Legislature:
Category:
Reset
Active:

Internazzjonalizzazzjoni tat-talent Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Kunsill Malti għall-Arti biex jiffaċilita l-internazzjonalizzazzjoni tat-talent Malti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nemmen li l-isfida li għandna quddiemna fis-settur tal-arti hu li jkollna iktar artisti li jxandru t-talent artistiku tagħhom barra minn pajjiżna. Għalhekk il-Kunsill Malti għall-Arti għamel ħidma qawwija biex jgħin lill-artisti jilħqu din il-mira. Fl- 2015 il-Kunsill Malti gћall-Arti: 1. Impjega Internationalisation Associate 2. Nieda l- Cultural Export Fund (travel, touring and translation ), li qiegћed ikabbar il-visibilita tat-talent Malti fuq pjattaforma internazzjonali u qiegħed jgћin sabiex il-Maltin jilћqu swieq u udjenzi internazzjonali. It- Travel Grants jappoġġjaw lill-artisti u operaturi kulturali li jridu jesploraw, jiżviluppaw ћiliet ġodda, u jiksbu aktar kuntatti internazzjonali. Il- Presentation and Touring jappoġġja preżentazzjoni u esebizzjonijiet jew tours internazzjonali u t- Translation Grant jappoġġja t-traduzzjoni ta’ xogћlijiet artistiċi li jvarjaw minn kotba, gћall-films, gћall-distribuzzjoni internazzjonali. 3. Sar membru tal- European Union National Istitutes for Culture (EUNIC), gћaqda li l-gћan tagћha hija li tespandi r-rwol tal-kultura fl-Ewropa u li ssaћћah id-djalogu interkulturali, l-iskambju u l-kooperazzjoni sostenibbli ma’ pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea. Is-sћubija ta’ Malta ġiet approvata b’mod unanimu meta l-Assemblea Ġenerali vvutat b’mod uffiċċjali biex taċċetta lil Kunsill Malti gћall-Arti bћala l-aktar membru riċenti tagћha. Il-missjoni tal-EUNIC hija li tippromwovi l-valuri Ewropej u li tikkontribwixxi gћad-diversità kulturali ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-istituti kulturali Ewropej madwar id-dinja. 4. Issottometta l-applikazzjoni, li ġiet approvata, gћall-paviljun ta’ Malta fil-Biennale tal-Arti f’ Venezja. Din hija l-akbar fiera internazzjonali u magћrufa tal- arti. 5. Ingћaqad mat- task force taċ-CHOGM u l-Ministeru gћall-Affarijiet Barranin biex jikkofinanzjaw u jorganizzaw il- program kulturali li ġie ppreżentat ġewwa ћames pajjiżi tal-Commonwealth. 6. Beda jipprepara gћas-Summit Dinji tal-Arti u l-Kultura li ser iseħħ ġewwa il-Belt Valletta fl-2016. Dan is-Summit Dinji – li qiegћed jiġi organizzat flimkien mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli tal-Arti u Aġenziji Kulturali (IFACCA) – mistenni jilqa’ madwar 500 delegat minn 80 pajjiż sabiex jiddiskutu l-aktar kwistjonijiet importanti fl-arti. 7. Beda jipprepara l-programm kulturali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew fl-2017. 8. Nieda l-istrateġija għall-internazzjonalizzazjoni tal-artisti Maltin. Qed jippjanaw li fil-ħames snin li ġejjin: a) Jinvestu €500,000 permezz tal-Cultural Export Fund f ’għotjiet għall-ivvjaġġar, touring u t-traduzzjonijiet għall-prattikanti fis-setturi kreattivi li qed ifittxu li jattiraw udjenzi u swieq usa’; b) Jorganizzaw delegazzjonijiet b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn, fi pjattaformi internazzjonali tal-arti inklużi s-swieq, il-fieri u l-festivals; c) Jiżviluppaw il- Malta Showcase bħala riżors onlajn u pjattaforma ta’ netwerking għall-promozzjoni internazzjonali u opportunitajiet ta’ showcasing; d) Jikkummissjonaw il-paviljun ta’ Malta fil-Biennale tal-Arti f ’Venezja fl-2017 e) Jikkollaboraw mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fuq id-diplomazija kulturali u r-relazzjonijiet kulturali esterni permezz tal-koġestjoni tal- Cultural Diplomacy Fund ; f) Jamministraw flimkien il-programm kulturali internazzjonali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017; g) Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ programmi ta’ residenza tal-artisti li ġejjin Malta jew dawk li ħerġin minn Malta. Dawn il-programmi se jiġu implimentati f’ kollaborazzjoni mal-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi u l-festivals u jiffokaw fuq ir-riċerka, it-twettiq ta’ proġetti kollaborattivi u l-iskambju; h) Jappoġġaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali u jagħtu suġġerimenti dwar il-programmazzjoni kulturali; i) Jiffaċilitaw il-konferenzi internazzjonali u s-sessjonijiet ta’ netwerking inkluż is-Seba’ Summit Dinji talArti u l-Kultura fl-2016 u l-Laqgħa annwali tal-Koordinaturi tan-Netwerk Ewropew; j) Jipparteċipaw b’mod attiv bħala membri tan-netwerks internazzjonali bħal pereżempju l- International Federation of Arts Councils and Cultural Agencies - IFACCA, European Union National Institutes of Culture - EUNIC, l-IETM - International Network for Contemporary Performing Arts u l-European Festivals Association - EFA.

Kunsill lokali tal-Belt Valletta –– direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-treshhold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta hija is-segwenti: · 2012 – Eur 207,138 · 2013 – Eur 115,263 · 2014 – Eur 214,719 · 2015 – Eur 194,044 (informazzjoni miġbura sa l-aħħar ta’ Lulju) Għar-rigward tal-mistoqsija tal-Onor Interpellant jekk dawn jaqbżux it-treshhold tad-direct order, ninforma lill-Kamra li l-Kunsill ma kienx jagħraf jirrispondi. Sadanittant, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali permezz tal-Monitoring Unit qiegħed isegwi dan il-każ.

