Jista' l-Ministru jgħid fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, kemm tħallas għall-ġbir ta' skart imħallat għal kull ġabra fis-snin 2011 sal-aħħar tal-2015? Min aġġudika t-tender tal-ġbir tal-iskart li ħarġet fl-2012 u min ta l-parir lill-Kunsill Lokali biex jieħu tali deċiżjoni? Kemm mill-ħlasijiet saru waqt li ma kien hemm ebda kuntratt in vigore dwar l-istess ħaġa u għala tneħħew il-kontenituri ta' skart imħallat tar-ristoranti u tpoġġew ta' kuntratt wieħed u min qed iħallas il-kirja tagħhom? Kemm-il tunnellata żejda ta' skart imħallat qed jidħol il-Wasteserve iżjed mill-allokazzjoni fl-istess Kunsill Lokali Valletta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tirrikjedi ammont sostanzjali ta’ ħin biex tinġabar u għalhekk tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22660, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni preżenti tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ir-rizultati tar-rapport illi sar dwar is-sitwazzjoni prezenti tal-bini tal-Palazz ta’ Selmun, jindikaw illi dan il-wirt storiku jinsab fi stat strutturali tajjeb. Dan minkejja li taħt l-amministrazzjoni preċedenti, apparti li kwazi 60 ruħ tilfu l-impjieg tagħhom meta l-lukanda ta’ Selmun ingħalqet, dan il-Palazz tħalla mitluq u kull tentattiv sabiex tinbiegħ il-lukanda sfaxxa fix-xejn.
Dan il-Gvern, flimkien mal-kumpanija Air Malta ħadem qatiegħ sabiex iħares u jwettaq l-impenn tiegħu ħalli l-Palazz ta’ Selmun ikun punt ta’ referenza fit-tramuntana ta’ Malta u jkollu r-rilevanza li tixraqlu fis-settur turistiku ta’ pajjizna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti tax-xogħol, maqsuma bejn perjodu definit u indefinit, li ġew iffirmati mill-Ministru/Segretarju Permanenti fit-tliet xhur ta’ qabel id-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk il-persuni ġewx ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku jew le, il-pożizzjoni u l-grad, jekk kienx hemm sejħa għall-applikazzjoni u d-data tal-bidu tal-impjieg f’kull każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-persuni li ġew sekondati f’entitajiet bejn April 2012 u Marzu 2013 u f’kull każ jgħid f’liema entità, f’liema pożizzjoni u f’liema grad ingħata s-secondment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Voice of the Mediterranean — Managing Director – pakkett finanzjarju u perkeċċi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li kien jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sena b’sena, fi żmien li dam jokkupa l-kariga ta’ Managing Director tal-istazzjon Voice of the Mediterranean? Jista’ jagħti d-dati li matulhom l-istess persuna dam jokkupa l-kariga ta’ ambaxxatur? Jisa’ jgħid jekk kienx intgħażel wara sejħa pubblika?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji kollha tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li kien jirċievi l-individwu kkonċernat, sena b’sena, fi żmien li dam jokkupa l-kariga ta’ Managing Director tal-istazzjon Voice of the Mediterranean kienu:
Sena
Deskrizzjoni
(1 ta’ Lulju sa 31 ta’ Diċembru 2000)
Salarju fis-sena ta’ LM 6,278
bonuses
statutorji
Hospitality Allowance
annwali liema benefiċċju kien jiġi mħallas wara preżentazzjoni tal-irċevuti ta LM700 fis-sena
(1 ta Jannar 2001 sa 30 ta’ Ġunju 2003)
Salarju fis-sena ta’ LM9,000
bonuses
statutorji
Hospitality Allowance
liema benefiċċju kien jiġi mħallas wara preżentazzjoni tal-irċevuti ta’ LM 700 fis-sena
Karozza bi spejjeż kollha mħallsa u spejjeż ta’
fuel
mħallsa kull ġimgħa ta’ LM10
(1 ta’ Lulju 2003 sa 31 ta’ Diċembru 2003)
Salarju ekwivalenti għal Skala 4 tal-Iskali tas-Servizz Pubbliku LM9,950
bonuses
statutorji
Hospitality Allowance
ta’ LM700 fis-sena liema benefiċċju kien jitħallas wara preżentazzjoni tal-irċevuti
Karozza bl-ispejjeż kollha mħallsa u LM10
fuel
kull ġimgħa
Faċilitajiet ta’ telefon
2004
Terminal Benefits
u
Notice Money
ta’ LM4,209.70
Din il-persuna okkupat il-kariga ta’ Ambaxxatur mhux Residenti bejn l-14 t’April 2003 u 31 ta’ Marzu 2004. Huwa okkupa wkoll il-kariga ta’ Ambaxxatur Residenti bejn l-1 ta’ April 2004 sat-30 ta’ Settembru 2007.
