Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-performance tal-uffiċċju tal-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu fi New York fl-Istati Uniti, minn meta twaqqaf ‘il hawn u x’unuri rebaħ dan l-uffiċċju?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-attivita’ tal-Awtorità Maltija għat-Turizmu fl-Istati Uniti reġġħet bdiet fl-2014 wara assenza ta’ izjed minn 10 snin meta ġiet appuntata rappre¿entata bbazata fi New York. L-ewwel impenn għall-MTA kien li terġa’ tintroduċi il-Gzejjer Maltin lill-operaturi turistiċi u aġenti tal-ivjaġġar fl-Istati Uniti u l-Kanada. Sabiex tagħmel dan l-MTA nediet programm estensiv ta’ informazzjoni u promozzjoni permezz ta’ Online Travel Agents Training Academy, parteċipazzjoni f’fieri u workshops tat-Turizmu, reklamar immirat għall-operaturi turistiċi kif ukoll sensiela ta’ sales visits lil mijiet ta’ agenti tal-ivjaġġar u operaturi turistiċi.
Din il-ħidma ġiet rikonoxxuta mill-operaturi turistiċi Amerikani u fil-fatt fl-ewwel ġimgħa ta’ din is-sena Malta ġiet ippremjata bi tlett awards tal-fidda waqt is-serata prestiġjuza tat-Travvy Awards organizzata minn TravelAllianceMedia. Malta ġiet ippremjata fil-kategoriji Best Luxury Destination Europe, Best Luxury Destination Overall u Most Innovative Tourism Executive Europe.
Sa Novembru 2015 ġiet reġistrata zieda ta’ 16.8% fl-iljieli mill-Istati Uniti u zieda ta’ 16.7% fin-nefqa totali.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kif marret l-industrija tal-cruise liners għas-sena 2015 meta mqabbla mal-aħjar sena li qatt kellna fis-settur li kienet is-sena 2012?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar ċifri imħabbra mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, fl-2015 daħlu Malta 307 cruiseliner fejn dawn ġarrew total ta’ 670,244 passiġġier. Din l-istatistika tirrifletti l-ammont totali ta’ passenger movements jigifieri passiġġieri embarked, transit u landed f’pajjizna. Fl-2012 it-total ta’ passiġġieri bl-istess kejl kien ta’ 608,786. Dan ifisser zieda ta 10.1% fuq l-2012.
Jekk wieħed jelimina n-numru ta’ passiggieri embarked, jigifieri dawk li rikbu il-cruise minn pajjizna u reġgħu rritornaw lura pajji¿na fl-aħħar tal-ġita, it-total ta’ passiġġieri għall-2015 kien ta’ 600,156 filwaqt li fl-2012 dan kien 562,812 li jfisser zieda ta’ 6.6% fuq l-aħjar sena li qatt kellna qabel.
Aktar minn hekk, skond l-istess sors mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, il-passiġġieri fuq cruiseliners li waqfu Għawdex is-sena li għaddiet ammontaw għal 9,868. Fl-2012 dan l-ammont kien ta’ 3,544 passiġġier.
B’hekk jirriżulta li meta nqabblu l-2015 ma l-2012, il-passiġġieri fuq cruiseliners li waqqfu Għawdex kwazi ttripla.
B’dawn iċ-ċifri rekord issuperajna ċ-ċifri reġistrati fl-2012, sena li kienet meqjusa bħala waħda eċċezzjonali għas-settur tal-cruiselining f’Malta u Ghawdex.
Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti minn dawk li attendew għall-klassijiet ta' reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC li qagħdu għall-eżamijiet ta' Settembru 2015? Kemm minn dawn l-istudenti għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom, suġġett b’suġġett ?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li minn 1085 student li applikaw biex isegwu l-klassijiet ta’ reviżjoni b’xejn għaddew:
Malti: 133 minn 476
Ingliż: 207 minn 566
Matematika: 156 minn 490
Fiżika: 63 minn 489
Skema tal-Breakfast Club – tfal li qed jagħmlu użu mill-iskema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa u matul din is-sena skolastika kemm kien l-investiment fl-iskema tal-Breakfast Club u kemm huwa n-numru ta’ tfal li qed jagħmlu użu minn din l-iskema?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa finanzjarja mill-bidu tas-sena skolastika, Settembru 2015 sa issa kienet ta’ €122,885.24. Din in-nefqa kienet tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Club Coordinators, ħlasijiet lill-istaff li jieħdu ħsieb it-tfal waqt il-perjodu tas-servizz tal-Breakfast u xiri tal-affarijiet għall-Breakfast Club.