Kunsill Lokali Belt Valletta – għoti ta’ kuntratti għall-ġbir tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sena b’sena, mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid meta ngħataw dawn il-kuntratti, meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u meta ġew aġġudikati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed ngħaddi l-informazzjoni kif mitluba dwar min kienu l-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart, meta ingħataw il-kuntratt, meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u meta ġew aġġudikati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mill-2010 sal-2015. Tabella PQ 21910 Sena Liema kienu l-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart Meta ngħataw dawn il-kuntratti Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti Meta ġew aġġudikati mill-Kunsill Lokali 2010 Mr Anthony Zammit 13 ta’ Marzu 2006 13 ta’ Jannar 2006 6 ta’ Marzu 2006 2011 2012 2013 Waste Collection ltd 1 ta’ April 2013 2 ta’Ottubru 2012 7 ta’ Diċembru 2012 2014 2015

Reġjun ta’ Għawdex – għajnuna għad-devoluzzjoni tad-dawl tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lir-Reġjun t’Għawdex sabiex ikun jista’ jwettaq b’mod tajjeb id-devoluzzjoni tad-dawl tat-toroq? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan li r-Reġjuni l-oħra jieħdu f’idejhom id-devoluzzjoni tad-dawl kif sar fir-Reġjun t’Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġjun ta’ Għawdex ingħata s-somma ta’ €50,000 kull sena kif ukoll uffiċċjal mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u żewġ ħaddiema oħra sabiex ikunu jistgħu jaħdmu fuq dan l-irwol ġdid li għandu r-Reġjun. Ir-Reġjun se jingħata wkoll €9,000 oħra sabiex ikun jista’ jieħu ħsieb dawl ieħor li mhuwiex kopert bil-ftehim tal-kuntratt il-ġdid. Is-Segretarjat Parlamentari jinsab għaddej b’diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Enerġija dwar il-possibbilita’ ta’ devoluzzjoni tad-dawl mal-Kumitati Reġjonali ġewwa Malta.

Forti Sant’Iermu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żaru l-Forti Sant’Iermu xahar b’xahar minn mindu fetaħ sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li żaru l-Forti Sant Iermu mill-ftuħ tiegħu fl-10 ta’ Mejju 2015 sal-15 ta’ Jannar 2016 huwa kif ġej: Mejju: 12,266* Gunju: 3,843 Lulju: 2,970 Awwissu: 4,969 Settembru: 7,288 Ottubru: 16,026** Novembru: 212*** Dicembru: 3002 **** Jannar: 1705 ***** * Open Day fl-10 ta’ Mejju li ghaliha attendew 10,000 ruh. ** Tinkludi Notte Bianca (8,355) *** Il-forti maghluq mit-2 ta’ Novembru sa nofs Dicembru minhabba s-Summit u CHOGM. **** Mill-1 ta’ Dicembru sas-6 ta’ Dicembru kien maghluq. Mill-7 ta’ Dicembru sat-30 ta’ Dicembru 2015 ***** Mill-1 ta’ Jannar sal- 15 ta’ Jannar 2016

Prosekutur Pubbliku Ewropew

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-pożizzjoni ta’ Malta dwar il-proposta ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew?

Response (BONNICI, OWEN)

Fir-rigward tal-proposta dwar it-twaqqif ta` Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-proposta qiegħda dejjem tiżviluppa skont id-diskussjonijiet li ilhom isiru għal ħafna snin. Malta tappoġġja t-twaqqif ta’ dan l-Uffiċju u ssostni li għandu jiġi stabbilit abbażi tal-format kolleġjali. Malta ssostni ukoll illi l-prinċipju tas-sussidjarjeta` għandu jibqa` jiħi onorat u li l-proposta għandha ukoll tkompli tieħu in konsiderazzjoni l-pożizzjonijiet kostituzzjonali u partikolari tal-Istati Membri.

Qrati – nefqa medja ta’ Ġuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswa ġuri bħala medja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul din is-sena saru erba’ ġurijiet bi spiża totali ta’ €163,798. Dan ifisser spiża medja ta’ kull ġurnata hija ta’ €2,776.

Qrati – impjegati fil-qasam tal-Ġudikatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jaħdmu ġudikanti, f’liema awli u f’liema ġranet?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil-Qorti ta’ Malta Ġudikanti tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti tal-Appell jżommu s-seduti nhar ta’ Tnejn, Tlieta, Ħamis u Ġimgħa. Dawn is-seduti jsiru fl-Awla 20. Il-Ġudikanti tal-Qorti tal-Appell Kriminali jżommu s-seduti nhar ta’ Ġimgħa wara nofsinhar fl-Awla 20. Il-Ġudikanti li joqgħodu fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jżommu s-seduti tagħhom mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-Awli bin-numri 13, 15, 16, 17, 18, 19, u 21. Is-seduti tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) jinżammu fl-Awli 23 u 24 fil-binja tal-Qorti tal-Familja minn nhar ta’ Tlieta sal-Ġimgħa. Il-Ġudikanti tal-Qorti Kriminali jużaw l-Awli Nri 14, 20 u 22 u jżommu s-seduti tagħhom mit-Tnejn sal-Ħamis Il-Ġudikanti li jippresjedu l-Qorti tal-Maġistrati fil-kompetenza ċivili tagħha jżommu s-seduti tagħhom fl-Awli bin-numru 2, 3, 4, u 6 mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Uħud minn dawn il-ġudikanti jippresjedu wkoll tribunali oħra bħat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il Bord dwar l-Arbitraġġ tal-Artijiet, il-Bord li Jirregola l-Kera, u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’. Fil-waqt li l-Ġudikanti li jippresjedu l-Qorti tal-Maġistrati fil-kompetenza kriminali tagħha jżommu s-seduti mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-Awli 1, 5, 7, 8, 9, 10, 11 u 12. Fil-bini tal-qorti f’Malta jinżammu diversi seduti oħra speċjalment wara nofsinhar bħal ma huma dawk tat-Tribunal tat-Talbiet Zgħar, tat-Tribunal Industrijali u oħrajn Apparti l-ġranet hawn fuq indikati, il-Ġudikanti jappuntaw seduti fi ġranet oħra, meta il-bżonn hekk jitlob. Fil-Qorti ta’ Għawdex Rigward kawżi ċivili, hawn żewġ ġudikanti li jaħdmu ġimgħa iva u ġimgħa le kull wieħed/waħda minnhom mit-Tlieta sal-Ġimgħa. Dawn normalment jinstemgħu fl-Awla B. Rigward kawżi kriminali, dawn jinstemgħu madwar darbtejn fil-ġimgħa fl-Awla A. L-Appelli Ċivili Inferjuri jinstemgħu darba kull tliet xhur. Dawn normalment jinstemgħu fl-Awla A. L-Appelli Ċivili Superjuri jinstemgħu fil-Qrati f’Malta. L-Appelli Kriminali Inferjuri meta jinżammu fil-Gżira t’Għawdex jinstemgħu madwar darba f’xahar fl-Awla A tal-Qorti t’Ghawdex. Apparti l-ġranet hawn fuq indikati, il-Ġudikanti jappuntaw seduti fi ġranet oħra, meta il-bżonn hekk jitlob.