Il-persuna ntagħżlet wara nomina mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin nhar is-27 ta’ Ġunju 2000 u għaldaqstant ma saret l-ebda sejħa pubblika.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – pakkett finanzjarju u perkeċċi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li kien jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sena b’sena, fi żmien li dam jokkupa l-kariga ta’ konsulent mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol? Jista’ jagħti d-dati li matulhom l-istess persuna dam jokkupa l-kariga ta’ ambaxxatur? Jista’ jgħid jekk kienx intgħażel wara sejħa pubblika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment tal-Operat li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant kien intitolat għal mhux aktar minn Lm3500 (c. €8,153) fis-sena u ma kienx intitolat għal perkaċċi oħra. L-ammonti (ekwivalenti għall-Ewro) li rċieva fi ħlas mill-Ministeru tal-Edukazzjoni bejn l-1999 u l-2003 kienu kif ġej:
1999 - €7,870.95
2000 - €6,522.43
2001 - €5,435.36
2002 - €6,522.43
2003 - €5,435.36
Total - €31,786.53
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-koppji li bbenefikaw mill-miżura tal-eżenzjoni mill-boll għall-first-time buyers fl-2014 u fl-2015 u kemm kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ kuntratti li bbenefikaw mill-mizura tal-ezenzjoni mill-boll ghall-first-time buyers fl-2014 kien ta’ 2935, li minnhom kien hemm 1039 kuntratt li sar minn koppji; fil-waqt li fl-2015 in-numru ta’ kuntratti li bbenefikaw kien ta’ 2905 li minn dawn kien hemm ukoll 1869 individwi li xtraw wahedhom fl-2014, u 1866 individwi li xtraw wahedhom fl-2015.
L-ispiza fuq din il-mizura matul dawn is-sentejn kienet ta’ 23.2 miljun Ewro
Malta Freeport Corporation – nefqa fuq printing u spedizzjoni ta’ materjal ipprintjat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa sena b’sena tal-Malta Freeport Corporation f’dak li għandu x’jaqsam ma’ printing u spedizzjoni ta’ materjal ipprinatjat mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid x’kienu dawn il-pubblikazzjonijiet, min ipprintjahom u kemm-il kopja saret ta’ kull pubblikazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li Malta Freeport Corporation Ltd ma għamlet l-ebda printing ta’ pubblikazzjonijiet mill-2008 sal-lum.
Eks Prim Ministru u Eks Presidenti – karozzi u xufiera
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk nisa ta’ eks Prim Ministri u ta’ eks Presidenti jikkwalifikawx biex il-Gvern jipprovidilhom karozza u xufier? Jekk fl-affermatti, jista’ jgħid f’liema żmien ittieħdet id-deċiżjoni f’dan ir-rigward u minn min? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid kemm huma l-persuni li llum qed jibbenefikaw minn dan il-provediment u min huma?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li f’Settembru 2010, il-Prim Ministru approva li romol ta’ eks Presidenti jikkwalifikaw li jkunu pprovduti :
b’karozza kollox imhallas u
b’servizz ta’ xufier.
Il-persuni li jibbenefikaw minn dan il-provediment huma:
Is-Sa Violet de Marco
Is-Sa Maria Tabone
Il-Gvern prezenti kompla b'din il-policy ghaliex ihoss li dan huwa turija ta' rispett lejn persuni li taw servizz lill-istat.
Segretarjat tal-Ministeru tal-Edukazzjoni — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22732 u jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu, bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012, kinux jinkrew jew ġewx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom, fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat fil-mistoqsija, is-Segretarju Parlamentari li kien jaqa' taħt il-Ministeru tal-Edukazzjoni kien jieħu allowance ta' €7,000 fis-sena minflok jagħmel użu tat-tieni karozza.
Segretarji Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kinux jinkrew jew ġew mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi l-Onorevoli Dr Chris Said, li kien Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika, u l-Onorevoli Dr Mario Demarco, Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kienu jieħdu allowance ta’ €7,000 fis-sena minflok it-tieni karozza.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi – użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kinux jinkrew jew ġew mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom, fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi, s-Segretarju Parlamentari li kien jaqa' taħt il-Ministeru għall-Finanzi ma kienx jagħmel użu mit-tieni karozza. Minflok kien għażel li jieħu allowance ta' €7,000 fis-sena.
