Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — nefqa f'konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti u entitajiet bejn l-2008 u Marzu 2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat, illi d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nefqu b’kollox is-somma ta’ €687,199.29 f’konsulenzi bejn l-2008 u Marzu 2013.
Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali — nefqa f'konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti u entitajiet bejn l-2008 u Marzu 2013?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant, li bi tweġiba għal din il-mistoqsija u dik ta’ numru 17740, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif waslet għandi li tikkonċerna x-xiri ta’ konsulenza b’offerti jew direct ordersmil-2008 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti u entitajiet bejn l-2008 u Marzu 2013?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2008 u Marzu 2013 il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin nefaq €889,015 f’konsulenzi.
Barra minn hekk konsulent minnhom kellu s-servizzi tat-telefonija ċellulari u kien intitolat għal karozza u fuel kif jirċievu d-Diretturi Generali.
Konsulent ieħor kellu servizz ta’ telefonija ċelullari u internet connection id-dar, għal spiża massima ta’ €815 fis-sena.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa f'konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti u entitajiet bejn l-2008 u Marzu 2013?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li rigward in-nefqa f’konsulenti mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, l-informazzjoni li ngħatajt hi kif ġej:
Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija - €67,738.25
Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ - €74,659.00
Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija - €135,318.93
Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada - €13,806.00
Kunsill Malti għall-Isport - €255,261.56
Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru illum ma kellhomx infiq f’konsulenti fis-snin indikati fil-mistoqsija.
Rigward il-Ministeru u d-Dipartimenti, ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni li kienet ingħatat f’Tabella ‘A’ bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17857.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li, fl-2010 kien inħatar l-Onor. Stephen Spiteri bħala Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Ma nstabu l-ebda rekords ta’ ħlasijiet lill-Onor. Spiteri li ġew effetwati mill-Ministeru imsemmi jew xi rapporti li saru kif indikat fil-mistoqsija.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (BRINCAT, LEO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali hemm uffiċjal wieħed li huwa Membru Parlamentari. L-uffiċjal huwa impjegat full-time iżda skont klawsola 7.2.3.6 tal-Public Service Management Code jiġi rilaxxat sabiex jattendi għal xogħol relatat mal-Kamra tar-Rappreżentanti. L-uffiċjal ikkonċernat ilu Uffiċjal Pubbliku sa mill-1990 u l-ħatra kurrenti tiegħu hija ta’ Officer in Grade 9. Din ilha effettiva sa mill-1 t’April 2010 u saret fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku skont provvediment li permezz tiegħu Uffiċjali Pubbliċi li jservu b’mod sodisfaċenti bħala Secretariat Officer f’Segretarjat Privat għal aktar minn sitt snin jingħataw ħatra ta’ Officer in Grade li tikkorrispondi mal-iskala ta’ salarju li jkollhom fis-Segretarjat. Għaldaqstant il-pakkett finanzjarju li jirċievi l-uffiċjal huwa ekwivalenti għal skala ta’ Salarju 9. L-attendenza tiegħu tiġi rrekordjata u ċċertifikata skont il-proċeduri applikabbli f’paragrafu 3.1.2 tal-Public Service Management Code. L-uffiċjal għandu wkoll arranġament ta’ telework li permezz tiegħu, kull ġimgħa, huwa jaħdem erbat ijiem mid-dar u ġurnata mill-uffiċċju.
Sadanittant fil-kumpanija Wasteserv għandha persuna impjegata fuq siegħat imnaqqsa, li kienet Membru Parlamentari bejn l-2008 sal-2013. Din il-persuna ġiet ingaġġata bħala Project Management Adviser fis-6 ta’ Jannar 2014 fuq bazi ta’
person of trust
. Il-pakkett finanzjarju huwa ta’ €16.29 fis-siegħa u intitolata wkoll għal
mobile allowance
,
performance bonus
u
car allowance
. Il-
car allowance
tiġi mħallsa
pro rata
skont l-ammont ta’ siegħat li jinħadmu. L-attendenza tagħha tiġi approvata mis-superjur rispettiv qabel ma tiġi pproċessata.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onorevoli Intepellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20612 (għoxrin elf, sitt mija u tnax).
