Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nefqu b’kollox €122,893.75 fil-perjodu 2008 sal-lum.
Nixtieq però nagħti spjega dwar is-sena 2014 u s-sena 2015 li juru żieda qawwija fin-nefqa f'riklami.
Is-sena 2014 kienet eċċezzjoni għaliex is-sena 2014 kienet is-sena li fiha ħabtu avvenimenti storiċi ta' ġrajjiet importanti fl-istorja ta' pajjiżna li ġew ċelebrati kif xieraq. Għal dan il-għan, il-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali rreklamat l-anniversarji għal Jum il-Ħelsien, Jum l-Indipendenza, Jum ir-Repubblika u d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Fis-sena 2015 id-Direttorat għall-Ġustizzja rnexxilu jikseb fondi Ewropej biex iniedi kampanja ta' informazzjoni dwar ir-riforma fil-qasam tal-Ġustizzja. Din il-kampanja għenet sabiex iktar nies ikunu konxji tax-xogħol kbir li sar f'dan is-settur kruċjali għal pajjizna.
In-nefqa kienet kif ġejja:
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
Net TV
0
158
0
0
3,263.00
0
14,160.00
7,580.00
Radio 101
0
527.74
35.4
0
991
0
459.65
4,560.00
In-Nazzjon Tagħna
2,465.12
3,553.73
5,252.63
4,766.83
9,510.27
9,093.28
11,990.88
4,214.35
Il-Mument
999.57
3,803.35
1,902.27
3,261.52
5,293.48
4,251.33
11,455.30
5,704.34
Websajt
0
0
0
0
0
354
0
0
Mezz ieħor - MediaLink
1,908.06
661.73
0
0
0
190.22
253.7
0
Mezz ieħor - Stampar ta' Labels
0
0
273
0
0
0
0
0
Total
5,372.75
8,704.55
7,463.30
8,028.35
19,057.75
13,888.83
38,319.53
22,058.69
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella hawn taħt:
Sena
Spiża
2008
€ 8,055.27
2009
0
2010
0
2011
0
2012
€ 3,138.57
2013
€ 914.76
2014
€ 617.13
2015
€ 621
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli għalih nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu ukoll bosta sezzjonijiet u jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Fil-parti l-kbira l-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant għal perjodu bejn l-2008 sa Marzu 2013 ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura li saritlu mistoqsija simili. Min-naħa ta’ dan il-Ministeru, skond l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni bejn Marzu 2013 sa Settembru 2015.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B’risposta għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li r-reklamar li sar huwa kif jidher fl-informazzjoni li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument Nru. 5948 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 320, it-Tnejn, 2 ta' Novembru 2015)
Jista' l-Ministru jgħid kif jekk il-power station tal-Marsa ser tiżżarma, maġenbha għaddej xogħol ta’ bini ġdid mill-Enemalta? Jista’ jgħid għaliex se jintuża?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Marsa Power Station ma tinkludix biss l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, iżda hija wkoll ħolqa ewlenija fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-pajjiż. L-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku intfew aktar kmieni din is-sena.
Fi Triq Belt il-Ħażna, fuq in-naħa ta’ wara tal-Marsa Power Station, Enemalta plc qed tibni l-Marsa North Distribution Centre, li fih ser jitpoġġa l-apparat tad-distribuzzjoni meħtieġ biex jieħu post dak antik li hemm fil-power station innifisha.
Iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni l-ġdid fil-Marsa huwa parti minn proġett ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li bbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa matul l-2014? Kemm huwa maħsub li ġiet iffrankata taxxa b’kollox?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li bbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa matul l-2014? Kemm huwa maħsub li ġiet iffrankata taxxa b’kollox?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’PQ 18964. L-informazzjoni mitluba ser tkun disponibbli wara Novembru 2015.
Il-Gżira, Tas-Sliema u l-Imsida — kwalità tal-provvista tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jsir biex titjieb il-kwalità tal-provvista tal-elettriku fil-Gzira, Tas-Sliema, l-Imsida u l-inħawi, u jonqsu l-ħsarat li jwasslu għall-qtugħ ta’ dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi It-twettiq tal-pjanijiet ta’ Enemalta plc biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi tal-Gżira, Tas-Sliema, l-Imsida u l-inħawi għaddej b’ritmu mgħaġġel, u fix-xhur li ġejjin mistennija tinawgura żewġ ċentri tad-distribuzzjoni ġodda f’Manoel Island u f’St Andrew’s.