Segretarjat tal-Ministeru tal-Edukazzjoni — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kinux jinkrew jew ġew mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom, fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Segretarji Parlamentari fil-Ministeru tal-Familja — użu tat-tieni karozza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tieni karozza li kienu jużaw is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu bejn it-12 ta’ Marzu 2008 u s-6 ta’ Jannar 2012 kinux jinkrew jew ġew mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienu dawn il-karozzi? F’każ li l-karozzi kienu mikrija, x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu? Kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozzi kienu nxtraw mill-Gvern u meta nxtraw? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq dawn l-istess karozzi matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok it-tieni karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel għat-tieni karozza li għamlu użu minnha s-Segretarji Parlamentari jew xi ħadd awtorizzat minnhom, fil-perjodu indikat, xahar b’xahar b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministeru li llum jaqa’ taħt ir-responsabbilità tiegħi, kienu jirċievu Car Cash Benefit ta’ € 7,000 fis-sena (€538.46 kull erba’ ġimgħat), fl-assenza tat-tieni karozza, bejn it-28 ta’ Marzu 2008 u t-28 ta’ Jannar 2011.
Kunsilli lokali – ftehim ta’ ġbir ta’ skart separat
Question
Jista’ l-Ministru jwiegeb mistoqsija 21914 u jgħid jekk hemmx kunsilli lokali li għamlu jew qegħdin fil-proċess li jagħmlu xi tip ta’ ftehim dwar il-ġbir tal-iskart separat ma’ xi kumpanija li mhijiex reġistrata bħala waste scheme operator? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu dawn il-kunsilli lokali u x’azzjoni ttieħdet jew se tittieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li tawni l-Kunsilli stess ebda Kunsill ma ddikjara li għamel jew qiegħed fil-proċess li jagħmel xi tip ta’ ftehim dwar il-ġbir tal-iskart separat ma’ xi kumpanija li mhijiex reġistrata bħala waste scheme operator.
Nerġa’ nenfasizza li din hija l-informazzjoni diretta li ġiet mill-kunsilli individwali.
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha tal-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra li kien jirċievi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sena b’sena, fi żmien li dam jokkupa l-kariga ta’ ambaxxatur? Jista’ jagħti d-dati li matulhom l-istess persuna dam jokkupa l-kariga ta’ ambaxxatur?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija kienet tokkupa l-kariga ta’ Ambaxxatur mhux residenti bejn l-1 ta’ April 2003 u t-30 ta’ Marzu 2004 u l-kariga ta’ Ambaxxatur residenti bejn l-1 ta’ April 2004 u t-30 ta’ Settembru 2007.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tabella hawn taħt :
2003
2004
2005
2006
2007
Onorarja
€3,444.99
€1,158.64
-
-
-
Global Emoluments
-
€41,945.96
€56,030.00
€56,030.00
€47,471.81
Representation Allowance
-
€2,441.38
€3,261.12
€3,261.12
€2,448.07
Transferimenti ta’ affetti personali, inkluża
insurance
-
€4,704.27
-
-
€5,926.00
Settling-in allowance
-
€8,484.99
-
-
-
Outfit Allowance
-
€941.20
-
-
-
Telefon
-
€4,861.21
€6,023.50
€6,509.22
€3,467.96
Vjaġġi
-
€587.00
€4,245.14
€3,191.96
€1,682.04
Bħal diplomatiċi oħra, il-persuna kienet intitolata wkoll għal rimbors ta’ 90% tal-ispejjeż mediċi tagħha u tal-familjari li akkumpanjawha barra minn Malta.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – użu ta’ karozza uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21693 u jgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru responsabbli minn dan il-qasam bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Jista’ jgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża xahar b’xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Jista’ jgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswija li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Jista’ jgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta' Jannar 2008 u sat-22 ta’ Lulju 2010, il-karozza uffiċjali tal-Ministru kienet tat-tip BMW. Din il-karozza kienet proprjetà tal-Gvern u kienet ġiet trasferita lil dan il-Ministeru mill-Ministeru tal-Familja u Politika Soċjali.
Infurmat li ma nstabu l-ebda spejjeż ta’ ħsarat u tiswijiet relatati ma’ din il-karozza għall-perjodu indikat fil-mistoqsija parlamentari.
Matul l-istess perjodu ntefqet is-somma ta’ €5,561.75 fi fjuwil, ekwivalenti għal 4,974.04 litru.
