Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assistent parlamentari bejn is-sena 2008 u sena 2013 kien l-Onor. Dr. Beppe Fenech Adami. Fil-Ministeru ma nstab l-ebda rekords dwar il-ħidma li kien jagħmel bħala Assistent Parlamentari. Ninfurmah ukoll li dak iż-żmien l-assistent parlamentari kien jiġi mħallas mill-Parlament u għalhekk din id-domanda għadha tiġi mwieġba mill-parlament stess.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Philip Mifsud kien jassisti lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali bejn Marzu 2010 sa l-2013 bħala Assistent Parlamentari. L-Assistenti Parlamentari, apparti l-onorarja ta’ Membru Parlamentari li kienet tammonta għal 50% ta’ Skala 1 fis-Servizz Pubbliku, kienu jitħallsu wkoll allowance addizzjonali ta’ 15% tal-istess skala. Dan ifisser li b’kollox l-Assistenti Parlamentari kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 fis-Servizz Pubbliku, liema ħlas kien isir mill-Kamra tar-Rappreżentanti u mhux mill-Ministeru li kienu jassistu fih. Fis-snin li kienu jservu l-Assistenti Parlamentari, Skala 1 fis-Servizz Pubbliku kienet tammonta għal: 2010 - €38,184 2011 - €38,245 2012 - €38,488 2013 - €40,221 Mhux magħruf eżatt x’ kienet il- ħidma tas-Sur Philip Mifsud bħala Assistent Parlamentari f’dan il-Ministeru.
Leg 12 PQ #20372 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2008 u l-2013 ma kienx hemm assistenti parlamentari responsabbli mit-turiżmu.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli għalih nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant ukoll li skond informazzjoni mgħoddija lilli mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fil-parti l-kbira l-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant għal perjodu bejn l-2008 sa Marzu 2013 ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura li saritlu mistoqsija simili.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — assistent parlamentari

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx jezisti dan il-Ministeru fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Onorevoli Stephen Spiteri kien jassisti lill-Ministru bħala Assistent Parlamentari bejn l-2010 u l-2013. L-Onorevoli Spiteri ma tħallasx dirett mill-Ministeru tal-Edukazzjoni iżda l-Ministeru kien jgħaddi lill-Uffiċċju tal-Parlament schedule tal-pagamenti kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. 10.03.2010 – 31.12.2010 € 4,660.87 01.01.2011 – 31.12.2011 € 5,736.77 01.01.2012 – 31.12.2012 € 5,798.97 01.01.2013 – 28.01.2013 € 99.18 Total €16,295.79 Il-Ministeru m'għandux informazzjoni li fuqha jista' jippreżenta rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-Assistent Parlamentari f'dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Itrapriżi Żgħar — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assistent Parlamentari li kien jassisti lill-Ministru għall-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni (MITC) kien l-Hon. Charlo Bonnici li kien jitħallas amministrattivament mingħand il-Kamra tad-Deputati, imma l-Parlament kien jiġi rimborżat mill-Ministeru rispettiv, għal dik il-parti li tirrigwarda r-remunerazzjoni tiegħu marbuta ma’ din il-funzjoni. L-onorarja annwali ta’ Assistent Parlamentari kienet dik ta’ 65% ta’ Skala 1 tal-gradi tas-Servizz Publiku. 50% tal-onorarja – dik ekwivalenti għall-onorarja il kienet titħallas lill-Membru Parlamentari – kienet titħallas mill-fondi tal-Kamra tad-Deputati filwaqt li l-15% l-oħra kienet titħallas mill-fondi tal-Ministeru li kien assenjat miegħu l-Assitent Parlmentari. L-Assistent Parlamentari kien intitolat għal servizz tat-telefon, minn linja fissa u minn mobile, għal ammont li ma jaqbiżx €6,407 fis-sena . Ir-Rapport dwar il-ħidma tal-Assistent Parlamentari ma jinstabx fil-Ministeru.