Skont statistika miġbura mill-iskejjel, minn Settembru sa Diċembru 2015 attendew 1,567 student kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid s’issa u matul dis-sena skolastika, kemm kien l-investiment fl-iskema taċ-childcare u kemm huma l-operaturi li qed jieħdu sehem fiha?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-nefqa fl-iskema taċ-childcare kienet:
- €5.2 Miljun għal perjodu minn April 2014 sa Diċembru 2014;
- €10.01 Miljun għal perjodu Jannar 2015 sa Diċembru 2015;
- €0.25 Miljun għaċ-
Childcare Information System
ġdida.
Fl-ewwel ta’ Jannar 2016 l-operaturi fl-iskema kienu 92 (April 2014: 69).
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-multi li kienu imposti fuq l-Enemalta fl-aħħar snin għar-rigward tal-użu tal-power station tal-Marsa? Meta daħlu fis-seħħ dawn il-multi u għaliex kienu imposti? Jista’ jgħid għal kuljum kemm kienet il-multa imposta fuq l-Enemalta u kemm huwa l-ammont totali tal-multi imposti fuq l-Enemalta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjon għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment li sar fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-2015 u tas-servizzi li bdew ikunu offruti fl-istess Ċentri tas-Saħħa fl-2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul s-sena li għaddiet iċ-Ċentri tas-Saħħa komplew jissaħħu billi ġew introdotti diversi servizzi ġodda fosthom: Shedule V Clinic, Cardiology outreach Clinic, Plaster Slabs, Fibromyalgia Clinic u Orthopaedic Clinic fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid:
Extension of Physiotherapy hours
, Shedule V Clinic,
Plaster Slabs
,
Orthopaedic Clinic
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira:
Anti Coagulant phlebotomy service
,
Shedule V Clinic
,
Digital Imaging and Extension of X-Ray service hours
u
Plaster Slabs
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta:
Extension of Physiotherapy hours
,
Shedule V Clinic
u
Gynae Minor Operations
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi:
Extension of Podiatry afternoon service
,
Shedule V Clinic
,
Digital Imaging and Extension of X-Ray service hours
u
Plaster Slabs
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara,
Extension of Physiotherapy hours
,
Shedule V Clinic
,
Cardiology Outreach Clinic
,
Chronic Disease Management Clinic
,
Extension of Health Centre Hours
u
Social Worker service
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat:
Shedule V Clinic
u
Chronic Disease Management Clinic
.
Fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Cospicua:
Anti Coagulant phlebotomy service
,
Shedule V Clinic
u
Social Worker service
.
Skema tal-First-Time Buyers – koppji li bbenefikaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-koppji li bbenefikaw mill-miżura tal-eżenzjoni mill-boll għall-first-time buyers fl-2014 u fl-2015 u kemm kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru tal-Finanzi.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli għalih nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u/jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Għalhekk, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-parti l-kbira l-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għal perjodu msemmi bejn l-2008 sa Marzu 2013 ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza uffiċjali tal-ex Ministru għar-Riżorsu u Affarijiet Rurali, bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kienu kif ġej:
Bejn Jannar 2008 u Ġunju 2009 – BMW 520 - li oriġinarjament kienet inxtrat fl- 1999.
Mit-30 ta’ Mejju 2009 sal-31 ta’ Ottubru 2009 – Mercedes E-Class - mikrija b’ €68.71 kuljum għal spiża ta’ €10,650.05
Mill-21 ta’ Ottubru 2009 sat-8 ta’ Marzu 2013 – BMW 520D - mikrija b’ €33.00 kuljum għal spiża ta’ €40,755.00
Dan ifisser li fil-perjodu msemmi intefqu €51,405.05 f’ kirjiet.
L-ispiża fuq il-fuel għall-karozza uffiċjali tal- Ministru bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-8 ta' Marzu 2013 kienet ta’ €19,808.00
F’dan il-perjodu ingħataw 17,037 litri ta’ fuel.
Kien hemm ukoll spiża ta' €290.19 (215 litri) f’ħames istanzi separati fl- 2011 u fl-2012 fi fuel għall-karozzi li ntużaw mill-Ministru minflok il-karozza uffiċjali.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — karozzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Tista’ tgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Tista’ tgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Tista’ tgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern nazzjonalista ma kellux ministeru tal-libertajiet ċivili, affarijiet tal-konsumatur u djalogu soċjali
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — karozzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 inxtrat karozza bill-mudell Citroen C5 għall valur ta’ € 29, 480.55. Ninfurmah li matul is-sena 2009 u is-sena 2011 saru żewġ kirjiet rispettivament, li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali. Il-kirja fix-xahar ta’ Novembru 2009 kienet tammonta għal € 80 filwaqt li l-kirja ta’ Lulju 2011 kienet tammonta € 1,416.
