Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Valletta — laqgħa

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta d-dokumenti kollha nkluż ir-rapport tal-accountant/awditur tal-laqgħa tal-Kunsill Valletta li saret fit-13 ta’ Frar 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub, skont kif provdut mill-kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Informat mill-istess Kunsill li dan kien l-uniku dokument preżentat fil-laqgħa.

Kunsill Lokali tal-Gżira – Manoel Island

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika meta u għaliex Manoel Island tneħħiet minn taħt il-ġurisdizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gżira?

Response (BONNICI, OWEN)

Manoel Island, tifforma parti mill-lista ta’ “toroq arterji u distributorji stabbiliti bil-Pjan ta’ Struttura, monumenti nazzjonali, parks jew ġonna nazzjonali, estates industrijali, portijiet, ajruporti u territorji oħra nazzjonali, stabbilimenti, bini u oġġetti oħra mniżżla fir-Raba’ Skeda li huma għal kollox esklużi mill-kompetenza ta’ Kunsilli Lokali” (Kap 363, Artikolu 33 (2)), bħal ma huma wkoll bosta parki u mkejjen oħrajn ta’ wirt nazzjonali. Manoel Island ilha imniżżla fir- Raba’ Skeda sa mill-bidu tal-iskeda msemmija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-mappa tal-lokalità tal-Gżira li tifforma parti mit-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Kunsilli Lokali, fejn l-istess Manoel Island tinsab fil-konfini tagħha.
Leg 12 PQ #32261 Sitting 499 2017-03-27 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpens tal-espropju – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-flus għall-art inkluża fil-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, konsistenti f'żewġ biċċiet art, humiex disponibbli biex bihom jitħallsu s-sidien għall-kumpens tal-esproprju?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji għaliex il-każ indikat ikopri 4 siti u jindika fuq pjanta għal- liema sit/siti jew isem is-sidien qed issir referrenza.
Leg 12 PQ #31743 Sitting 493 2017-03-13 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jippreżenta x’donazzjonijiet iddikjara l-Partit Nazzjonalista mal-Kummissjoni Elettorali mill-2004 sal-lum u jgħid mingħand min ġew dawn id-donazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat mill-Kummissjoni Elettorali li l-Partit Nazzjonalista, bħall-kumplament tal-partiti politiċi l-oħra li huma rreġistrati mal-Kummissjoni Elettorali, kien obbligat jirraporta d-donazzjonijiet riċevuti matul is-sena 2016, sal-1 ta’ Marzu, 2017. Dan skont Artikoli 38 u 39 tal-Att dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi (Kap. 544) li ġie fis-seħħ fl-01/01/2016. Il-Kummissjoni Elettorali tista’ tagħmel tali rapporti pubbliċi biss skont Artikolu 43 tal-istess Kapitlu.

Kunsill Valletta – laqgħat — dokumenti

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 31708, jista’ l-Ministru jgħid kif l-informazzjoni għadha qed tinġabar meta dawn huma dokumenti pubbliċi u li huma aċċessibbli?

Response (BONNICI, OWEN)

Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Fixed broadband — abbonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedu l-abbonati tal-fixed broadband f’pajjiżna bejn Settembru 2015 u Settembru 2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Skont figuri ppubblikati mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-għadd ta' abbonati tal-fixed broadband żdied bi ftit aktar minn 8,000 (b'5.1%) fi tnax-il xahar sal-aħħar ta' Settembru li għadda. In-numru ta' termini ta' infiltrazzjoni ta' dan is-servizz tela' minn 37.3% tal-popolazzjoni fl-aħħar ta' Settembru 2015 għall-38.9% fl-aħħar ta' Settembru li għadda. Dawn ix-xejriet pożittivi jkomplu jibnu fuq dak li ħdimna għalih matul l-aħħar snin. Tajjeb jingħadd li n-numru ta' abbonati bejn l-aħħar ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru li għadda żdied bi 32,452 f'termini assoluti. F'dik li hija infiltrazzjoni ta' fixed broadband f'Malta - abbażi ta' popolazzjoni mqabbla ma' dak li qiegħed jiġri fuq livell Ewropew - Malta qiegħda titjieb fil-klassifikazzjoni tal-medja Ewropea. L-infiltrazzjoni tal-fixed broadband reġistrata għal Malta fl-aħħar ta' Ġunju 2016 kienet ta' 38.%, ogħla mill-medja ta' 32.7% għall-Unjoni Ewropea.

