Perikli tal-internet – gruppi tas-soċjetà vulnerabbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern sabiex il-gruppi tas-soċjetà li huma meqjusin bħala vulnerabbli, b’mod partikulari t-tfal, ikollhom il-ħiliet neċessarji sabiex ma jaqgħux vittma tal-perikli li jġib miegħu l-Internet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Awtorita ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA) qed twettaq proġett bit-titlu BeSmartOnline!, sabiex titqajjem kuxjenza fis-soċjetà, u qed isiru diversi inizjattivi edukattivi sabiex it-tfal ikollhom l-għodda neċessarja sabiex jkunu jistgħu jibbenikaw mit-teknoloġija b'mod sigur. L-importanza li l-Gvern qed jagħti lil dan il-qasam huwa evidenti mill-fatt li hemm diversi entitajiet li qed jikkontribwixxu għal dan dan l-għan, fosthom l-Aġenzija Appoġġ, l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal, u d-Direttorat għall-iStandards u Kwalita' fl-Edukazzjoni, b'kollaborazzjoni kontinwa mal-Pulizija u entitajiet internazzjonali - anke privati - li joperaw fil-qasam tal-medja soċjali. F'dan il-proġett qed jiġu investiti ‘l fuq minn €530,000 fuq medda ta' 30 xahar. 50% minnhom huma ko-finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan ħa jkun qed joffri sessjonijiet ta' tagħlim b’xejn lil kull tifel u tifla f'Malta u Għawdex permezz ta' lezzjonijiet u riżorsi li qed jiġu żviluppati. Se jsiru wkoll numru ta' kampanji sabiex tintlaħaq firxa wiesgħa ta' nies. Barraminnhekk, din it-tnedija qed joffri s-servizz ta' supportline permezz tal-linja 179 kif ukoll Hotline li permezz tiegħu nies li jiltaqgħu ma’ kontenut illegali, b'mod partikolari ma’ abbuż ta' minuri, ikunu jistgħu jirraportawh.
Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea – prezzijiet ta’ mobile roaming
Question
Jista’ l-Ministru jispjega l-ħidma li qed issir fi ħdan il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea sabiex jintemmu l-prezzijiet għoljin tal-mobile roaming kif kien imwiegħed is-sena li għaddiet? Jista’ jispjega jekk dan l-iżvilupp hux se jkollu impatt negattiv fuq l-operaturi Maltin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
It-tariffi għoljin marbutin mal-użu tas-servizzi tal-mowbajl meta l-abbonat ikun qiegħed jivvjaġġa f’pajjiżi Ewropej ilhom ostaklu għal diversi snin. Riżultat ta’ dan, l-abbonati dejjem qagħdu lura milli jagħmlu telefonati waqt li jkunu msifrin, u fi żminijiet aktar riċenti, milli jużaw l-Internet fuq il-mowbajl .
Ir-roaming like at home kien ilu li ġie mwiegħed mill-Kunsill Ewropew, mill-Parlament Ewropew, u mill-Kummisjoni Ewropea. B’hekk, inħoloq ċerta livell ta’ antiċipazzjoni fost iċ-ċittadini Ewropej.
Il-Kummisjoni Ewropea lestiet ir-Regoli dwar l-użu tar-roaming like at home meta l-abbonat ikun f’pajjiż Ewropej ieħor, filwaqt li l-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew ingħataw ir-responsabbiltà li jilħqu ftehim fuq kif isiru l-ħlasijiet bejn l-operaturi nnifishom - iġifieri bejn l-operatur lokali minn fejn l-utent xtara s-servizz tiegħu, u l-operatur barrani ta’ fejn l-utent qiegħed jivvjaġġa.
Peress li kull pajjiż u f’dan il-każ, kull operatur, huwa soġġett għal ċirkostanzi differenti, ix-xogħol tal-Presidenza Maltija u tal-Parlament Ewropew ma kienx faċli. Kien hemm ħidma sħiħa sabiex jintlaħaq ftehim sabiex dan l-iżvilupp:
1) Irendi l-aħjar riżultat għaċ-ċittadini Ewropej;
2) Jiżgura li l-operaturi lokali minn fejn l-utent xtara s-servizz tiegħu jkun jista’ jopera b’mod sostenibbli; u
3) Jiżgura wkoll li l-operatur barrani ta’ fejn l-utent ikun qiegħed jivvjaġġa jkun jista’ jirkupra l-ispejjeż u jkompli jinvesti fin-netwerk tiegħu.
