Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-teleworking hu permessibbli fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Il-kundizzjonijiet li taħthom jingħata t-telework huma kif speċifikati fil-Public Service Management Code (PSMC - Taqsima 5.4.2) jew, fejn hu l-każ, fil-Ftehim Kollettiv ta’ entità pubblika.

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — teleworking

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tagħha joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #20724 Sitting 327 2015-11-18 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni impjegati full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time, liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali– persuni impjegati full-time jew part-time

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time, liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda persuna fid-dekasteru tiegħi li hu jew kien Membru Parlamentari bejn l-2008 u llum. Din l-informazzjoni tapplika wkoll għall-entitajiet li llum jifformaw parti minn dan id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru w li qabel kienu jiffurmaw parti minn Ministeru ieħor.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – persuni impjegati full-time jew part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, m'hawn ebda impjegat full-time jew part-time, li huwa jew kien membru parlamentari bejn l-2008 sal-lum.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt id-dekasteru tiegħi hemm disa’ dipartimenti li joffru s-servizz ta’ teleworking. Dawn huma: AWAS. Protezzjoni Ċivili, Ref Comm, Probation and Parole, Identity Malta, Uffiċju tas-segretarju permanenti, Difiża, Pulizija u l-Faċilta Korettiva ta’ Kordin. Dawn kolla joffru dan is-servizz taħt il-kundizzjonijiet maħruġa skond il-Public Service Management Code.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li l-impjegati kollha fl-Amministrazzjoni Pubblika jistgħu jibbenefikaw minn sistema ta’ teleworking. Il-kundizzjonijiet li japplikaw joħorġu minn Taqsima 5.4.2 tal-Public Service Management Code li jista’ jiġi aċċessat liberament mis-sit tal-Uffiċċju tar-Riżorsi Umani fl-Amministrazzjoni Pubblika (PAHRO) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq www.pahro.gov.mt. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra estratt minn dan is-sit elettroniku. Fost l-oħrajn, fis-Servizz Pubbliku, dawn il-kundizzjonijiet jispeċifikaw li impjegat għandu japplika għat-telework fuq il-formola stabbilita, jikseb ir-rakkomandazzjoni tas-superjuri tiegħu fid-Direttorat/Dipartiment rispettiv u mbagħad, wara li l-applikazzjoni tiġi ċċekkjata mid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi (Fergħa tar-Riżorsi Umani), din tersaq għall-kunsiderazzjoni tas-Segretarju Permanenti.
Leg 12 PQ #20384 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dipartimenti u entitatijiet taħt il-Ministeru għall-Finanzi li joffru teleworking huma: Ministeru għall-Finanzi; Treasury Department; Economic Policy Department; Customs Department; Inland Revenue Department; Contracts Department; Public Lotto Department; VAT Department; Malta Stock Exchange; National Statistics Office. Il-kundizzjonijiet ta kif jingħata t-teleworking huma skond dawk imniżżlin fil-Public Service Management Code.