LESA

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dwar il-LESA u l-operat tagħha, mit-twaqqif tagħha sallum?

Response (BONNICI, OWEN)

Irrid ngħid illi l-qasam tal-inforzar lokali huwa wieħed mill-iktar oqsma li l-poplu xtaq bidla għall-aħjar fih. Il-poplu xtaqt bidla għall-aħjar fih għaliex f’għajnejn ħafna nies, il-qasam tal-inforzar lokali spiċċa f’xejn iktar minn taxxa fejn b’mod sproporzjonat u iebes iżżejjed il-gwardjani lokali joħorġu kemm jistgħu ċitazzjonijiet bil-għan li jagħmlu s-sistema profitabbli. Il-Gvern wiegħed li jagħmel riforma fis-settur u hekk qed jagħmel. Dehrilna li l-mankanza l-iktar kbira fis-sistema tal-inforzar lokali kienet li waqt li l-operatur kien fdat kompletament f’idejn il-privat – li m’hijiex xi ħaġa ħażina fiha nnifisha – l-operatur ma kellux regolatur awtonomu u ċentrali ta’ ċertu portata li jirregola l-ħidma fiha nfisha. Taħt amministrazzjoni preċedenti, dan ir-rwol regolatorju kienu jagħmluh l-hekk imsejħa “Authorised Officers” – wieħed għal kull regjun - illi kienu kuntratturi privati li tas-servizz tagħhom kienu jitħallsu cifri li jesorbitaw id-dħul tal-għola karigi Kostituzzjonali f’pajjiżna. S’intendi sistema bħal din kienet tagħti lok għal nuqqas ta’ uniformita’ fl-infurzar u r-regolamentazzjoni, mingħajr checks and balances li jirregolaw l-operat tar-regolatur. Kien għalhekk illi l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf Aġenzija ċentrali għar-regolamentazzjoni tal-Infurzar Lokali bis-saħħa tal-Aġenzija LESA (Local Enforcement System Agency). Formalment l-LESA twaqqfet f’Mejju iżda assumiet ir-rwol regolatorju b’effett mill-1 ta’ Ottubru, 2015. Hawn irrid nirringrazzja kemm lir-Regjuni ta’ pajjizna u kemm il-Kunsilli Lokali li bil-maġġoranza assoluta tagħhom offrew pariri siewja sabiex il-perjodu transitorju jkun kemm jista’ jkun bla skossi. U fil-fatt hekk ġara. Meta fl-1 ta’ Ottubru, 2015 il-LESA assumiet ir-rwol regolatorju dan sar mingħajr problemi kbar, f’dik li tista’ tissejjaħ a seamless transition. Kontinwalment saru laqgħat mal-gwardjani lokali nfsuhom sabiex lilhom jiġi spjegat kemm x’inhu l-irwol tar-Regolatur kif ukoll kif ser jogħla il-livell tas-servizz tal-gwardjani sabiex jiġi assigurat servizz b’iktar għaqal u sodisfazzjon lejn iċ-ċittadin. Fl-istess waqt il-LESA rat li żżomm linja ta’ komunikazzjoni miftuħa mar-Reġjuni u l-Kunsilli li għandhom jirrikorru ħafna ċittadini fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ infurzar lokali. Irrid ngħid li jekk hemm ħaġa po¿ittiva li ntirtet minn żmien amministrazzjoni preċedenti hija s-sistema ta’ Tribunali Lokali li jiġu mmexxija b’mod awtonomu mir-Reġjuni. Bħala Gvern nemmnu ħafna f’dan l-iżvilupp li rnexxa u l-LESA għenet biex jissaħħaħ l-operat ta’ dawn it-Tribunali. Il-LESA fetħet ukoll linja ta’ komunikazzjoni mal-pubbliku fejn twaqqfu ‘helpline’ u customer care unit għal min ikollu bżonn xi direzzjoni. Il-LESA, bi ftehim mal-operatur fuq mudelli li ġieli ntużaw minn amministrazzjoni preċedenti, waqqfet ukoll unit ta’ ħames (5) Regional Enforcement Officers li huma impjegati mal-Operatur i¿da jirrispondu lil-LESA sabiex dawn jaħdmu iktar qrib tar-Reġjuni u b’hekk jintlaħaq iktar xogħol mingħajr dewmien żejjed. Dan l-arranġament hu wieħed temporanju u kien immirat li jara li ma jkunx hemm skossi fil-perjodu ta’ transizzjoni. Fix-xhur li ġejjin se jkun hemm ingaġġ ta’ Regional Enforcement Officers full time, impjegati mal-LESA, permezz ta’ sejħa miftuħa. Il-LESA, permezz ta’ laqgħat mal-gwardjani assistiet lill-forzi ta’ l-Ordni f’funzjonijiet sekondarji waqt avvenimenti mtella’ mill-Gvern, bħac-CHOGM, in-Notte Bianca, il-Valletta Summit, l-iMdina Grand Prix u l-Malta Marathon u kif ukoll għenet lit-taqsima tal ALE tal-Pulizija li lkoll taw riżultat pożittiv u nkoraġġanti. Il-LESA qed tara li jsir infurżar f’oqsma ambjentali. Is-sistema tal-Infurzar ambjentali ser jiġi ristrutturat mill-ġdid b’konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali individwali peress illi kien hemm imaniġġjar ta’ operat ħażin u ħela ta’ riżorsi mingħajr ebda pjan strateġiku. Preżentament il-LESA tinsab ukoll fl–istadju li tagħmel revamp tal-immaġini tal-gwardjan lokali sabiex nagħtu nifs ġdid lil din il-karriera li sfortunatment ma baqgħetx tattira nies li jridu jaħdmu fiha. Diġa’ tħabbar li se jitbiddel l-isem tal–Gwardjan Lokali għal dak ta’ Uffiċċjal tal- Kommunita’ u kif ukoll ser tinbidel l-uniformi tal–Gwardjan. Il-feedback li kellna kien pożittiv ħafna u l-għan hu li ċ-ċittadin ikabbar l-istima tiegħu lejn dan l-uffiċċjal pubbliku. It-triq hi t-twila u x-xogħol li jrid isir huwa kbir ukoll. Biss, konvint li b’rieda tajba anke f’dan is-settur il-Gvern ikun jista’ jżomm kelmtu u jagħti lill-poplu r-riforma li xtaq.