Il-kumpanija qed tiżviluppa dawn iċ-ċentri tad-distribuzzjoni biex tikseb il-flessibilità u l-kapaċità teknika meħtieġa biex tkompli ttejjeb is-servizzi tal-elettriku lill-klijenti tagħha f’din iz-zona, li rat żviluppi residenzjali u kummerċjali kbar f’dawn l-aħħar snin. B’dawn iż-żewġ proġetti mistennija jintaqqsu n-numru ta’ drabi u d-dewmien fil-qtugħ tal-provvista tal-elettriku f’dawn l-inħawi, f’każ ta’ xi ħsara jew aċċident.
Iż-żewġ ċentri tad-distribuzzjoni jagħmlu parti minn proġett estensiv b’investiment ta’ €60 miljun biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku tal-pajjiż. Il-bini ta’ dawn iċ-ċentri beda fis-snin ta’ qabel iżda minħabba għadd ta’ diffikultajiet, ma tlestiex. Fl-2014, il-Kumpanija provdiet ir-riżorsi meħtieġa biex dawn iż-żewġ ħoloq importanti fid-distribuzzjoni tal-elettriku jitlestew mill-aktar fis.
Matul il-ġimgħat li għaddew Enemalta plc bdiet xogħol ta’ tħaffir ta’ trinek u tqegħid ta’ high voltage cables fil-Gżira u l-Kappara biex tkun tista tissupplixxi l-elettriku fiċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta’ Manoel Island. Qed jiġu mgħoddija wkoll għadd ta’ cables oħrajn biex ikomplu jsaħħu s-sistema tad-distribuzzjoni fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li ċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-elettriku tal-Enemalta fil-Mellieħa jinbena mill-ġdid? Dan iċ-ċentru jintuża biex jipprovdi l-elettriku fil-Mellieħa biss?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant liċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-Mellieħa nbena fl-1973. Enemalta plc qed twettaq xogħol ta’ tkabbir u mmodernizzar f’dan iċ-ċentru biex jilqa’ għaż-żieda fid-domanda tal-elettriku f’din il-lokalità u f’għadd ta’ lokalitajiet oħrajn. Fost oħrajn, ser jinbidlu ż-żewġ transformers ma’ oħrajn ġodda li ser jirdoppjaw il-kapaċità ta’ dan iċ-Ċentru. Ser jinbidel ukoll l-11 kV switchgear li nbena 42 sena ilu, peress li ilu jinħass il-bżonn ta’ mmodernizzar ta’ dan l-impjant biex ikun jista’ jlaħħaq b’mod aħjar mal-iżviluppi kbar li kien hemm fl-inħawi mill-1973 sal-lum.
Minbarra l-Mellieħa, dan iċ-Ċentru jissupplixxi l-elettriku fiċ-Ċirkewwa, il-Marfa, Selmun, il-Mistra, ix-Xemxija, il-Manikata, iż-Żebbiegħ, l-Imġarr, San Pawl il-Baħar, il-Baħrija, Binġemma, u l-Imtaħleb.
Dan l-iżvilupp fil-Mellieħa huwa parti minn proġett ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti kollha tagħha f’Malta u Għawdex.
Għawdex — Ċentru ta' Distribuzzjoni ġdid tal-Enemalta
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni l-ġdid tal-Enemalta f’Għawdex u jispjega għaliex qed isir dan iċ-Ċentru ġdid meta diġà hemm wieħed fil-Qala?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant liċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tal-elettriku fix-Xewkija huwa meħtieġ biex titjieb il-flessibilità u l-affidabilità tas-servizzi tal-elettriku f’Għawdex. Permezz tiegħu, Enemalta plc ser tkun tista’ tiżgura aktar stabbilità fis-servizzi tal-elettriku tagħha lill-klijenti tagħha fuq din il-gżira.