Fixed broadband — konsum

Question

Jista’ l-Ministru jagħti stampa tax-xejriet fil-konsum ta’ fixed broadband għal dak li jirrigwarda high-speed, kif definit fl-eEurope 2020, jiġifieri 30 mbps jew ogħla?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Matul l-aħħar snin rajna xejriet pożittivi f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri ta' abbonamenti fixed broadband, li jagħtu faċilità ta' download speed ta' 30Mbps jew aktar. Illum, dawn it-tip ta' prodotti huma l-iktar popolari fis-suq, b'59.4% tal-abbonati għas-servizz li jagħmlu użu minnhom. Bejn Settembru 2015 u Settembru 2016, in-numru ta' abbonati li għandhom fixed broadband ta' download speed ta' 30Mbps jew aktar żdied bi ftit aktar minn 4,000; minn total ta' 96,096 għal madwar 100.360. Sinifikanti ukoll hija ż-żieda li rajna fit-teħid ta' prodotti fixed broadband li jifilħu download speed ta' 100Mbps jew aktar. Hawnhekk, in-numru ta' abbonati ttripla u f'termini assoluti, in-numru żdied minn 2,213 fl-aħħar ta' Settembru 2015 għall-7,252, fl-aħħar ta' Settembru li għadda. Dawn ix-xejriet pożittivi qegħdin ikunu riflessi ukoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-klassifikazzjoni ta' Malta fil-kuntest tal-Aġenda Diġital 2020. Il-perċentwali ta' abbonati Maltin b'konnessjoni ta' fixed broadband ta' download speed ta' 30Mbps jew aktar kien irraġurtat 59.4% fl-aħħar ta' Ġunju 2016, ogħla mill-medja ta' 36.9% għall-Unjoni Ewropea. Huwa mistenni li fix-xhur li ġejjin inkomplu naraw titjib ukoll f'dak li hu perċentwali ta' abbonamenti f'Malta li jifilħu download speed ta' 100Mbps jew aktar, anke meta mqabbel mal-medja tal-Unjoni Ewropea.

Telefonija mowbajl — abbonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ abbonati tat-telefonija mowbajl f’pajjiżna fl-aħħar ta’ Settembru li għadda u jekk dawn żdiedux meta mqabbel man-numru ta’ abbonati reġistrati fl-aħħar ta’ Settembru 2015? Jekk kien hemm żieda, xi tfisser din f’termini ta’ infiltrazzjoni (penetration rate)?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Skont figuri ppubblikati mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-għadd ta' abbonati tat-telefonija mowbajl, żdied b'madwar 18,533 (bi 3.3%) fi 12-il xahar sal-aħħar ta' Settembru li għadda. F'termini ta' infiltrazzjoni ta' dan is-servizz abbażi ta' popolazzjoni, il-perċentwal żdied minn 131.1% tal-popolazzjoni fl-aħħar ta' Settembru 2015 għal 133.9% fl-aħħar ta' Settembru li għadda. Dawn ix-xejriet pożittivi jkomplu jibnu fuq dak li seħħ fis-suq tul l-aħħar ħames snin fejn, f'termini assoluti, in-numru ta' abbonati tat-telefonija tal-mowbajl bejn l-aħħar ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru li għadda żdied bi kważi 45,000.

Rwol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-irwol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Meta beda l-impjieg tiegħu u f'liema skala jinsab u jekk kenitx saret sejħa pubblika għal dak il-post?

Response (VELLA, GEORGE)

L-uffiċċjal li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għandu rwol ta' First Secretary, li hu ekwivalenti għal skala 9 fis-Servizz Pubbliku. L-impjieg tiegħu beda fl-1 ta' Marzu 2012, fir-rwol ta' Second Secretary wara sejħa pubblika li saret fil-5 ta' April 2011.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — interns

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm interns mal-Ministeru tiegħu? Kif intgħażlu? Kemm jaħdmu u kemm jitħallsu? X’durata għandu l-kuntratt tagħhom?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 12 il-intern jaħdmu mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Dawn ġew ingaġġati wara outreach fl-Università ta’ Malta fejn l-istudenti tal-aħħar sena ġew imħajjra jibgħatu s-CV tagħhom lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Uffiċċjali għolja mill-Ministeru kellhom laqgha ma’ kull student individwali, u minn fosthom intgħażlu l-aħjar 18-il student. Minnhom s’issa irriżenjaw sitta minħabba li sabu xogħol full-time jew għażlu li jkomplu l-istudji tagħhom. Huma marbutin li jaħdmu 20 siegħa fil-gimgħa u jitħallsu r-rata ta’ €5.77 fis-siegħa. Il-ħlas tagħhom ma jistax jeċċedi l-ammont ta’ €6,000 bħala total matul il-kuntratt tagħhom. Il-kuntratt jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2017.

Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan — Ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju - parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan se jadoperax l-istess proċedura tas-snin li għaddew għall-istabilimenti fil-bajja ta’ San Ġiljan fejn il-parkeġġ tat-Tigullio għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ San Patrizju, nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu jew jekk ingaġġax lil terzi biex jieħdu ħsieb l-organizzazzjoni? Jista’ jgħid jekk inħarġitx sejħa għall-offerti għal dan l-ingaġġ jew jekk ingħatatx direct order kontra l-proċeduri kollha u kontra l-liġi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

MCA – ħlasijiet tal-operaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) minn ħlasijiet li għamlu l-operaturi kull sena mill-2013 sal-2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

It-tabella t’hawn taħt tindika d-dħul ta’ kull sena mill-2013 sal-2016 li l-MCA rċeviet mingħand l-operaturi: Sena€ 20132,737,438 20142,803,872 20152,624,426 20162,863,752

