Gozo Channel — vjaġġi bejn Malta u Għawdex fi żmien Santa Marija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi, kemm kienu l-passiġġiera, u l-karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel fi żmien Santa Marija tal-2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Channel — vjaġġi bejn Malta u Għawdex fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi, kemm kienu l-passiġġiera, u l-karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena tal-2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Gozo Channel — vjaġġi bejn Malta u Għawdex fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi, kemm kienu l-passiġġiera, u l-karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir tal-2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq l-istipendji kollha li ngħataw matul l-2013, l-2014 u l-2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jagħti break down tal-istipendji kollha li ngħataw?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti kollha li ngħataw matul is-snin 2013, 2014 u 2015 (sa Awwissu 2015) kienet kif ġej:
Sena
Stipendji
Smart Cards/One time grant
Għotjiet kreditati direttament lill-istudenti
MGUS
Total Kull Sena
2013
€ 15,553,042.95
€ 6,727,020.27
€ 583,021.04
€ 22,863,084.26
2014
€ 16,747,029.11
€ 2,559,175.80
€ 7,166,700.69
€ 698,479.81
€ 27,171,385.41
2015
€ 13,716,379.90
---------------------
€ 163,680.45
€ 308,668.63
€ 14,188,728.98
Studenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom — stipendju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-istipendju xorta matul is-snin skolastici 2013/2014 u 2014/2015? X’kienet in-nefqa fuq din il-miżura fiż-żewġ snin skolastiċi ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin skolastici 2013/2014 u 2014/2015 kienu kif ġej:
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti - 1043
Nefqa totali - €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti - 1031
Nefqa totali - €702,320
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li bbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa matul l-2014? Kemm huwa maħsub li b’kollox ġiet iffrankata taxxa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa peress li għadhom qed jiġu pproċessati il-formoli tat-Taxxa għas-sena 2014. Id-Dipartiment ikun jista’ jagħti din l-informazzjoni għal bidu ta’ Novembru, 2015.
Kumpaniji tal-gaming reġistrati Malta li ġew sospiŻi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn Jannar 2014 sa’ Lulju 2015 kemm ġew sospiŻi kumpaniji tal-gaming li kienu reġistrati f’Malta u dan kif jitqabbel mas-snin ta’ qabel?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2014 u Lulju 2015, l-Awtorita ssospendiet 26 liċenzja ta’ kumpaniji reġistrati f’Malta. Dan l-ammont huwa akbar mit-total ta liċenzji li ġew sospiżi f’hames snin sħaħ, bejn l-2008 u l-2013.
Liċenzji Sospizi
2007 – 5 liċenzji sospizi
2012 – 3 liċenzji sospizi
2008 – 2 liċenzji sospizi
2013 – 8 liċenzji sospizi
2009 – 8 liċenzji sospizi
2014 – 5 liċenzji sospizi
2010 – 0 liċenzji sospizi
2015 – 21 liċenzji sospizi
2011 – 3 liċenzji sospizi
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ spezzjonijiet li saru mill-Malta Gaming Authority (MGA) fuq dawk li joperaw land base gaming fis-sena 2014? ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2014, l-Awtorita wettqet total ta 7,409 spezzjonijiet fil-qasam tal-land based gaming. Dan it-total u aktar mid-doppju tat-total ta spezzjonijiet li saru fl-2013, fejn f’sena sħieħa kienu saru 2,651 spezzjoni.
Fis-sena 2015, dawn l-ispezzjonijiet qed ikomplu jiżdiedu, speċjalment fuq postijiet bħal ma huma l-Gaming Outlets. Dan biex nizguraw li dejjem naqdu d-doveri tagħna ta’ regolatur bl-aktar mod trasparenti u effettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru vjaġġi u kemm kienu l-passiġġiera u l-karozzi li qasmu bejn Malta u Għawdex permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel fl-2012, 2013, 2014 u 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu mill-MITA sabiex iżżid l-għarfien dwar l-użu tal-IT miċ-ċittadini?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena li għaddiet, il-MITA mplimentat diversi inizzjattivi b’dan il-għan għal udjenzi differenti bħalma huma t-tfal, pensjonanti, edukaturi u anke l-pubbliku ġenerali.