Peress li l-benefiċċji tar-roaming like at home fl-Ewropa huma kbar ghall-utenti – kemm jekk huma studenti, negozjanti, u turisti – l-użu ta’ dawn is-servizzi għandu jikber fis-snin li ġejjin. Permezz ta’ dan it-tkabbir, għandu jiġi żgurat li l-operaturi kollha – inkluż dawk Maltin – għandhom jibbenefikaw minn din il-miżura. Il-Kummisjoni Ewropea hi marbuta li tkompli ssegwi l-iżviluppi f’dan il-qasam u li, jekk ikun hemm bzonn, tagħmel proposti aġġornati fis-snin li ġejjin skont kif jevolvi s-suq u l-użu ta’ dawn is-servizzi.
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) kemm u x’tip ta’ ilmenti rċeviet mill-konsumaturi fl-2016 ? L-Awtorità kemm damet biex tindirizza dawn l-ilmenti?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Matul l-2016 l-MCA rċiviet 246 ilment. Qabel tibda l-investigazzjoni tagħha, l-Awtorità tassigura li l-ilmenti jkunu tressqu quddiem l-operatur ikkonċernat iżda ma jkunux ġew riżolti għas-sodisfazzjon tal-klijent. Qiegħed nipprovdi żewg tabelli li jagħtu tagħrif statistiku dwar it-tip ta’ lmenti li rċiviet l-Awtorità (‘Tabella 1’) u n-numru ta’ ġranet li ħadet l- Awtorità sabiex tagħlaq dawn l-ilmenti (‘Tabella 2’).
87% tal-ilmenti ġew investigati u magħluqa f’inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol. It-tip ta’ azzjoni li l-MCA ħadet biex tindirizza dawn l-ilmenti tvarja skont is-setgħat legali mogħtija lilha. Infatti l-Awtorità rċeviet numru kbir ta’ każijiet fejn ma setgħatx tintervjeni u b’hekk, iggwidat lill-konsumaturi lejn l-entità responsabbli.
Minbarra dawn l-ilmenti, l-Awtorità rċeviet ukoll 531 talba għall-informazzjoni rigward servizzi ta’ komunikazzjoni.
Tabella 1 – Tip ta’ ilment
Kwalità tas-servizz
64
Kontijiet, ħlasijiet, tariffi
84
Kuntrattwali
31
Terminazzjoni tas-servizz u bdil ta’ servizz minn operatur għal ieħor
43
Kumpens
8
Prattiċi kummerċjali inġusti
7
Oħrajn
9
Total
246
Tabella 2 – Żmien meħud biex jiġu indirizzati l-ilmenti
Numru ta' ġimgħat
Inqas minn ġimagħtejn
214
Bejn ġimagħtejn u erba’ ġimgħat
31
Iktar minn erba’ ġimgħat
1
Total
246
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar żviluppi fil-coverage tat-teknoloġija mobbli tal-4G networks f’Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-aħħar statistika miġbura mill-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunikazzjoni (MCA) turi li bħalissa f’Malta hawn żewġ operaturi li joffru 4G high-speed networks, u li l-coverage tagħhom huwa ta’ kwazi 100%. Din il-figura żdiedet minn coverage ta’ 72% f’ Ġunju 2015 u ta’ 67% f’Ġunju 2014.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hawn abbonamenti għall-Broadband Internet u dwar liema speeds qed jinxtraw?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-MCA tiġbor statistika separata dwar mobile broadband- iġifieri, broadband Internet relatat ma’ smartphones, tablets, u ekwipaġġ simili - u dwar fixed broadband - iġifieri broadband internet li huwa pprovdut fid-djar, uffiċċji, u bini ieħor.
L-aħħar statistika dwar il-
mobile broadband
turi li Malta baqgħet tikber fit-
take-up,
li f’ Ġunju 2016 (l-aħħar pożizzjoni li hemm s’issa) kien ta 65.9%. Sentejn ilu (Ġunju 2014), din il- figura kienet ta’ 50.3%. Dan juri l-iżvilupp li sar f’dan il-qasam.