Inizjattiva WiFi4EU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir f’Malta fir-rigward tal-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala WiFi4EU, sabiex tintroduċi l-WiFi b’xejn f’postijiet ewlenin fl-Ewropa?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Sa minn qabel ma l-Unjoni Ewropea proponiet din l-inizjattiva, l-għan tal-Gvern Malti kien li pajjiżna jkun fost l-ewwel Stati fl-Unjoni Ewropea fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess estensiv għall-Internet permezz ta’ WiFi b’xejn. Din il-mira ntlaħqet permezz tal-ħidma diretta tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (l-MCA),b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, sabiex i¿żid in-numru ta’ WiFi hotspots b’xejn madwar Malta u Għawdex. Sal-lum, l-MCA tħaddem aktar minn 300 hotspot. u Aktar minn 6000 persuna taċċessa l-Wifi b’xejn kuljum, u matul l-2016, kien hemm iktar minn 2 milljuni u nofs li għamlu użu minn dawn il-hotspots. Barraminnhekk, matul dawn l-aħħar tnax-il xahar ġew introdotti numru konsiderevoli ta’ WiFi hotspots ġodda madwar Malta u Għawdex; fuq il-vapur tal-Gozo Channel,fl-isptar Mater Dei u ġewwa numru ta’ Entitajiet pubbliċi. Dan jagħmel lil Malta wieħed mill-aktar stati konnessi ġewwa l-Ewropa. L-MCA għandha l-mandat li tkompli żżid il-firxa ta’ dawn il-hotspots u li ssaħħaħ il-kwalità tas-servizz. Il-mira hi li Malta tilħaq l-400 hotspot sal-aħħar ta’ din is-sena.

Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ impjegati fid-dekasteru tiegħu kull sena mill-2012 sal-2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie kkostitwit fid- 29 ta’ April 2016, allura ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni relatata ma numru totali ta’ impjegati fid-dekasteru tiegħi mid-data li gie kkostitwit il-Ministeru huma kif gej:- Dept/Entita Numru ta’ Impjegati Sena 2016 MITA 313 MCA 71 MMA 4 MGA 155 MALTA FREEPORT 83 MCDMS 37 GAMING MALTA 2

Malta Freeport Corporation Ltd – International Logistics Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Malta Freeport Corporation Ltd fl-International Logistics Hub li hemm ippjanat li ser isir f’Ħal Far?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Preżentement qed issir ħidma sabiex tiġi emmendata i-Liġi li tirregola il-Port Ħieles sabiex il-Malta Freeport Corporation Ltd, fost l-oħrajn, tkun responsabbli bhala regolatur tal-Free Zones kollha li jistgħu jiġu dikjarati f’Malta u f’Għawdex.

Freeport – falliment ta’ kumpanija — effett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’effett seta’ kellu l-falliment tal-linja Hanjin Shipping fuq l-operat tal-Freeport li kien iddikjarat fl-2016?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-effett fuq il-Kumpanija li topera il-Freeport, Malta Freeport Terminals Limited kien wieħed konsiderevoli iżda qed issir ħidma kontinwa sabiex ix-xogħol li ntilef jġi sostitwit adeġwatament

Malta Freeport – kontrolli fuq sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qegħdin isiru kontrolli fuq is-sigurtà fil-Malta Freeport?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Freeport huwa post sigur kif huwa rekwizit mill-ligijiet u obbligi lokali u internazzjonali li port irid li jkollu. Gewwa l-freeport tinzamm sigurta fuq diversi kriterji .Jittiehdu mizuri ta` sigurta fuq l-accessi kif ukoll inhaddnu permessi ikkontrollati tal-persuni jew crew biex ikunu jistghu jidhlu u johorgu, nwettqu kontroll fuq il-kontejners sabiex nizguraw illi jkunu mdahhla jew mahruga bil-permessi neccessarji , nghassu l-post b’kameras tas-sigurta kif ukoll nwettqu tfittxijiet fuq vetturi/trakkijiet (inkluz persuni) illi jkunu dehlin jew hergin. Il-post huwa wkoll mghammar b’portali ta’ qari ta radjazzjoni minhabba s-sahha pubblika u bi scanner tal-kontejners li huma taht il-kontroll tad-Dwana.

Talbiet għal Għajnuna Konsolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba saret lill-Ministeru tiegħu għal għajnuna konsolari bejn Lulju u Diċembru 2016?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju u Diċembru 2016 saru 29 talba lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal għajnuna konsolari li kienu ta' ċertu rilevanza. Barra minn hekk, il-Ministeru ta għajnuna f'każijiet ta' skadenzi ta' viżi u passaporti, legalizzazzjoni ta' dokumenti uffiċċjali, u tagħrif dwar is-sigurta' f'pajjiżi li fihom ikunu se jsiefru ċittadini Maltin. Matul il-perijodu msemmi, il-Ministeru rċieva ukoll medja ta' ħames talbiet fil-ġimgħa mill-Konsli Onorarji għal għajnuna konsolari oħra. Dawn kienu jvarjaw minn telf ta' passaporti, awtentikazzjoni ta' dokumenti u ħruġ ta' viżi għal informazzjoni oħra bħal, per eżempju, ta' x'wieħed ikollu bżonn biex jiżżewweġ f'Malta.