Għal tfal ta’ etajiet sa ħmistax-il sena, l-attivitajiet kienu jinkludu numru ta’ lezzjonijiet prattiċi dwar ix-Xjenza, it-Teknoloġija, L-Inġinerija u l-Matematika li seħħew fi żmien il-vaganzi tal-Għid, kif ukoll tul is-sajf, u kompetizzjoni nazzjonali dwar kif tiżviluppa logħba diġitali. Għal persuni avvanzati fl-eta’, il-MITA offriet taħriġ (fuq livell ta’ proġett pilota) għall-pensjonanti sabiex jitgħallmu jużaw it-teknoloġija. L-Aġenzija organizzat ukoll sessjonijiet għall-edukaturi sabiex jużaw iktar it-teknoloġija fit-tagħlim tal-lingwi.
Il-MITA eżegwit ukoll kampanja ta’ għarfien għall-pubbliku ġenerali dwar kif wieħed jista’ jaċċessa ċertu servizzi elettroniċi tal-Gvern. Dan għamlitu billi żviluppat numru ta’ filmati li jservu ta’ gwida għall-pubbliku biex ikun jista’ juża l-
Internet
biex jinqeda b’mod iktar konvenjenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-MITA bbenifikat minn fondi ewropej u kif użathom fis-sena 2014?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li fis-sena 2014 il-MITA ibbenifikat minn ftit inqas minn mitejn u għaxart elef ewro (€210,000) f’fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-fondi ntużaw biex ġiet akkwistata parti mill-eLearning Platform għall-iskejjel tal-gvern, kif ukoll biex il-MITA pparteċipat f’networks tematiċi u proġetti pilota f’diversi oqsma tas-servizz pubbliku elettroniku u proġetti oħra li kienu jikludu kampanji ta’ għarfien għall-ħiliet u mpjiegi fis-setturi tal-ICT.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li bbenefikaw mill-iskema Student Advantage?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġħall-iskema “Student Advantage Scheme” kien hemm eleġibli b’mod awtomatiku madwar 40,000 student. Dan wara ftehim li ġie milħuq bejn il-MITA u Microsoft, fejn wara li għal perjodu li l-istudenti setghu jirregistraw b’mod faċli online għal din l-iskema, din l-istess skema ġiet estiża għall-istudenti kollha illi jattendu skejjel tal-Istat, MCAST u Giovanni Curmi Higher
Lis-skejjel tal-Knisja u dawk indipendenti kellhom iċ-ċans illi jagħmlu l-arrangamenti meħtiega direttament mal-kumpanija Microsoft sabiex l-istudenti f’dawn l-iskejjel jibbenfikaw ukoll minn din l-iskema ta’ Office 365 b’xejn.
Skond l-aħħar statistika hekk kif provduta sal-bidu ta’ Ġunju 2015, jirriżulta li dan is-software ġie mniżżel madwar 72,000 darba. Dan peress illi kull student kellu l-opportunita li jinstalla dan is-software b’xejn sa massimu ta’ 5 darbiet.
Jista’ l-Ministru jagħti update lill-Kamra rigward l-istrateġija Digital Malta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li bħala attivitajiet prinċipali li saru huma li f’Ottubru 2014, twaqqaf id-Digital Malta Governing Board li għandu r-responsabilita’ li jara li l-istrateġija qed tiġi mplimentata. Fil-bidu tal-2015, inġabar il-program ta’ inizzjattivi għas-sena 2015.
F’dan il program hemm iktar min 200 inizjattiva li bħalissa qed isir xogħol fuqhom minn diversi dipartimenti u entitajiet, dan ifisser li xogħol għaddej fuq 56 azzjoni (79%) mill-71 azzjoni tal-istrateġija. Sa nofs is-sena 2015, 62 mill-inizjattivi kienu 75% jew aktar kompleti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuwa l-għan tal- iSTEM Summer Club tal-MITA u x’kien il-livell ta’ parteċipazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-iSTEM Summer Club ta’ din is-sena laħaq mal-450 student ta’ eta’ bejn is-7 u t-13 il-sena f’dawn iċ-ċentri tas-Sajf madwar Malta:
L-għan aħħari ta’ dan il-proġett huwa li jinkoraġġixxi lill-istudenti biex jikkunsidraw is-suġġetti tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (
STEM
) bħala parti mill-għażla tagħhom. Dan jista’ jiġi mgħejjun billi huma jkollhom esperjenza pożittiva ta’ dawn is- suġġetti anke wkoll permezz tal-attivitajiet li jkunu għamlu dawn l-istudenti waq l-
iSTEM
Club.
