Tista’ l-Ministru tgħid x’inizjattivi ġodda ttieħdu min-naħa tal-Building Industry Consultative Council (BICC) mill-2013 sal-lum?
Response (DALLI, HELENA)
Kienu diversi l-inizjattivi li ħa l-BICC taħt it-tmexxija l-ġdida. Daħħal fis-seħħ il-kodiċi tal-bini imsejjħa eurocodes u kien hemm ukoll l-introduzzjoni tal-iskill cards fl-industrija tal-kostruzzjoni, nieda servizz ta’ website ġdida ecobuild.gov.mt dwar użu aħjar tal-enerġija. Ippublika diversi kotba u organizza konferenzi dwar diversi suġġetti. Saru diversi korsijiet edukattivi u ġiet imnedija website ġdida li għandha l-għan li tippromwovi l-użu ta’ prodotti u servizzi li jagħmlu l-bini aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru petizzjonijiet għall-kontravenzjonijiet mill-1 ta' Marzu 2013 sal-lum? Kemm saru online? Kemm intlaqgħu u kemm ma ġewx aċċettati?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament humiex reġistrati bħala resident agent taħt il-Merchant Shipping Act? Jista’ jikkonferma jekk il-kumpaniji msemmija jirrapreżentawx kumpaniji reġistrati l-Panama? Jista’ jsemmi dawn il-kumpaniji?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li waħda mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, hija appuntata bħala resident agent għall-fini tal-Att dwar il-Bastimenti Merkantili. L-Onor. Interpellant għandu wkoll ikun mgħarraf li l-istess kumpanija hija resident agent f’isem numru ta’ kumpaniji reġistrati ġewwa l-Panama, li l-ismijiet tagħhom ma jistax jingħata minħabba n-natura kummerċjali sensittiva tagħhom u l-impatt negattiv li dan jista’ jkollu fuq ir-Reġistru tal-bastimenti merkantili ta’ Malta.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn żewġ entitajiet, il-kumpanija msemmija ingħatat xogħol b’direct order għall-valur ta’ €365,528.86 (tlett mija, ħamsa u sittin elf, ħames mija, tmienja u għoxrin Ewro u sitta u tmenin ċenteżmu).
Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex u l- entita’ li taqga’ taħt id-dekasteru tiegħu, ma taw l-ebda xogħol ta’ konsulenza lill-kumpanija msemmija mill- 1999 sa Marzu 2013.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Tista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (BRINCAT, LEO)
L-Onor. Interpellant japprezza li l-Ministeru li tiegħu jien responsabbli nibet minn Ministeri oħra li kienu jħaddnu wkoll bosta sezzjonijiet u/jew entitajiet u dipartimenti li llum ma jiffurmawx parti minn dan il-Ministeru. Fil-fatt, fil-parti l-kbira tiegħu, il-Ministeru tiegħi twieled minn dak li qabel kien il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali (MRRA) li minnu twieled ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura (MTI) tal-lum. Għaldaqstant biex ma tingħatax informazzjoni doppja għall-perjodu ta’ bejn l-2008 u Marzu 2013, ir-risposta ser tingħata mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura fit-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari simili. Min-naħa l-oħra, ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti,ninsab infurmat li f’dak li jirrigwardja l-perjodu 1999-2007, il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija. Inżid, fl-aħħar nett, li bejn l-1999 u Marzu 2013, il-kumpanija Wasteserv Malta Ltd. ukoll ma tat l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għall-Finanzi – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija kkonċernata mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont informazzjoni miġbura, fil-perjodu imsemmi kien hemm entita’ waħda (l-Awtorita’ tad-Djar) li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi li tat direct order waħda ta’ €6,871.65 għal servizzi professjonali lil kumpanija ikkonċernata. Mhux magħruf kienux intalbu 3 stimi u lanqas jekk kienitx intalbet l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2000 ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament. Dan ix-xogħol ingħata b’direct order u l-ispiża kienet tammonta għal € 552, li kienu servizzi legali fuq ftehim bejn Tug Malta Ltd u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn l-1999 u Marzu tal-2013, ma ngħatax xogħol lil kumpanija GVTH Advocates.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mid-Direttorati/Entitajiet li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, il-kumpanija indikata separatament mill-Onor. Interpellant, fil-perjodu msemmi fil-mistoqsija, ngħatat dan ix-xogħol:
Ministeru tal-Edukazzjoni
Sena
x'kien ix-xogħol mogħti
kemm kienet l-ispiża
direct order/tender
2011
Reviżjoni tar-regolamenti tal-English Language Teaching Council għall-bord ta' moniteraġġ tal-EFL
€1,770.00
Direct order
MCAST
Sena
x'kien ix-xogħol mogħti
kemm kienet l-ispiża
direct order/tender
2008
Consultancy
€472
Direct order
Malta Racing Club
Sena
x'kien ix-xogħol mogħti
kemm kienet l-ispiża
direct order/tender
2001
Parir legali
€341.63
Direct order
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23428, jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni kollha li ħadu dawn il-konsulenzi u jagħti, b’mod separat, id-dettalji tal-ħlasijiet u l-perkaċċi kollha li ħadu dawn l-istess persuni, sena b’sena b’mod separat?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li d-ditta legali li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor Interpellant ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar.
Il-ħlasijiet li saru lil din id-ditta legali, sena b’sena mill-1999 sal-2013, u li kienu jammontaw għal €162,897.47 huma kif jidhru hawn taħt.
1999
9,643.61
2000
11,005.12
2001
13,551.18
2002
10,313.30
2003
10,118.80
2004
11,419.47
2005
13,871.30
2006
11,324.48
2007
10,323.20
2008
10,816.63
2009
10,478.93
2010
11,673.42
2011
11,700.98
2012
9,897.84
2013
6,759.21
Minn informazzjoni mogħtija lili mill-Awtorita tal-Ambjent u l-Ippjanar hemm dokumentazzjoni li turi li kienet saret sejha għall-applikazzjonijiet fl-1993, minn fejn jidher li joħrog l-għoti ta’ dan is servizz ta’ konsulenza.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (GRECH, LOUIS)
Ninsab infurmat li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija konċernata fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (VELLA, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru tiegħu ma ta l-ebda xogħol lill-kumpanija li qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari.
Ministeru għat-Turiżmu – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba dwar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija msemmija ngħatat xogħol għal servizz ta’ konsulenzi legali mill-Awtorità Marittima ta’ Malta hekk kif ġej:
Sena 2009 - €6,000
Sena 2007 - €3,158
Sena 2005 - €6,187
Sena 2004 - €4,557
Sena 2002 - € 396
Sena 2001 - €3,979
Sena 1999 - € 745
Ma nstabux records li jindikaw li dawn ix-xogħlijiet ngħataw wara sejħa pubblika.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20829 u jgħid kemm intefqu f’konsulenti fil-Ministeru tiegħu nkluż dipartimenti, entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. bejn l-2008 u Marzu 2013?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
L-informazzjoni b’rabta mal-MEPA ghada qed tingabar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.