Mezzi ta’ komunikazzjoni segwiti f’pajjiżna

Question

Skont l-istudji li wettqet l-Awtorità tax-Xandir, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-mezz ta’ komunikazzjoni l-aktar segwiti f’pajjiżna u f’liema age bracket jew background akkademiku? Kif jikkomparaw dawn ir-riżultati ma’ studji oħra f’pajjiżi Ewropej?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba giet mfassla mill-PBS b’konsultazzjoni mal-Awtorita’ tax-Xandir, peress li l-istħarriġ tal-udjenzi jsir mill-Awtorita tax-Xandir. L-istudji li twettaq l-Awtorità tax-Xandir ma jikkonsidrawx mezzi ta’ komunikazzjoni imma jikkonsidraw biss liema stazzjon tar-radju u televiżjoni huma l-aktar segwiti lokalment; u x’tip ta’ programmi huma ppreferuti mill-konsumatur Malti. Dan għaliex il-konsumatur Malti għandu diversi mezzi biex jara l-istess xandira. Mill-istudji tal-Awtorità tax-Xandir jirri¿ulta li f’Ottubru 2015 ftit inqas minn 50% [49.3%] tal-popolazzjoni ssegwi stazzjon tar-radju waqt li fl-istess perjodu 62.2% tal-popolazzjoni issegwi stazzjon tat-televi¿joni. L-aktar li jsegwu stazzjonijiet tar-radju huma dawk ta’ l-età bejn il-21 u it-30 sena [55.16%] segwiti minn dawk ta’ bejn il-31 u l-50 sena [52.17%]. It-televizjoni huwa l-aktar segwit minn dawk il-fuq minn 71 sena, segwiti minn dawk ta’ bejn il-51 u s-70 sena [74.67%], u dawk bejn il-31 u l-50 sena [57.30%]. Bħala ammonti ta’ konsumaturi, l-akbar grupp ta’ nies li tisma’ r-radju huma dawk ta’ bejn il-31 u l-50 sena [59,800] waqt li l-akbar grupp ta’ nies li jara’ t-televi¿joni huma dawk bejn il-51 u s-70 sena [82,600] Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn l-istudji.

Każi l-Qorti — Diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali f’kawżi ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deċiżjonijiet tal-Qrati li qalbu d-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali f’kawżi tad-drogi minn mindu daħlet ir-riforma sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Minn mindu daħlet ir-riforma sal-lum l-ammont ta’ deċiżjonijiet tal-Qrati li qalbu d-diskrezzjoni tal-Avukat Ġenerali f’kawżi tad-drogi huma sitta (6) b'kollox.

Il-liġi l-ġdida dwar id-drogi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif qed titħaddem il-liġi l-ġdida tad-drogi minn mindu daħlet fis-seħħ sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Liġi l-ġdida tad-Drogi li daħlet fis-seħħ fil-15 ta’ April li għadda hija liġi li mmarkat bidla radikali ta’ kif konna nħarsu mil-lat ta’ ġustizzja lejn min jiġi akkużat b’xi tip ta’ reat marbut mad-droga. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir li tara li pajjiżna kien minn ta’ quddiem li kellu l-kuraġġ jibdel il-liġi minn waħda li kienet qed tħares lejn il-vittma tat-teħid tad-droga bħala kriminal għal persuna li għandha bżonn l-għajnuna biex toħroġ mill-vizzju. S’issa għaddew ftit xhur minn mindu din il-liġi daħlet fis-seħħ u r-riżultati jidhru pożittivi. Kif jaf l-Onor Interpellant, il-liġi tad-Droga, fost affarijiet oħra, ħolqot żewġ istituzzjonijiet ġodda li għandhom l-għan li jgħinu lill-vittma ġenwina tad-droga toħroġ mill-vizzju. L-ewwel istituzzjoni hija t-Tribunal għall-Ġustizzja ppresedut mis-Social Worker Victoria Scicluna li tisma’ każijiet ta’ pussess sempliċi waqt li t-tieni waħda huwa l-Bord għar-Rijabilitazzjoni mid-Droga ppresedut mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello li jisma’ każijiet ta’ pussess aggravat u reati iktar serji riferitu lilu mill-Qorti tal-Maġistrati fil-parametri tal-liġi. Nibda mit-Tribunal għall-Ġustizzja. Sal-aħħar ta’ Diċembru 2015, ġew ipproċessati 146 każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga għall-ewwel darba quddiem il-Kummissarju Scicluna. Dawn il-kawżi ġew ittrattati fuq mertu ta’ bażi personali fejn is-Sja Scicluna ħadmet kull każ fl-aħjar interess tal-imputat u biex tgħinu mill-aħjar li tista kemm li ma jerġax jaqa fil-vizzju speċjalment meta jkunu għadhom żghar fl-eta’ li jkunu għamlu dan ir-reat bħala frugħa taż-żgħożija . Fil-każijiet fejn bniedem jitressaq quddiemha izda hemm reati ohra pendenti il-Qorti is-Sja Scicluna anke involviet lill-Aġenziji anke seduta stante biex kemm jista jkun jassistu fil-każ immedjatament. Infakkar li jekk bniedem jinstab ħati mill-Kummissarju Scicluna t-tieni darba fi żmien sentejn, dan jiġi riferut lill-Bord immexxi mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello. S’issa ebda persuna għadu ma nstab ħati għat-tieni darba fi żmien sentejn. Ngħaddi issa għall-Bord ghar-rijabilitazzjoni ta’ persuni li inqabdu bid-droga mmexxi mill-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello. Dan il-Bord ġie kostitwit minnufih u beda jiffunzjona f’April 2015. Il-Bord iżomm laqgħat regolari, kemm biex jagħti l-kunsens tiegħu biex l-Qorti tal-Maġistrati tikkonverti ruħha f’ qorti tad-droga meta jkun il-każ, kif ukoll biex jisma u jiddelibera x’għandu jsir f’ dawk il-każi li jiġu riferiti lilu mil-qorti tad-droga. Huwa qiegħed f’ kuntatt kontinwu mal-awtoritajiet governativi li jipprovdu servizzi ta’ rijabilitazzjoni, kif ukoll mal-entitajiet governativi u privati imwaqqfa għal dan il-għan. Meta ssir talba sabiex il-Qorti tikkonverti f’Qorti dwar id-Droga – u minn dawn it-talbiet jiena informat li saru bl-għexieren tagħhom - il-Qorti tisma’ l-provi miġjuba mill-partijiet, tibgħat kopja tal-atti lill-Bord għar-Rijabilitazzjoni ta’ Persuni li nqabdu bid-Droga għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu u tiddeċiedi dwar jekk għandhiex tikkonverti f’Qorti Dwar id-Droga ai termini tal-Artikolu 8 tal-istess Kap. Kemm-il darba l-Qorti hekk tiddeċiedi, tibgħat lill-imputat quddiem l-istess Bord sabiex jirċievi kwalunkwe għajnuna li l-Bord jidhirlu xieraq għar-rijabilitazzjoni tiegħu mill-vizzju tad-droga. Il-Bord sussegwentement jaġġorna lill-Qorti dwar l-andament tal-imputat kull tliet xhur. S’intendi l-liġi ma titkellimx biss dwar dawn iż-żewġ istituzzjonijiet imma titkellem ukoll dwar tibdil kemm proċedurali u kemm sostantiv fil-qasam imsemmi. Inkun dispost li nagħti l-informazzjoni kollha li jitlobni l-Onor Interpellant dwar dan is-settur tant kruċjali.