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Onor. Peter Micallef kien jassisti lill-Ministru tas-Saħħa ta’ dak iż-żmien bħala Assistent Parlamentari. L-Assistenti Parlamentari, apparti l-onorarja ta’ Membru Parlamentari li kienet tammonta għal 50% ta’ Skala 1 fis-Servizz Pubbliku, kienu jitħallsu wkoll allowance addizzjonali ta’ 15% tal-istess skala. Għalhekk b’kollox l-Assistenti Parlamentari kienu jitħallsu 65% ta’ Skala 1 fis-Servizz Pubbliku, liema ħlas kien isir mill-Kamra tar-Rappreżentanti u mhux mill-Ministru li kienu jassistu fih. Fis-snin li kienu jservu l-Assistenti Parlamentari, Skala 1 fis-Servizz Pubbliku kienet tammonta għal: 2010 - €38,184 2011 - €38,245 2012 - €38,488 2013 - €40,221 Il-Ministeru m’għandux informazzjoni dwar il-ħidma li kien għamel l-Assistent Parlamentari f’dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sal-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2010 kien inħatar l-Onorevoli Stephen Spiteri bħala Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Ma nstabu l-ebda rekords ta’ ħlasijiet lil Onorevoli Spiteri li ġew effetwati mill-Ministeru imsemmi jew xi rapporti li saru kif indikat fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entità li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entità li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża li ntefqet għar-reklamar mal-entita’ li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, bejn l-2008 u l-2015 hija hekk kif ġej: Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura €20,191.07 Grand Harbour Regeneration Corporation €14,397.28 Total €34,588.35 Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba, sena b’ sena, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta’ Transport Malta mhux possibli li tingħata din l-informazzjoni minħabba li l-maġġoranza tar-reklamar isir permezz ta’ aġenziji ta’ reklamar u mhux direttament mal-mezzi tax-xandir in kwistjoni.
Leg 12 PQ #20357 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entità li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #20358 Sitting 321 2015-11-03 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li dan il-Ministeru twaqqaf fl-2013 ma kien hemm l-ebda Assistent Parlamentari fi ħdan dan il-Ministeru fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X'kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Onorevoli David Agius kien jassisti lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' dak iż-żmien, bħala Assistent Parlamentari bejn l-2010 u l-2013. L-Assistenti Parlamentari kienu jitħallsu allowance ta' 15% ta' Skala 1 fis-Servizz Pubbliku mill-Kamra tar-Rappreżentanti u mhux mill-Ministeru li kienu jassistu fih. Fl-2013 is-salarju ta' Skala 1 kien ta' €40,221 u għaldaqstant f'dik is-sena l-Assistenti Parlamentari rċevew allowance ta' €6,033.15. Il-Ministeru huwa nfurmat li l-Onorevoli Agius kien jitħallas l-onorarja ta' Membru Parlamentari u allowance bħala Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Il-Ministeru m'għandux informazzjoni li fuqha jista' jippreżenta rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-Assistent Parlamentari f'dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi,i n-nefqa f’reklamar mill-2008 sallum, mill-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, hija skont it-tabella t’hawn taħt : 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 € € € € € € € € Awtorità tad-Djar Total 4114.65 908.01 1709.84 3953.93 9297.36 1235.22 3133.01 4373.87 Fondazzjoni għas-Servizzi għal-Ħarsien Soċjali Total 1116.94 50.73 NIL 405.92 339.84 459.49 746.70 210.51 Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilità Total 92.51 288.12 425.04 210.22 225.85 NIL 168.46 NIL Dipartiment għal Standards fil-Ħarsien Soċjali Total 153.99 851.71 101.48 687.83 273.75 459.14 153.99 NIL Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità Total NIL 400.02 1224.15 643.57 1240.71 412.91 179.28 NIL Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Total 13958.25 12596.92 88952.21 12964.86 NIL 322.61 NIL NIL
Leg 12 PQ #20352 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #20353 Sitting 320 2015-11-02 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.