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m'hemm l-ebda persuna impjegata fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, kemm fuq bażi ta’ full-time kif ukoll part-time, li huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi fid-Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali ma kienx hemm persuni mpjegati bħala full-time jew part-time, liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Tista’ tgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Tista’ tgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Tista’ tippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li hemm żewġ persuni impjegati mal-BICC. Dawn huma Is-Sur Ċensu Galea li ġie impjegat fit-2010 sa 2013 u is-Sur Charles Buhagiar li ġie impjegat fit-2013 u għadu impjegat sal-lum. It-tnejn li huma impjegati bħala Chair filwaqt li kemm is-Sur Galea kif ukoll is-Sur Buhagiar kellu/għandu pakkett finanzjarju ta’ skala 4. Dawn iż-żewġ persuni intgħażlu għal dan l-impjieg bħala ‘person of trust’. L-attendenza tagħhom it-tnejn, kienet regolari.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-records tad-Direttorat tal-People Management u tad-Direttorat tal-Financial Management fi ħdan id-Dipartiment tas-Servizzi u Sapport juru li l-kelliemi preżenti tal-Oppożizzjoni għall-Biedja u Sajd preżentament jokkupa l-kariga ta’ Senior Architect b’seħħ mill-10 ta’ Diċembru 2012 wara ħruġ ta’ call for applications mill-PAHRO datata 17 ta’ Awwissu 2012 , b’salarju ta’ ‘l fuq minn €25,000 fis-sena u allowance ta’ madwar €4651. Dan l-impjegat kien ilu impjegat mal-Gvern sa mis-26 ta’ Settembru 1988.
Ministeru għat-Turiżmu — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Ministeru għat-Turiżmu kif ukoll fl-entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, m’hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time, liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum.
Ministeru għall-Finanzi – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li b’kollox fid-dekasteru tiegħi hemm 17-il persuna impjegati li huma jew kienu Membri Parlamentari bejn l-2008 u llum.
Ħmistax (15) minnhom huma impjegati mal-Università ta’ Malta taħt kundizzjonijiet ta’ Visiting Teaching Staff. Il-Collective Agreement jipprovdi d-dettalji dwar il-pakkett finanzjarju tal-visiting stream li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn l-impjegati ġew kollha magħżula wara sejħa għall-applikazzjonijiet ta' impjieg. L-attendenza tal-impjegati tiddependi mit-timetables li joħorġu minn żmien għal żmien.
Rigward meta ġew impjegati, id-data tal-bidu tal-impjieg li tmur l-iktar lura hija l-14 ta’ Jannar 1984 filwaqt li l-iktar waħda riċenti hija l-1 ta’ Ottubru 2013.
Iż-żewġ persuni l-oħra huma impjegati full-time ma’ żewġ entitajiet differenti, wieħed mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) u l-ieħor mal-Kulleġġ Malti ta’ l-Arti Xjenza u Teknoloġija (MCAST). L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
MCST
Impjegat fl-24 ta’ Marzu 2010
Rwol ta’ Chairman Eżekuttiv
Salarju Bażiku fuq Skala 3 u għandu Market Correctivity, Performance Bonus sa massimu ta’ 10% u allowances/perkaċċi oħra.
Pożizzjoni ta’ Fiduċja
Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija jirrekordja r-riżultati u l-effiċjenza tal-impjegati kollha, u mhux l-attendenza tagħhom.
MCAST
Impjegat bħala Senior Lecturer II. Il-paga bażika tiegħu hija marbuta mas-salarju ta' Grade A skont l-istruttura tas-salarju tal-istaff akkademiku tal-MCAST li kopja tagħha qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dan il-lecturer ġie impjegat fl-10 ta’ Novembru 2008 u kien intgħażel b’interviewing board.
Ministeru għal Għawdex — persuni impjegati full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru, jew entitajiet, awtoritajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati bħala full-time jew part-time,liema impjegati huma jew kienu membri parlamentari bejn l-2008 sal-lum? Jista’ jgħid u jippreżenta fil-Kamra meta ġew impjegati u b’liema kundizzjonijiet u x’pakkett finanzjarju kellhom jew għandhom? Jista’ jgħid kif dawn intgħażlu għal dak l-impjieg u b’liema mod l-attendenza tagħhom fix-xogħol tiġi rrekordjata? Jista’ jippreżenta fil-Kamra x’inhi l-attendenza ta’ dawn l-impjegati li kienu jew huma membri parlamentari fix-xogħol tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li fil-Ministeru għal Għawdex hemm persuna waħda fuq bazi part time fl-SPU Unit li huwa wkoll Membru Parlamentari. Il-pakkett finanzjarju jikkonsisti biss fil- provvista ta’ karozza fully expensed.