Mit-23 ta’ Lulju 2010 sas-7 ta’ Marzu 2013 kienet tinkera karozza tat-tip Mercedes E-Class Classic. Din kienet tinkera għall-prezz ta’ €34.52 kuljum (VAT inkluż), għas-somma totali ta’ €33,864.12 (VAT inkluża).
Matul l-istess perjodu ntefqet is-somma ta’ €4,215.09 fi fjuwil, ekwivalenti għal 3,215.85 litru.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni bid-dettalji tal-konsulenzi u xogħol legali ieħor li ngħata lill-individwu (jew il-kumpanija li jifforma parti minnha) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament lill-Air Malta bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena b’mod separat? Kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol? Liema minnhom ingħataw b’direct order? Liema minnhom ingħataw wara sejħa pubblika?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lill-individwu u/jew il-kumpanija li jifforma parti minnha, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tħallsu s-somma ta’ €5,823.00 fis-sena fuq retainer fiss bejn l-2000 u l-2010.
Fis-snin 2011 u 2012, saru tibdiliet fil-kuntratt u l-individwu u/jew il-kumpanija li jifforma parti minnha ngħataw is-somma ta’ €39,955.88 fuq tliet snin mill-2011 sal-2013.
Informazzjoni dettaljata sena b’sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni bid-dettalji tal-konsulenzi u xogħol legali ieħor li ngħata lill-individwu (jew il-kumpanija li jifforma parti minnha) li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament lill-Air Malta bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena b’mod separat? Kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol? Liema minnhom ingħataw b’direct order? Liema minnhom ingħataw wara sejħa pubblika?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-individwu u/jew il-kumpanija li jifforma parti minnha, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ingħataw b’total ta’ €226,185.21 bejn retainer fees u konsulenzi legali bejn l-2000 u l-2013. Il-konsulenzi ingħataw dirett peress li l-individwu u/jew il-kumpanija li jifforma parti minnha kien diga konsulent legali mal-Air Malta.
Informazzjoni dettaljata sena b’sena qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar l-influss f’Malta ta’ turisti mill-Istati Uniti tal-Amerika għas-snin 2014 u 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont l-aħħar ċifri mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, it-turisti mill-Istati Uniti fl-2014 kienu ta’ 22,402 filwaqt li fl-2015 kienu ta’ 26,073. Dan ifisser li fl-2015 kellna zieda ta’ 16.4% fuq l-2014. L-iljieli mqatta hawn Malta minn dawn it-turisti Amerikani ammontaw għal 178,434 lejl fl-2014 filwaqt li fl-2015 telgħu għal 208,041 lejl. Dan issarraf fi tkabbir ta’ 16.6% irreġistrat fl-2015 meta kkomparat mas-sena ta’ qabel.
L-infieq turistiku mħolli f’pajjiżna minn turisti Amerikani fl-2014 ammonta għal €28,560,000 filwaqt li fl-2015 ammontaw għal €33,417,000. Jiġifieri fl-2015 kellna ¿ieda ta’ 17% fi dħul ikkomparat ma dak reġistrat fl-2014. Dan it-tkabbir issarraf fi kważi €5 miljun aktar fi dħul dirett fl-ekonomija Maltija minn infieq mis-Suq Turistiku Amerikan meta mqabbel mal-2014.
Iz-zieda fl-infieq mis-Suq Turistiku Amerikan fl-2015 fuq l-2014 kien kwazi iddoppju taz-zieda rreġistrata fl-2014 fuq dik tal-2013. In-nefqa medja minn turisti Amerikani hija ‘l fuq minn 39 fil-mija tal-medja tat-turisti kollha li jigu Malta.
Fil-qasam tal-cruiselining, fl-2014 kellna 38,391 passiġġier Amerikan li zaru Malta filwaqt li fl-2015 dawn telgħu għall-40,178 passiġġier. Fl-2015 kellna tkabbir ta’ 4.7% fuq l-ammont reġistrat fl-2014. Fl-2015 il-passiġġieri Amerikani fuq il-cruisliners ammontaw għal 27.7% tal-passiġġieri li wasslu Malta minn barra l-Unjoni Ewropeja.
Skond l-aħħar stħarriġ ikkumissjonat u ppubblikat mill-Valletta Cruise Port insibu li fl-2014 il-passiġġieri Amerikani fuq il-Cruiseliners li ¿aru Malta kienu it-tieni l-aktar passiġġieri li nefqu flus f’pajjizna ras għal ras hekk kif huwa stmat skont dan l-istħarriġ li nefqu €58.71c kull passiġġier.