ŻfinMalta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma ta’ ŻfinMalta mit-twaqqif tagħha sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-kumpanija Nazzjonali taż-Żfin ŻfinMalta mliet vojt li kien ilu jinħass għal ħafna snin. Bis-saħħa ta’ ŻfinMalta isem pajjiżna qed ikun rapprezentat fl-aqwa fora internazzjonali f’dan is-settur waqt li pprovdiet opportunita’ għaż-żeffiena tagħna li jeċċellaw f’din l-espressjoni artistika tant sabiħa. Mit- twaqqif tiegħu Zfin Malta ħadem f’dawn l-oqsma: Sħubija ma’ artisti ta’ fama internazzjonali: · Korjografi ta’ fama internazzjonali: Ivan Perez Aviles u Jose Agudo · Kompożituri: Vincenzo Lamagna (Londra), Aaron Martin (USA) u Renzo Spiteri (Malta) · Ħames producers internazzjonali mill-Ingilterra, l-Iskozja, l-Italja, Franza u r-Russja Sħubija ma’ entitajiet: · Arts Council England · Sadlers Wells Theatre (Londra) · Dancebase (Edinburgh) · ACE Dance and Music (Birmingham) · Korzo Theatre (The Hague, Olanda) · Pusaka (Malażja) · ICCR (Indja) · British Council (UK) Premieres u Performances Lokali: · Marzu 2015 (MITP u Teatru Astra): Erbgħa(4), mixed bill ta’ erbgħa korjografiji minn erbgħa korjografi differenti. Erbgħa(4) hija parti mill-Malta Showcase. · Mejju 2015 (Forti Sant Iermu): Stabat Mater, korjografija ta’ Mavin Khoo u mużika tal-kompożitur Malti-Taljan Girolamo Abos. · Lulju 2015: Stabat Mater, korjografija ta’ Mavin Khoo u mużika tal-kompożitur Malti-Taljan Girolamo Abos. Din iż-żifna fethet serata ta’ żfin f’Dar il-Meditteran mill-kumpanija nazzjonali taż-żfin kontemporanju tal-Korea t’isfel. · Lulju 2015: performance miż-żeffiena ta’ ŻfinMalta waqt l-eżebizzjoni annwali tal-MCAST. · Lulju 2015 (Ġonna Botaniċi tal-Argotti): Je Tiens la Reine (korjografija oriġinali ta’ Mavin Khoo, kompożizzjoni originali ta’ Renzo Spiteri u dramaturġija ta’ Giuliana Fenech ikkummissjonata ghall-Malta Arts Festival 2015). Je Tiens la Reine hija parti mill-Malta Showcase. · Novembru 2015 (Splendid, Valletta): l-apprentisti ħadmu fil-festival taż-ŻiguŻajg f’performance imtella minn Ellipsis Dance bl-isem ta’ Sense.5. Din kienet ukoll parti mill-Malta Showcase. · Novembru 2015 (Dar il-Meditteran): Ċerimonja tal-ftuħ ta’ CHOGM Malta 2015, korjografija oriġinali ta’ Mavin Khoo. Tours: · April 2015: Palestina u Ġerusalem, parti mir-Ramallah Contemporary Dance Festival (RCDF) · Awissu 2015: Il-Malażja u l-Indja, parti mill-Programm Kulturali Estern taċ-CHOGM Malta 2015 · Novembru 2015: Frankfurt, parti mill-Jiem Kulturali Ewropej tal-BĊE Education & Outreach: · Novembru 2014: kollaborazzjoni mal-Universita ta’ Malta (Dance Studies Programme) u Stella Maris College fejn l-apprentisti ħadmu ma’ studenti subien · Novembru 2014 u Frar 2015: Programm edukattiv ta’ Teatru Manoel, Toi Toi · Marzu 2015: workshop ġo Għawdex għal żeffiena Maltin u Għawdxin · Lulju 2015: masterclass relatata mal-premiere ta’ Je Tiens la Reine · Awissu 2015: workshops u creative residencies fil-Malażja u l-Indja, bħala parti mill-Programm Kulturali Estern taċ-CHOGM Malta 2015. Research & Development · Diċembru 2015: workshops f’Birmingham għaż-żeffiena ta’ ŻfinMalta u ACE Dance and Music Nieħu l-opportunita’ li nirringrazzja lit-tim kollu li jieħu ħsieb din il-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin li tant qed tagħmel unur lil pajjiżna.

Kunsill Malti għall-Arti – tqassim ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm tqassmu fondi mill-Kunsill Malti għall-Arti fl-2015 u kif tqassmu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-fondi allokati għal matul l-2015 kienu jammontaw għal €847,286.51 li ġew imqassma lil 149-il benefiċjarju. It-Tabella t’hawn taħt tgħati aktar detallji dwar l-iniżjattivi li ntużaw biex jingħataw dawn il-fondi: Malta Arts Fund Small Projects Large Projects Benefiċjarji : 16 Benefiċjarji: 11 Fondi allokati : EUR 63, 086 Fondi allokati : EUR 158, 000 Mobility Support Organisation Support Benefiċjarji: 21 Benefiċjarji: 6 Fondi allokati : EUR 22, 000 Fondi allokati: EUR 93, 100 Cultural Export Fund (Travel Grant, Presentation & Touring, Translation Grant) Benefiċjarji: 37 Fondi allokati: EUR 89,151.51 Kreattiv Benefiċjarji: 17 Fondi allokati: EUR 73, 388 Il-Premju tal-President għall-Kreattività Benefiċjarji: 11 Fondi allokati: EUR 64, 970 KulturaTV Benefiċjarji: 6 Fondi allokati: EUR 184, 356 Creative Communities Benefiċjarji: 24 Fondi allokati: EUR 99, 235

Avvenimenti kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħala medja kemm jittellgħu avvenimenti kulturali kull xahar fil-postijiet artistiċi/kulturali li huma mmexxija mill-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-medja ta’ avvenimenti kulturali li ttellgħu fi Pjazza Teatru Rjal ikkalkulata a bażi tas-snin 2014 u 2015 hija ta’ madwar 5 avvenimenti fix-xahar. Minħabba n-natura tal-post l-avvenimenti huma l-aktar ikkonċentrati fix-xhur Mejju-Diċembru. Din il-figura ma tinkludix esebizzjonijiet u installazzjonijiet artistiċi. Il-medja ta’ avvenimenti kulturali li ttellgħu fit- Teatru Manoel hi ta’ 11 fix-xahar mqassma fuq staġun teatrali ta’ 9 xhur (Ottubru- Mejju). Madwar 25 avveniment kulturali siru kull xahar fi Spazju Kreattiv. Dawn jinkludu wkoll l-esebizzjonijiet li jdumu bejn wieħed u ieħor 4 ġimgħat mtellgħin għall-wiri.