Bħalissa l-infrastruttura tal-elettriku f’Għawdex tiddependu għall-kollox mill-uniku Ċentru tad-Distribuzzjoni li hemm fil-Qala. Barra minn hekk, iċ-ċentru tad-distribuzzjoni l-ġdid ser jilqa’ għall-ħtiġijiet tal-elettriku ta’ Għawdex fis-snin li ġejjin. Ser jiżdied fost oħrajn it-tielet transformer li jniżżel l-elettriku minn 33 kV għal 11 kV, biex jiżgura li f’każ ta’ xi ħsara f’xi wieħed mit-transformers l-oħra, il-provvista tal-elettriku f’Għawdex tkun tista’ tibqa’ għaddejja.
L-iżvilupp ta’ dan iċ-ċentru wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu hekk kif kmieni s-sena d-dieħla mistennija jibdew l-aħħar testijiet biex ikun jista’ jibda jopera sa qabel is-sajf. Iċ-Ċentru ser jinkludi fih żewġ 30 MVA 33/11kV transformers, 33 kV switchgear biex jikkontrolla l-provvista tal-elettriku li tasal f’Għawdex permezz ta’ 33 kV cables mgħoddija f’qiegħ il-baħar matul il-fliegu minn Malta u 11 kV switchgear li jikkontrolla l-cables li jwasslu l-elettriku fl-inħawi kollha tal-gżira. Ser tiddaħħal ukoll faċilità li permezz tagħha l-provvista tal-elettriku f’Għawdex tkun tista’ tinqaleb bejn iż-żewġ ċentri tad-distribuzzjoni skont il-ħtieġa u d-domanda.
Iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni tax-Xewkija huwa parti minn proġett estensiv ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-benefiċċju ta’ dak li semmit ftit tax-xhur ilu l-Enemalta dwar li se tgħaddi ħafna kilometri ta’ cables f’diversi lokalitajiet biex tnaqqas il-qtugħ ta’ dawl? Kemm huwa t-tul ta’ cables li ser jintużaw u meta se jitlesta x-xogħol kollu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa, Enemalta plc għaddejja bit-twettiq ta’ proġett biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-pajjiż, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin. B’dan il-proġett ser tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti u jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċidenti u ħsarat li jwasslu għal qtugħ ta’ dawl fit-tul. Fl-istess waqt qed tiżdied il-kapaċità tas-sistema, biex tilqa’ għaż-żieda fid-domanda għall-elettriku matul is-snin li ġejjin.
Minbarra erba’ ċentri tad-distribuzzjoni ġodda u l-immodernizzar u t-tkabbir ta’ tlieta’ oħra, il-proġett jinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ għadd ta’ konnessjonijiet ġodda bejn partijiet differenti tas-sistema tad-distribuzzjoni madwar il-pajjiż. Dawn jgħinu biex ikun hemm aktar flessibilità u affidabilità fis-servizz tal-elettriku. Aktar ma jkollna minn dawn il-konnessjonijiet, f’każ ta’ emerġenza f’xi nħawi, tkun tista’ tingħata lura l-provvista tal-elettriku malajr minn partijiet oħrajn tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
B’kollox ser ikunu qed jiżdiedu aktar minn 40 kilometru ta’ 33 kV u 11 kV high voltage cables. Il-maġġoranza tagħhom ser jgħaddu minn mini mħaffra taħt l-art, li Enemalta plc tuża biex tgħaqqad flimkien iċ-ċentri tad-distribuzzjoni tal-elettriku tagħha mad-Delimara Power Station u l-Malta-Italy Interconnector.
Jista’ l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm każijiet ta’ serq ta’ elettriku li l-Enemalta għalqet wara li l-klijenti jkunu aċċettaw li jħallsu għal dak li serqu? Jista' jingħata figura ta’ kemm se jinġabru lura flus minn dawn il-każijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar 2014 u Settembru 2015, Enemalta plc għalqet aktar minn 1,100 każ ta’ serq tal-elettriku, wara li l-klijenti li nqabdu jisirqu l-elettriku ħallsu għall-elettriku meħud, u għall-multi applikabbli, skont il-liġi.