L-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet matul l-istess perjodu kienu mqassma kif ġej, filwaqt li L-ispiża totali għall-petrol kienet tammonta €11,441, qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra breakdown tal-fuel li ntuża.
2008 - € 3,443.95
2009 - € 3,236.18
2010 - €1,754.44
2011 – €2,084.01
2012 - €2,751.79
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-istudenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom u li qed jingħataw l-istipendju xorta matul din is-sena skolastika? X’se tkun in-nefqa għal din is-sena skolastika fuq din il-miżura, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istudenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom fil-livell post-sekondarju u terzjarju, u li ġew aċċettati bħala eliġibbli għall-istipendju għal din is-sena akkademika huma 935. Sad-data tat-tweġiba ta’ din il-mistoqsija meta ħarġu żewġ stipendji, in-nefqa fuq stipendji għal dawn l-istudenti kienet ta’ €147,658. Hemm ukoll studenti li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom u li huma wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari. Huwa stmat li n-nefqa f’għotjiet ta’ manteniment għall-istudenti li qed jirrepetu sena fil-kors ta’ studju tagħhom, matul din is-sena akkademika, tkun ta’ aktar minn €738,000.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’għajnuniet se jkunu qed igawdu minnhom dawk kollha li jħaddmu n-nies magħhom minn Fondi Ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li se jkun hemm żewġ skemi minn Fondi Ewropej li se jkunu qed jgħinu lil dawk li jħaddmu n-nies magħhom. Dawn huma l-iskema Investing in Skillskif ukoll l-iskema Access toEmployment. Huwa stmat li l-valur ta’ dawn l-iskemi se jkun jammonta għal madwar tmintax-il miljun ewro.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kif se jkun qed jibbenefika s-settur tal-Ambjent bis-saħħa tal-Fondi Ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-settur ta’ l-ambjent se jkun qed jibbenefika minn madwar 200 miljun ewro b’mod dirett taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kif se jkun qed jibbenefika s-settur tal-Edukazzjoni bis-saħħa tal-Fondi Ewropej?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-settur ta’ l-edukazzjoni huwa pjanat li se jibbenifika minn madwar 80 miljun Ewro b’mod dirett taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.
Fondi Ewropej – żgħażagħ lejn is-settur tal-biedja
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jispjega x’qed u x’se jkun qed isir bis-saħħa tal-Fondi Ewropej sabiex jiġu attirati bdiewa żgħażagħ lejn is-settur tal-biedja sabiex dan is-settur jibqa’ ħaj u miexi ‘l quddiem?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li fil-Programm għall-Iżvilupp Rurali 2014/2020 hemm miżura diretta li se tkun qed toffri għajnunja finanzjarja lil dawk iż-żgħażagħ eliġibli li jixtiequ jidħlu jaħdmu fis-settur tal-biedja. Barra minn hekk dawn iż-żgħażagħ jistgħu wkoll jirċievu għajnuna addizjonali minn miżuri oħrajn imniżżla fl-istess Programm, fosthom taħriġ jew anke għajnuna għall-investimenti li jkunu jixtiequ jagħmlu.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-ħsieb wara ċ-ċentri reġjonali ta’ servizz.gov? Kemm hemm ċentri li qed joperaw? Kemm huma s-servizzi offruti? Kemm kienu l-każijiet li ntlaqgħu s’issa? Liema huma l-oqsma li l-iktar li qed jintalab servizz dwarhom? X’inhu l-ħin tal-ftuħ ta’ dawn iċ-ċentri? X’inhuma l-pjanijiet għal matul l-2016?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Iċ-ċentri servizz.gov għandhom l-għan li jressqu s-servizzi iktar qrib iċ-ċittadini. F’din l-ewwel fazi infetħu 3 ċentri li qed joffru mal-250 servizz. Kemm ilhom miftuħa dawn ċ-ċentri daħlu mal-5 t’elef każ u l-iktar li qed jintalbu huma servizzi dwar ID management, sahha u servizzi soċjali. Il-ħinijiet li qed jiftħu dawn iċ-ċentri huma mit-Tnejn sal-Hamis bejn it-8.00am u s-1.00pm, il-Gimgħa bejn il-5.00 pm u s-7.30pm u s-Sibt bejn it-8.00am u s-1.00pm . Matul l-2016 hemm il-hsieb li jkunu amalgamati ma servizz.gov, servizzi bl-email u jinfetħu wkoll tlett ċentri ġodda.