Forti Sant’Anġlu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun l-użu tal-Forti Sant’Anġlu?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Forti Sant’Anglu huwa wiehed mill-assi kulturali mmexxija minn Heritage Malta. Il-prezentazzjoni ta’ fih tikkoncentra fuq l-importanza tal-forti fl-istorja ta’ Malta tul is-sekli. Il-progett ta’ restawr u rigenerazzjoni haseb ukoll ghall-istallazzjoni ta’ facilitajiet ghall-organizzazzjoni ta’ manifestazzjonijiet kulturali, u ghaldaqstant huwa mistenni li dan is-sit ser jibda jilqa’ fih numru ta’attivitajiet ta’ din in-natura.

Qasam tal-Ġustizzja – riforma ħolistika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li jmiss li jittieħdu biex tkompli tiġi implimentata riforma ħolsitika fil-qasam tal-Ġustizzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Wara t-titjib li rajna mill-2013 s’issa, hekk kif elenkati fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 21887, dan il-Gvern ser jkompli jirriforma is-sistema ġudizzjarji biex iċ-ċittadin jinqeda b’mod aktar effiċjenti u spedit. Sistema ġudizzjarja b’saħħitha mhux biss taqdi l-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż imma hija parti kruċjali favur it-tkabbir ekonomiku. B’hekk fl-2016, il-Gvern ser jaħdem biss sħiħ biex jitwettqu aktar riformi fil-qasam tal-Ġustizzja, sabiex b’hekk is-sistema ġudizzjarja Maltija tkun waħda li tattira aktar investiment. Il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-ħtieġa li jiġu promossi Alternative Dispute Resolutions li prinċiparjament jinqasmu fi tnejn: l-medjazzjoni u l-arbitraġġ. Kif jgħallimni l-Onor. Interpellant il-medjazzjoni hu proċess fejn medjatur jgħin żewġ partijiet jew iktar jaslu għal ftehim li jridu huma waqt li l-arbitraġġ hu proċess fejn il-partijiet jagħżlu arbitru sabiex jaqta’ d-disputa li għandhom bejniethom. Kif imħabbar fid-diskors tal-Baġit għall-2016 il-Gvern se jaħdem biex jikber l-użu ta' proċeduri tal-ADR – sija fejn tidħol il-medjazzjoni u sija fejn jidħol l-arbitraġġ. Dan għandu jwassal għal proċeduri iktar spediti, li jagħmlu sens ekonomiku u li jtaffu mill-ħtieġa li wieħed imur dritt il-Qorti. Nista’ ngħid li barra minn Malta l-ADRs indraw u jintużaw b’mod spiss u regolari. Fejn tidħol il-medjazzjoni volontarja din hija prattikament ineżistenti u b’konsultazzjoni mal-istakeholders u esperti barranin se nfasslu proposti jekk hemm bżonn leġizlattivi sabiex din issir iktar in-norma. Fejn jidhol l-arbitraġġ, rajna titjib ta' 18% f’każijiet introdotti ta’ arbitraġġi volontarji domestiċi u żieda ta' kważi 50% ta' arbitraġġi internazzjonali. Dan mhux biżżejjed. Il-Gvern huwa impenjat li jsaħħaħ u jtejjeb iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ u b’hekk ħarġet sejħa għal sieħeb strateġiku biex jikkonvertu ċ-Ċentru Malti għall-Arbitraġġ f’hub aktar effiċjenti u effettiv għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. In-negozji huma kruċjali f’pajjizna. Il-proċess ġudizzjarju għandu effett fuq l-effiċjenza tan-negozju f’Malta b'mod ġenerali. Il-Gvern jirrikonoxxi li din l-isfida li ġiet enfasizzata wkoll fir-rapporti varji inklużi il- Commission Staff Working Document on Investment Challenges, Country Specific Recommendations tal-Kummissjoni Ewropea, l-EU Justice Scoreboard, il- European Semester Country Report, u l- World Bank survey. F'dan il-kuntest, il-Ministeru għall-Ġustizzja flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, inkarigaw tim ta' esperti fil-qasam biex joħroġ b’leġiżlazzjoni aktar effiċjenti għall-insolvenza. Dettalji jingħataw fil-ġimghat li ġejjin. Il-websajt www.justiceservices.gov.mt toffri ġabra tal-leġiżlazzjonijiet kollha kif ukoll sentenzi tal-Qrati tagħna u l-istatistika tal-Qrati. Il-Gvern huwa ntiż li jtejjeb dan is-sit għal bosta raġunijiet. L-ewwelnett, mill-ewwel kwart tas-sena d-dieħla l-intranet fil-websajt stess ser isservi bħala pjattaforma għall-hekk imsejjaħ Proġett eFees. Dan il-proġett għandu l-għan li jipprovdi lill-impjegati tal-Qorti l-faċilità li jistampa kont preċiż tat-taxxa dovuta għal kull każ ċivili li tkun aġġornata awtomatikament. Dan se jitħaffi l-proċeduri minħabba li l-komputazzjoni tal-taxxi bħalissa qed isir manwalment għal kull każ ċivili. It-tieni nett, il-proġett eFees se jiġu mtejjeb billi tagħti l-faċilità lill-pubbliku ġenerali biex tara l-ispejjeż online u jkun possibli li jkun hemm online payment. It-tielet nett, se jkun hemm il-faċilità li atti ġudizzjarji jiġu ppreżentati elettronikament u ħlasijiet inklużi dawk relatati jitħallsu online. Matul l-2016 se ntejbu u nirriformaw għall-ahjar id-dritt tal-avukat waqt l-arrest u se nkomplu nkabbru l-proġett pilota fejn il-prosekuzzjonijiet jitmexxew minn avukat u mhux minn membru tal-Korp tal-Pulizija, li ħafna drabi jkun hu stess li jkun investiga r-reat. Fil-kamp kummerċjali se nagħtu prijorità lil żewġ oqsma li fis-settur legali fl-aħħar ġenerazzjonijiet ta’ snin waqgħu lura. B’hekk se nagħtu prijorità lill-qasam tal-insolvenza. Lejn l-aħħar tal-2015 inħoloq kumitat interministerjali ta’ esperti fil-qasam kummerċjali. Dan il-working group kellu l-kompitu li jfassal abbozz ta' liġi mmirat biex jiffaċillita’ u jimmodernizza l-proċeduri ta' insolvenza. L-effiċjenza u l-modernizzazzjoni ta' dan il-qasam huwa kruċjali għall-ekonomija ta' kull pajjiż u Malta mhix eċċezzjoni. Ser inkomplu ngħatu aktar riżorsi umani lill-qrati tagħna, mhux b'iktar assenjazzjoni ta' Court Attorneys ma' kull Imħallef fiċ-Ċivil. Dawn l-avukati diġà ġew magħżula mill-Imħallfin infushom u ser jassistu l-Imħallfin fir-riċerka u fl-abbozzar ta' sentenzi. Fl-istess ħin ser jitjiebu l-programmi ta' taħriġ għall-imħallfin u staff tal-qorti bl-assistenza tal-fondi Ewropej. Id-Dipartiment tal-Ġustizzja ser jkompli jaħdem biex jitjieb is-servizzi tal-Għajnuna Legali bl-għan li aktar nies fil-bżonn jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan is-servizz. Aħna nemmnu li dan il-programm ta' implimentazzjoni stabbli u konsistenti ta' miżuri mmirati li jirriformaw is-sistema ġudizzjarja qed iwassal għall-bidla li pajjiżna u l-ekonomija tagħna teħtieġ.