Il-miri ta’ dan il-proġett huma:
· Li l-istudenti jipparteċipaw f’attivitajiet prattiċi, li jippromovu l-kreattivita` sabiex tinbidel il-perċezzjoni negattiva li jista’ jkun hemm assoċjata ma’ dawn is-suġġetti;
· Permezz ta’ dawn l-attivitajiet u l-esperjenza pożittiva, inħeġġu iktar studenti biex jikkunsidraw l-għażliet futuri tagħhom – kemm f’termini ta’ edukazzjoni, kif ukoll ta’ karriera;
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu din is-sena sabiex jiŻdied l-uŻu tas-servizzi tal-e-government?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li għaddew, il-MITA flimkien mal-Uffiċju tal-Prim Ministru, is-CDRT u diversi msieħba minn Ministeri differenti ħadmu fuq il-proġett “Servizzi Publiċi Onlajn” li huwa parzjalment iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Ħafna minn dawn l-imsieħba jipprovdu servizzi publiċi u ta’ kuljum jaffaċjaw liċ-ċittadini, li wara kollox huma l-klijenti tal-Gvern.
Permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern jimmira li jilħaq zewg għanijiet ewlenin:
1. Juri liċ-ċittadini u intraprizi li s-servizzi pubbliċi onlajn huma “
Faċli, Effiċjenti u Konvenjenti
”. B’hekk inħeġġu uzu akbar ta’ dawn is-servizzi li huma diġa’ disponibbli.
2. Jagħti taħrig lill-ħaddiema tal-Gvern u Gvern Lokali sabiex dawn ikollhom l-għodda neċessarji biex jaqdu lill-pubbliku b’mod iktar effiċjenti.
F’dan il- proġett ġew mgħazula 26 servizz minn dawn is-6 oqsma: Reġistru Pubbliku, Servizzi Soċjali, Agrikoltura, Taxxa Interna u VAT, ETC u Servizz.gov.
Ittieħdu ukoll numru ta’ mizuri importanti sabiex jitjieb l-uzu tal-eID li tintuza għall-awtentikazzjoni f'ħafna servizzi elettroniċi tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miŻuri qed tieħu l-MITA sabiex ittejjeb il-ħiliet u l-kundizzjonijiet tal-impjegati tagħha?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn il-MITA ħadmet bis-sħiħ biex ittejjeb il-ħiliet u l-kundizzjonijiet tal-impjegati tagħha. Fil-fatt, f’Settembru tal-2014, il-MITA nedhiet il-‘Career Progression Framework’ li permezz tiegħu l-impjegati jistgħu jiprogressaw f’pozizzjonijiet aktar għolja b’mod sistematiku u definit. Dan il-qafas fih sitt livelli differenti ta’ karriera fejn persuna f’pozizzjoni tista’ tiprogressa għal pozizzjoni f’livell ogħla jekk ikollha numru ta’ snin esperjenza u tkun akkwistat numru ta’ kompetenzi stabbiliti. Dan joffri inċentiv għal dawk l-impjegati li jakkwistaw aktar ħiliet siewja u rikonoxxuti fl-industrija tal-ICT. Dan il-qafas jirrikonoxxi finanzjarjament dan l-avvanz fil-pozizzjoni permezz ta’ skala ta’ salarji approvata mill-PACBU.
Il-proċess isir perjodikament fejn tinfetaħ l-opportunita’ biex l-impjegati eliġibbli japplikaw biex jiġu assessjati minn ‘Panel’ kompetenti. Dawk l-impjegati li juru evidenza li akkwistaw dawk il-ħiliet stabbiliti, jitilgħu f’livell ta’ karriera iktar ogħli u jkunu rikonoxxuti b’zieda fis-salarju skond formola stabbilita li hi ikkomunikata minn qabel.
Il-MITA tipprovdi ukoll taħriġ speċjalizzat fl-ICT permezz ta’ qbil mal-Microsoft għall-aċċess lill-impjegati għall-sistema online: ‘Microsoft Academy’. Permezz ta’ dan il-qbil, l-impjegati jistgħu jakkwistaw ħiliet fl-ICT irrikonoxxuti mill-industrija u biċ-ċertifikazzjonijiet relatati. Barra minn dan, il-MITA tipprovdi diversi korsijiet ta’ taħriġ f’oqsma diversi tal-ICT li jvarjaw minn ‘Classroom Training’ f’areas speċjalizzati (e.g. Sharepoint), Seminars u Konferenzi lokali u barra, u taħriġ ieħor provdut mis-CDRT.