2008, meta nħatar Dr Vanni Xuereb bħala Kap tal-MEUSAC.
L-informazzjoni dwar l-intrjojtu u l-benefiċċji tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma nistax nagħti l-informazzjoni fir-rigward ta’ Dr Xuereb minħabba li, kif spjegajt qabel, il-MEUSAC kien jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru meta kien rikostitwit.
Ninsab infurmat ukoll li ma kienx hemm impjegati seconded mal-MIC.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Bord minn meta tħabbret l-elezzjoni fis-7 ta' Jannar 2013 sal-ġurnata tal-elezzjoni tad-9 ta' Marzu 2013 u kemm-il allokazzjoni saret? Kemm-il kuntratt tal-allokazzjoni sar fil-ġimgħa ta' qabel l-elezzjoni ġurnata b'ġurnata? Kemm-il kuntratt ta' allokazzjoni saru li ma ngħatawx iċ-ċwievet mal-kuntratt, meta saru dawn il-kuntratti u x'kienet ir-raġuni? Jekk minn dawn il-kuntratti li ma ngħatawx iċ-ċwievet kienx hemm minnhom li ma ngħatawx minħabba strutturi perikolużi jew għax il-post kien malandat? Jista' jingħadd kemm kienu l-ispejjeż marbuta magħhom għal kull proprjetà individwali u fejn kienu bħala lokalità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-7 ta’ Jannar 2013 sad-9 ta’ Marzu 2013, il-Bord iltaqa’ sebgħa darbiet li fih saru 175 allokazzjoni. Il-Bord inkwistjoni iltaqa’ fid-dati li ġejjin: 24 ta’ Jannar 2013, 30 ta’ Jannar 2013, 5 ta’ Frar 2013, 8 ta’ Frar 2013, 15 ta’ Frar 2013, 28 ta’ Frar 2013 u 4 ta’ Marzu 2013.
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabelli t’hawn taħt rigward informazzjoni fuq kuntratti ta’ allokazzjonijiet, u għall statistika iddettaljata ta’ kemm ċwievet ma ngħatawx, u għal liema raġuni jekk il-każ, u l-ispejjeż involuti f’dan ir-rigward għal kull propjeta’ individwali, u l-lokalitajiet ikkonċernati.
Data tal-kuntrattNumru ta’ kuntratti
1 ta’ Marzu 20136
4 ta’ Marzu 201312
5 ta’ Marzu 201314
6 ta’ Marzu 201320
7 ta’ Marzu 201322
8 ta’ Marzu 201310
Total84
Data tal-kuntratt li ċ-ċwievet ma ingħatawx mal-kuntrattRaġuniSpejjeż biex jitneħħa l-perikluLokalita’
5 ta’ Marzu 2013Periklu€17,100.01Bormla
7 ta’ Marzu 2013Periklu€11,514.75Furjana
7 ta’ Marzu 2013Pre-allokazzjoniStima għadha mhix finalizzata. Ħamrun
8 ta’ Marzu 2013Periklu-Birgu*
*L-applikant ingħata post alternattiv riċentament peress li dan huwa post tal-Uffiċċju Konġunt u mhux vijabbli li jiġi rranġat mill-Awtorita’ tad-Djar.