Qrati — Court Attorneys

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’funzjoni qed jaqdu l-Court Attorneys? X’riżultati qed jagħtu?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-funzjoni tal-Court Attorneys hija li jassisti lill-Ġudikant fl-abbozzar ta’ sentenzi u digrieti u billi jipprepara rapporti dwar il-fatti u l-punti ta’ liġi f’kawżi pendenti. Il-Court Attorneys ma ngħazlux mill-Gvern iżda mill-Ġudikatura. Huma assenjati ma’ Ġudikant jew anke aktar minn Ġudikant wieħed, skont il-ħtieġa. Il-mira hi li kull Court Attorney iħejji medja ta’ tlett abbozzi fil-ġimgħa. Għadu kmieni sabiex wieħed ikun jista’ jagħmel apprezzament tar-riżultati miksuba għaliex il-kuntratti relevanti saru f’ Novembru u Diċembru tas-sena li għadha kif ntemmet. B’danakollu fiż-żmien qasir li ilha taħdem is-sistema ġdida ġia ġew abbozzati 239-il sentenza, uħud minnhom f’każijiet li ilhom għas-sentenza għal żmien twil. Naturalment dawn l-abbozzi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-Ġudikant konċernat li jista’ jaqbel mal-abbozz, jemendah jew addirittura jibdlu għal kollox, għaliex is-sentenza tibqa’ dejjem tal-Qorti u ma hi qatt tal-Court Attorney. Bħalissa hemm 13-il Court Attorney assenjati mal-Ġudikanti li joperaw fil-kamp Ċivili.

Qrati — Appelli Superjuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għandu ppjanat il-Gvern biex isolvi d-dewmien fl-Appelli Superjuri?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onorevoli Membru, il-Gvern huwa preokkupat bis-sitwazzjoni li wiret u li ilha takkumula għal ħafna snin dwar id-dewmien fis-smiegħ tal-kawżi li ma jkunux ta’ natura illi bil-liġi s-smiegħ tagħhom ikun irid jingħata preċedenza, fil-Qorti tal-Appell. Il-Gvern japprezza illi l-Qorti tal-Appell hija xi ftit differenti minn qrati oħra billi l-ammont ta’ kawżi li jidħlu f’ dik il-Qorti ma huwiex soġġett għal xi sistema ta’ tqassim ta’ kawżi bejn diversi qrati, bħal ma hu l-każ dwar il-Qrati tal-Ewwel Istanza, iżda jiddependi unikament minn kemm jinqatgħu kawżi fil-Qrati tal-Ewwel Istanza u minn kemm jidħlu appelli minn dawk il-kawżi. Għalhekk hemm periklu ċar illi s-suċċess milħuq biż-żieda fin-numru ta’ kawzi deċiżi mill-Qrati tal-Ewwel Istanza iwassal għal aktar dewmien fil-Qorti tal-Appell jekk ma jittieħdux il-passi meħtieġa biex dan ma jitħalliex iseħħ. Il-Gvern għalhekk qed jieħu u se jkompli jieħu numru ta’ miżuri biex titjieb ir-rata ta’ qtugħ ta’ kawżi fil-Qorti tal-Appell u biex ħadd ma jitħalla jgawdi minn appelli frivoli magħmula sempliċement biex jeħlu fil-massa u biex jintrebaħ iż-żmien. Fl-abbozz ta’ Liġi numru 124 hemm diversi dispozizzjonijiet li għandhom iwasslu biex jithaffef il-proċess fil-Qorti tal-Appell. Fost dawn insibu mi¿uri li jagħtu l-fakolta lil dik il-Qorti biex tagħmel korrezzjonijiet meħtieġa fl-atti biex ħadd ma jitħalla jtawwal il-kawzi abbażi biss ta’ formalitajiet u teknikalitajiet, miżuri li jdaħħlu proċess aċċellerat biex jinqatgħu l-appelli frivoli, miżuri dwar l-obbligu li wieħed jiddepożita l-garanziji meħtieġa mil-liġi fi żmien iqsar, u miżuri li jħallu lill-partijiet f’ kawżi quddiem Qrati fi grad ta’ appell il-fakolta’ li, bi ftehim bejniethom, jawtorizzaw lill-Qorti tgħaddi għas-sentenza fuq l-atti u mingħajr trattazzjoni orali.

Clearance Rate u Disposition Time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjega tal-Clearance Rate u d-Disposition Time ta’ kull Qorti, sena b’sena, bejn l-2012 u l-2015?