Ministeru għall-Famijla u Solidarjetà Soċjali — Teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru tiegħi, jiġifieri id-dipartimenti, direttorati u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tiegħi, jimxu mal-linji gwidi stipulati mill-Public Administration HR Office, fi ħdan l-Uffiċju tal-Prim Ministru. Jistgħu japplikaw għat-teleworking l-impjegati kollha (nisa u irġiel) li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fil-policy maħruġa mill-PAHRO. Il-Ministeru tiegħi, mar pass oltre’ minn hekk, fejn is-Segretarju Permanenti fassal internal policy fejn l-impjegati flimkien mal-Head of Section tagħhom, iridu jimlew Decleration Form, fejn jimtela bħal kwestjonarju żgħir fuq ix-xogħol tagħhom, biex jiġi żgurat li x-xogħol jippermetti li jsir telework, kif ukoll dettalji personali, fuqhom u fuq il-familja fir-rigward tal-family friendly measures, ewlenin fosthom, mistoqsijiet li jaghtu priorita’ lill-impjegati li għandhom tfal sa’ 12-il sena, tfal jew anzjani dipendenti, u raġunijiet ta’ saħħa. Il-Ministeru għall-Familja u Soildarjeta Soċjali jikkonferma li hemm impjegati f’dawn id-Dipartimenti u/jew Direttorati hawn taħt imsemmija li jaħdmu (parti mix-xogħol tagħhom) permezz ta’t-telework: · L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti · Id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali · Id-Dipartiment tal-Frodi u Investigazzjoni · Dipartiment għall-Standards fil-Ħarsien Soċjali · L-Information Management Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali · L-iSPIC · Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi · Id-Direttorat Policy Development u Programme Implementation · Id-Direttorat tas- Social Policy · Id-Direttorat għall-Immaniġjar tar-Rizorsi Umani · Ir-Residenza San Vinċenz de Paule · Id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Kommunita’ · Il-Fondazzjoni ta’ Servizzi għall-Ħarsien Soċjali · L-Awtorita’ tad-Djar · Il-Kummisjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabbilita’
Leg 12 PQ #20386 Sitting 326 2015-11-17 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dipartimenti u l-entita’ li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex joffru sistema ta’ teleworking. Il-kundizzjonijiet huma skont il-policy li għandu l-Gvern fuq it-teleworking.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Leg 12 PQ #20376 Sitting 325 2015-11-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Teleworking

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-Dipartimenti, Divizjonijiet, Direttorati u Uffiċċji li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li joffru sistema ta’ teleworking huma: · Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni · Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti (Strategija u Implimentazzjoni) · Uffiċċju tal-Kabinett inkluz id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet · Management Efficiency Unit · Resource Support and Services Ltd · Environment and Planning Review Tribunal · Public Service Commission · Dipartiment tal-Informazzjoni · Stamperija tal-Gvern · Uffiċċju Elettorali · Dipartiment tal-Propjeta tal-Gvern · MEPA It-Telework jigi awtorizzat taħt dawk il-kundizzjonijiet kif speċifikati fil- Public Service Management Code (PSMC) [Kapitlu 5.2 (Other Measures for Work Family Balance) Sezzjoni 5.4.2 – Telework], Telework Policy u Guidelines on the Implementation of Telework by Public Service and Public Sector Employees, jew fil- Ftehim Kolletiv fil-ka¿ ta’ Entita Pubblika.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — Teleworking

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (GRECH, LOUIS)

Ninsab infurmat li f'dan il-Ministeru hemm 11-il persuna li qegħdin jibbenefikaw minn teleworkingtaħt il-provedimenti dwar il-materja li jinsabu fil-Public Service Management Code w f'Ċirkulari OPM Numru 6/2008. Dawn jinsabu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fil-Planning and Priorities Co-ordination Divisionu fil-Funds and Programmes Division.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sistema ta' teleworking hija offruta fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Public Service Management Code (PSMC) 5.4.2. Kull applikazzjoni tiġi mistħarrġa skont il-kriterji tan-natura tax-xogħol u tal-impjegat. Dawn il-kriterji jinsabu fl-applikazzjoni tat-telework stess, u dan jingħata biss jekk il-kriterji kollha jkunu sodisfatti. Jekk dawn il-kriterji ma jiġux sodisfatti kollha, allura l-applikazzjoni ma tkunx tista' tiġi approvata.