Fil-
fixed broadband
, it-
take-up
dejjem baqa’ jikber u matul dawn l-aħħar snin, saru wkoll żviluppi kbar mill-operaturi sabiex itejbu t-teknoloġija billi joffru kwalità aħjar u
speeds
iktar għoljin lill-klijenti tagħhom. L-istatistika ppublikata mill-MCA turi b’mod ċar il-bidliet li saru matul dawn l-aħħar snin u ż-żieda fl-abbonamenti, . L-istatistika tindika wkoll li n-nies jimxu minn
speeds
baxxi għal
speeds
iżjed għoljin, kif jidher ċar fit-tabella t’ hawn taħt:
Ġunju 2012
Ġunju 2013
Ġunju 2014
Ġunju 2015
Ġunju 2016
Total number of subscribers
132,921
140,711
148,175
158,869
168,008
% of subscribers for the various speeds
less than 5Mbps
35.82%
9.00%
7.05%
4.61%
0.78%
greater than or equal to 5Mbps but less than 10Mbps
12.73%
9.10%
1.28%
0.39%
0.42%
greater than or equal to 10Mbps but less than 20Mbps
38.25%
63.95%
39.81%
35.32%
35.53%
greater than or equal to 20Mbps but less than 30Mbps
11.61%
6.12%
4.21%
2.72%
3.84%
greater than or equal to 30Mbps but less than 50Mbps
0.01%
9.43%
43.86%
52.25%
22.54%
greater than or equal to 50Mbps but less than 100Mbps
0.94%
1.73%
3.11%
3.68%
32.65%
100Mbps and more
0.64%
0.68%
0.69%
1.04%
4.24%
Dawn il-figuri juru l-iżviluppi li saru u t-tkabbir kontinwu fl-abbonamenti ta’ dan is-servizz. Pereżempju f’Ġunju tal-2012, ninnotaw li l-maġġoranza tal-klijenti kienu reġistrati fuq
speeds
li jaqgħu taħt 20Mbps. F’Ġunju tal-2013, il-maġġoranza tan-nies kienu reġistrati fuq
speeds
bejn 10Mbps u 20Mbps, filwaqt li bdew jonqsu l-perċentwali tal-i
speeds
li huma inqas minn 10Mbps. Fis-snin ta’ wara, il-klijenti komplew ifittxu
speeds
iżjed għoljin, u l-aħħar statistika ta’ Ġunju 2016 turi li l-abbonati kważi kollha qegħdin jabbonaw għal
speeds
li huma iktar minn 10Mbps, bil-maġġoranza ‘il fuq minn 50Mbps. L-istess statistika turi li minkejja li l-perċentwali tal-abbonati għal speeds ta’ iktar minn 100Mbps huwa baxx, kien hemm żieda fit-
take-up
minn Ġunju tal-2012 għal-lum, li żdied minn inqas minn 1% għal kważi 4.3% .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti ma’ pajjiżi Ewropej?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm ħmistax-il ftehim pendenti ma' pajjiżi Ewropej.
Minn dawn, ftehim ma' Monako mistenni jkun iffirmat dalwaqt u ftheim mar-Rumanija u ieħor mal-Polonja mistennija jkunu ffirmati x-xahar id-dieħel. Ftehim mas-Slovakkja mistenni jkun iffirmat aktar tard din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kellu l-Ministeru tiegħu għal-legalizzazzjoni ta’ dokumenti bejn Lulju u Diċembru 2016?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ dokumenti li ġew illegalizzati bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Dicembru 2016 kien ta’ 18,102.
F’dawn is-sitt xhur gew 5,610 persuna biex jinqdew fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Pajjiżi tal-Amerika Ċentrali – Memorandum of Understanding
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Memoranda of Understanding pendenti ma’ pajjiżi tal-Amerika Ċentrali?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm żewġ Memoranda of Understanding pendenti ma’ pajjiżi tal-Amerika Ċentrali.
Il-Memoranda of Understanding mall-Messiku fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali huwa ffinaliżżat u se jkun iffirmat meta tinstab data għall-iffirmar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq (il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu)?
Response (VELLA, GEORGE)
Hemm għaxar ftehim pendenti mal-pajjiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Tnejn minn dawn, mal-Marokk, huma maqbulin u se jkunu ffirmati fl-ewwel okkażjoni possibli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ftehim pendenti mal-pajjiżi tas-Sahel (is-Senegal, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, in-Niġerja, iċ-Chad, is-Sudan u l-Eritrea)?
Response (VELLA, GEORGE)
Hemm tliet ftehim pendenti mal-pajiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq – Memoranda of Understanding
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq (il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja u l-Eġittu)?
Response (VELLA, GEORGE)
Hemm tmien Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant.
Erbgħa minnhom, tlieta mal-Alġerija u ieħor mat-Tuneżija, huma maqbulin u se jiġu ffirmati meta tiltaqa’ l-Kummisjoni Konġunta mal-pajjiżi rispettivi fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi tas-Sahel (is-Senegal, il-Mawritanja, il-Mali, Burkina Faso, in-Niġer, in-Niġerja, iċ-Chad, is-Sudan u l-Eritrea)?
Response (VELLA, GEORGE)
Hemm żewg Memoranda of Understanding pendenti mal-pajjiżi indikati mill-Onorevoli Interpellant.