Response (BONNICI, OWEN)

Qrati Ċivili In-numru ta’ każijiet pendenti quddiem il-qrati ċivili matul 2015 niżel bi 11% meta mqabbel mal- 2012. Il-Qrati Ċivili kellhom 10,274 każijiet pendenti fl-2015 meta mqabbel mal-11,533 każ fl-2012. Hekk kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Pending cases – All Civil Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Constitutional Court 50 63 45 54 47 Qorti Tal-Appelli Civili (Superjuri) 771 990 1188 1272 1341 Qorti Tal-Appelli Civili (Inferjuri) 313 526 608 673 627 Qorti Civili Prim' Awla 5431 5097 4780 4662 4437 Qorti Civili tal-Familja 1229 1338 1235 1327 1208 Qorti tal-Magistrati (Sede Civili) 1229 1151 1115 1121 1062 Tribunal Ta' Revizjoni Amministrattiva 351 557 753 683 418 Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar 1216 1052 1046 820 516 Bord Ta' Arbitragg Dwar Artijiet 208 184 135 128 117 Bord dwar il-Kontoll tal-Kiri tar-Raba' 123 114 94 91 78 Bord li Jirregola l-Kera 487 461 456 409 423 TOTAL 11408 11533 11455 11240 10274 Id-disposition time - li huwa l-average tan-numru ta’ ġranet li hemm bzonn sabiex kawża tiġi konkluża - niżel għal 668 jum minn 777 jiem fl-2012. Hekk kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Disposition Time - All Civil Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Constitutional Court 332 451 257 394 301 Qorti Tal-Appelli Civili (Superjuri) 1192 1635 1674 1286 1539 Qorti Tal-Appelli Civili (Inferjuri) 705 711 917 841 545 Qorti Civili Prim' Awla 1034 926 879 947 875 Qorti Civili tal-Familja 791 525 576 677 528 Qorti tal-Magistrati (Sede Civili) 835 765 908 958 843 Tribunal Ta' Revizjoni Amministrattiva 1755 1463 2036 1408 495 Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar 345 377 445 284 156 Bord Ta' Arbitragg Dwar Artijiet 2373 1119 835 1797 1857 Bord dwar il-Kontoll tal-Kiri tar-Raba' 2245 1435 837 3020 1139 Bord li Jirregola l-Kera 1434 1202 1206 1030 1443 AVERAGE of all DTs 1186 964 961 1149 884 DT computed on the Total of all Pending and Resolved cases 831 777 834 812 668 Il-clearance rate – hi hija r-rata ta’ kemm inqatgħu każijiet meta kkumparat man-numru ta’ każijiet li ġew introdotti fil-Qrati – żdiedet minn 99% fl-2012 (li jindika li kienu qedgħin jinqatgħu inqas każijiet milli bdew deħlin b’riżultat li jiżdied il-backlog u kawzi pendenti) għal 112% fl-2015. Dan ifisser li l-Qrati Ċivili issa mhux talli bdew ilaħqu mal-ammont ta’ kawzi introdotti imma bdew ukoll jaqtghu mill-kawzi li kienu pendenti. Statistika fuq il-clearance rate tidher fit-tabella t’hawn taħt: Clearance Rate - All Civil Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Constitutional Court 120 80 139 85 110 Qorti Tal-Appelli Civili (Superjuri) 66 50 57 80 80 Qorti Tal-Appelli Civili (Inferjuri) 51 56 74 82 112 Qorti Civili Prim' Awla 104 113 115 103 106 Qorti Civili tal-Familja 116 109 106 89 106 Qorti tal-Magistrati (Sede Civili) 118 115 102 90 104 Tribunal Ta' Revizjoni Amministrattiva 25 40 40 149 411 Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar 120 117 100 123 123 Bord Ta' Arbitragg Dwar Artijiet 103 167 536 137 115 Bord dwar il-Kontoll tal-Kiri tar-Raba' 125 145 205 157 167 Bord li Jirregola l-Kera 89 122 103 139 81 AVERAGE of all CRs 94 101 143 112 138 CR computed on the Total of all Incoming and Resolved cases 99 99 98 101 112 Qrati Kriminali Il-Qorti tal-Maġistrati tisma’ 95% tal-każijiet kollha fil-qasam kriminali. Din il-Qorti qatgħet iktar każijiet min-numru ta' każijiet li daħlu għat-tieni darba fl-aħħar tliet snin bi clearance rate ta’ 101%. Ħarsa ġenerali, meta tieħu allura l-każijiet kollha u mhux 95% biss, turi li l-Qrati Kriminali komplessivament jaqtghu ammont ugwali jew aktar każijiet għan-numru ta' każijiet li daħlu għat-tieni darba fl-aħħar tliet snin. Il-Qrati Kriminali kellhom 14,887 każijiet pendenti fl-2015 meta mqabbel mal-15,117 każ fl-2012. Hekk kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Pending cases – All Criminal Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Superior Criminal Court of Appeal 52 61 54 38 26 Inferior Criminal Court of Appeal 606 822 874 995 1,214 Criminal Court 94 75 82 81 79 Magistrates' Court 14064 14159 13274 13,538 13,568 TOTAL 14816 15117 14284 14652 14887 Id-disposition time żdied parzjalment minn 303 ġurnata fl-2012 għal 359 fl-2015. Dan ifisser li hemm bżonn iktar xogħol x’isir fuq din il-parti tal-amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Disposition Time - All Criminal Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Superior Criminal Court of Appeal 1265 1237 704 462 633 Inferior Criminal Court of Appeal 623 761 638 851 1277 Criminal Court 624 608 1069 1285 1518 Magistrates' Court 294 291 279 305 335 AVERAGE of all DTs 702 724 673 726 941 DT computed on the Total of all Pending and Resolved cases 303 303 291 321 359 Inżid ngħid li fejn jidħol il-5 fil-mija tax-xogħol l-ieħor tas-settur penali, l-Qorti tal-Appell Superjuri irreġistrat titjieb konsiderevoli fil-clearance rate - minn 67% fl-2012 għal 500% fl-2015. Il- Qorti tal-Appell Inferjuri kellhom riżultati inqas sodisfaċenti minħabba l-fatt li naqsu zewg ġudikanti fl-aħħar xhur u għad li l-vakanzi taghhom ġew mimlija, dan il-bdil jaffettwa r-rendiment. Huwa mistenni li jkun hemm iktar titjib fis-sena 2016. Clearance Rate - All Criminal Courts 2011 2012 2013 2014 2015 Superior Criminal Court of Appeal 42 67 133 214 500 Inferior Criminal Court of Appeal 66 65 91 78 61 Criminal Court 196 167 78 105 112 Magistrates' Court 98 99 106 99 101 AVERAGE of all CRs 100 99 102 124 193 CR computed on the Total of all Incoming and Resolved cases 97 98 106 98 100 Il-Gvern huwa kommess li jtejjeb l-amministrazzjoni tal-Ġustizzja sija fil-kamp Ċivili u sija fil-kamp Kriminali għaliex il-poplu jixraqlu sistema effiċjenti ta’ Amministrazzjoni ta’ Ġustizzja.