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura dawn li ġejjin huma d-Dipartimenti u d-Direttorati rispettivi tagħhom fejn hemm impjegati li huma ngaġġati fuq ftehim ta’ telework: Office of the Permanent Secretary - Permanent Secretariat Occupational Health & Safety Unit Quantity Surveying Unit Communications Unit Buildings Regulation Office Works and Infrastructure Department - Director General’s Secretariat Legal Office Door Numbering Unit Marine, Storm Water and Valley Management Unit Cleansing Services Directorate Manufacturing and Servicing Directorate Project Design and Engineering Directorate Project Implementation Directorate Strategy, Support and Services - People Management Directorate Financial Management Directorate Department Il-kundizzjonijiet taħt liema jingħata xogħol fuq bażi ta’ telework huwa regolat permezz ta’ Kapitlu 5 fil-Public Service Management Code. Ir-raġunijiet li għalihom jingħata t-telework huma għad-diskrezzjoni tad-Direttur/tal-Kap tad-Dipartiment rispettiv tal-applikant, u għandhom ikunu jikkonċernaw il-familja jew każi ta’ mard. Transport Malta toffri teleworking lill-impjegati tagħha abbażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet: - Xogħol li jsir waqt teleworking irid jiġi approvat mill-management; - L-impjegati għandhom jipprovdu t-tagħmir elettroniku tagħhom (computer / laptop) u aċċess għall-internet; - L-impjegati għandhom jimlew timesheet li tinkludi x-xogħol li jkun sar waqt it-teleworking li għandha tiġi sottomessa lis-superjur dirett tagħhom għall-approvazzjoni u eventwalment lid-dipartiment tal-HR; - L-impjegati għandhom iżommu lilhom nfushom kuntattabli matul l-ħinijiet ta’ teleworking u jistgħu jiġu mitluba jidħlu l-uffiċċju minflok jaħdmu b’teleworking meta jkun hemm il-bżonn; - Teleworking jiġi approvat għal perjodu ta’ 3 xhur u jiġi estiż mill-management wara li ssir talba mill-impjegat; - Teleworking jista’ jiġi mwaqqaf għad-diskrezzjoni tal-management billi jingħata pre-avviż adekwat lill-impjegat konċernat. Fil-Grand Harbour Regeneration Corporation ma hemm l-ebda impjegat fuq teleworking.
Leg 12 PQ #20380 Sitting 325 2015-11-16 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi, għalkemm preżentement mhux kull entita’ li taqa’ taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu għandha impjegati li qed jaħdmu b’telework, kull entita’ toffri l-opportunita’ illi tagħti telework lill-ħaddiema tagħha skont l-istess kundizzjonijiet maħruġa mill-Public Administration HR Office (PAHRO) u/jew kif stipulati fil-Public Service Management Code (PSMC).

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Teleworking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema dipartimenti u entitajiet taħt id-dekasteru tiegħu joffru sistema ta’ teleworking u taħt liema kundizzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kull dipartiment u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali joffru sistema ta’ teleworking. Il-kundizzjonijiet li taħthom jingħataw it-telework huma kif regolati mill-PSMC (5.4.2) u mil-linji gwida kif annessi ma’ l-istess PSMC.
Leg 12 PQ #20367 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sur Robert Arrigo kien maħtur bħala Segretarju Parlamentari mill-10 ta' Marzu, 2010 sas-7 ta' Jannar, 2013. Kien jitħallas mill-kamra tar­ Rapreżentanti. Il-paga tiegħu kienet ta' 15% ta' skala 1. L-Uffiċċju ta' Assistent Parlamentari kienet ħatra ghall-uffiċċju politiku. Il-persuna indikata kienet tassisti lill­ Ministru fil-ħidma tiegħu.
Leg 12 PQ #20368 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għaedex — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninsab infurmat li l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru fil-perjodu msemmi kien l-Onor. Frederick Azzopardi. L-Onor. Azzopardi kien jirċievi allowance ta’ 15% ta’ Skala Nru. 1 għal dik is-sena partikulari.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — assistent parlamentari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Peress li bejn l-2008 u l- 2013 il-portafoll tal-Ministeru tiegħi kien diviż bejn bosta Ministeri oħra, nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw mill-Onor. Ministri f’mistoqsijiet parlamentari numru 20363, 20370 u 20372.