Għadd ta’ każijiet oħrajn għadhom qed jiġu investigati.
Is-sena li għaddiet il-Kumpanija rreġistrat tnaqqis rekord ta’ 33 fil-mija fit-telf minn serq tal-elettriku. L-ewwel previżjonijiet għas-sena 2015 jindikaw li għal darb’ oħra Enemalta plc ser tkompli tnaqqas ir-rata tat-telf minn serq tal-elettriku b’mod drastiku.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla t-twaqqigħ tal-Marsa Power Station u meta huwa ppjanat li jitlesta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol tat-twaqqigħ tal-Marsa Power Station beda fl-2014 u għadu għaddej. Ftit tal-ġimgħat ilu tlesta x-xogħol tat-twaqqigħ tal-ewwel minn ħamest iċmieni. Iżżarmaw ukoll l-ewwel tliet tankijiet tal-heavy fuel oil.
Il-boilers, turbini, pompi tal-ilma, ċmieni, transformers, switchgear, tankijiet tal-fuel u apparat ieħor tal-power station iridu jitnaddfu, jiżżarmaw u jinħarġu mis-sit skont ir-regolamenti kollha applikabbli, fosthom dawk tas-saħħa u s-sigurtà, l-immaniġġjar tal-iskart u l-ħarsien tal-ambjent. L-istrutturi li fihom hemm l-apparat iridu jitwaqqgħu u fejn hu possibbli, il-materjal tal-bini jrid jiġi riċiklat. Enemalta qed titlob ukoll lill-kuntratturi biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevitaw inkonvenjenti jew riskji lir-residenti u l-ħaddiema tal-inħawi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku rrapportati sena b’sena bejn l-1995 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu l-persuni li sofrew ġrieħi riżultat ta’ dawn l-inċidenti tat-traffiku, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni tilfu ħajjithom, sena b’sena b’mod separat?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ vetturi liċenzjati f’pajjiżna f’dawn is-snin - 1950, 1960, 1970, 1980, 1990, 2000, 2010 u 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-ammont ta’ vetturi liċenzjati fis-snin 1990, 2000, 2010 u 2014 kienu s-segwenti:
Sena
Ammont ta’ vetturi liċenzjati
1990
182,260
2000
280,068
2010
304,705
2014
335,246
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekords manwali mgħoddija lill-Awtorita’
jmorru lura sas-sena 1987 u għaldaqstant l-Awtorita’ m’għandhiex l-informazzjoni mitluba għas-snin 1950, 1960, 1970 u 1980.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-pulizija ta’ persuni nieqsa sena b'sena mill-2000 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu jew irritornaw u kemm baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2000 sa l-aħħar ta’ Settembru, 2015, il-persuni rrapurtati nieqsa kienu dawk li jidhru fit-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Infurmat li dwar l’etajiet, l-informazzjoni mhux disponibbli, għaliex ma tinżamx l-istatistika b’dan il mod.
Persuni mressqa l-Qorti mill-Pulizija mixlija b’abbużi sesswali fuq minorenni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet il-Qorti mill-Pulizija mixlija b'abbużi sesswali fuq minorenni mis-sena 2000 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b'sena b’mod separat,? Kemm minnhom kienu rġiel u kemm minnhom kienu nisa? X’kienet l-età tal-persuna mressqa l-Qorti u tal-vittma? Kemm minn dawk li tressqu l-Qorti nstabu ħatja? X’kienu s sentenzi mogħtija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li mis-sena 2000 sa Settembru ta’ din is-sena kien hemm 459 persuna li tressqu quddiem il-Qorti fuq akkużi ta’ abbuż sesswali fuq minorenni li minnhom 20 kienu nisa. Minn dawn 222 kellhom il-każ tagħhom deċiż u s-sentenzi mogħtija kienu dawk kif ikkontemplati fil-liġi li jvarjaw minn priġunerija, sentenza sospi¿a, probation u multi. Il-kumplament tal-ka¿i l-oħra jew għadhom pendenti jew kien hemm liberatorja jew il-każ kien ġie ddikjarat bħala ‘proċediment eżawrit’ fosthom għax l-imputat ikun laħaq miet. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella mqassma sena b’sena.