Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC — Produzzjoni ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' l-ilma, kemm kien l-ammont imħallas (billed) u kemm kien il-persentaġġ ta' unaccounted for water, sena b'sena, mit-twaqqif tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fl-1992?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

EIB — Tariffi tad-drenaġġ

Question

Billi Artiklu 6.09 tal-ftehim bejn id-Drainage Department fid-Dipartiment ta' l-Ambjent u l-European Investment Bank December 1995 jaħseb għal tariffi fuq id-drenaġġ, jista' l-Ministru jgħid kemm u kif mit-tariffi fuq l-ilma kif preżentati dan l-aħħar se jmorru għal dan l-iskop?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Artikolu 6.09 tal-ftehim ma jispeċifikax li jkun hemm tariffi fuq id-drenaġġ iżda li jkopru dan l-element. Infakkar li meta l-amminstrazzjoni preżenti introduċiet it-tariffi l-ġodda, li kien fihom roħs sustanzjali fuq dawk imposti mill-Gvern Laburista, l-għan ewlieni f'din ir-roħs kien l-aspett soċjali.

WSC/Enemalta — Dual tariff system

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Water Services Corporation tħallasx lill-Enemalta fuq il-bażi ta' dual tariff system skond kemm tuża enerġija matul il-ġurnata jew matul il-lejl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tħallas lill-Korproazzjoni Enemalta fuq bażi ta' dual system tassumi li l-impjanti jaħdmu l-istess bil-lejl u bin-nhar.

Power stations — Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kif hi mqassma d-domanda għall-enerġija mill-power stations, siegħa b'siegħa, matul il-ġurnata?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Anzjani — Każ ta' anzjani

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1982, meta tabib jinforma lil xi uffiċjal għoli ta' l-Isptar ta' San Vinċenz bħalma għamilt jien dwar il-każ ta' tibdil fiċ-ċirkostanzi ta' l-anzjana konċernata, jista' l-Ministru jgħid x'passi mbagħad ittieħdu, u x'passi ttieħdu f'dan il-każ partikolari? Interventi bħal dawn allura isiru għal xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li żgur ma jistgħux jiġu sodisfatti f'daqqa il-każi kollha li d-diversi tobba kemm il-darba jintervjenu mall-uffiċjali għolja ta' San Vinċenz de Paule dwar urġenza ta' ċerti każi biex jiġu ammessi fir-Residenza. 9.12.98
Leg 9 PQ #2261 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Permessi

Question

Jista' l-Ministru jara kif is-sid ta' fond li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament seta' jibni antiporta fuq il-bankina b'tali mod li jestakola l-passaġġ liberu ta' min jgħaddi minn hemm? Hemm permessi għal dan mill-Planning Authority?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat l-ilment imqajjem mill-Onorevoli Interpellant. Ġie kkonfermat illi kienet twaħħlet struttura ta` l-aluminium u ħġieġ quddiem il-bieb tal-post imsemmi, liema struttura qed tesporġi fuq il-bankina. Peress li ma jidhirx li qatt inħareġ permess għal dan it-tip ta` żvilupp, ser jiġi servut Stop and Enforcement Notice skond l-Att Nru. 1 ta` l-1992 dwar l-Ippjanar ta l-iżvilupp kontra s-sid preżenti. Il-każ ser jiġi riferut ukoll lill-Pulizija tad-Distrett sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa skond il-Kodiċi tal-Pulizija peress illi din l-istruttura qiegħda anke toħloq ostakolu għall-passaġġ liberu tal-pedestrians. 09.12.98 (a.m.)

Ilma — Impjanti tar-RO

Question

Jista' l -Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-produzzjoni ta' l-ilma mill-impjanti tar-reverse osmosis, kemm huwa msoffi matul il-ġurnata u kemm matul il-lejl?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Power station — Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ntuża l-impjant tal-combined cycle fil-Power Station ta' Delimara u jekk dan ġiex ikkummissjonat? Qed jintuża regolari? Hemm xi problemi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Enerġija alternattiva — Inċentivi

Question

Billi fl-estimi li għadhom kemm ġew ippreżentati ma ssemmew l-ebda inċentivi għall-użu ta' enerġija alternattiva, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan in-nuqqas jiġi rimedjat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-użu ta' enerġija alternattiva mhux eskluż mill-amministrazzjoni preżenti u kwalsiasi proposta għall-istess tkun kunsidrata.

Kumpannija Polymetrics

Question

Billi fl-1992 il-Gvern diġa' kellu parir biex ix-xogħol li kienet tagħmel il-Kumpannija Polymetrics jgħaddi għand kumpannija Maltija, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li dan ma sarx dak iż-żmien u kellu jkun gvern ieħor biex jagħmel dan aktar tard?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpannija Polymetrics — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders lill-Kumpannija Polymetrics Co. Ltd tul l-operat tagħhom hawn Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Spiża kapitali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża kapitali mill-Water Services Corporation: (a) għall-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa; u (b) għall-impjant tar-Reverse Osmosis ta' Pembroke?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif skond id-diskors tal-Budget il-petrol kellu jinbiegħ 32c u fil-fatt qed jinbiegħ 32c5?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-prezz tal-petrol huwa ta' 32c5 il-litru u mhux 32c. Infatti t-text tas-sezzjoni dwar is-sisa fuq il-petrol fid-diskors tal-Budget 1999 kien fih żball tipografiku. Dan l-iżball kien korrett permezz ta' stqarrija għall-istampa numru 2115 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fis-26 ta' Novembru 1998.

Enemalta — Pitrolju

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lill-Kamra dwar l-ammont ta' petrol bla ċomb li ntuża mill-1992 'il hawn sena b'sena? Jista' l-Ministru jagħti l-istess tagħrif dwar l-użu ta' petrol normali?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pajjiżi Ewropej kollha għandhom tariffi preferenzjali għall-petrol bla ċomb? Jista' l-Ministru jgħid kif dawn it-tariffi preferenzjali issa tneħħew f'Malta bħala riżultat tal-Budget 1998/99?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif intqal fid-diskors għall-Budget 1999, il-prezz tal-petrol bla ċomb għall-konsumatur ġie l-istess bħal dak tal-petrol normali, peress li nħossu li l-poplu huwa konxju biżżejjed tal-effett li l-għażla ta' tali tip ta' petrol għandha fuq l-ambjent.
Leg 9 PQ #2014 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga li jagħti tagħrif lill-Kamra dwar il-każ ta' pazjenta li isimha qed jintbagħat separatament, liema pazjenta hija omm ta' familja żgħira u li timxi fuq il-krozzi u li kellha tiġi operata f'daharha minn Dr Lehovski imma nqabżet biex jiġu operati każi anqas urġenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-kirurgu l-Profs. Jan Lehovski FRCS huwa espert fil-qasam ta' operazzjonijiet fuq l-ispina. Inġieb l-isptar San Luqa bejn it-23.11.98 u s-27.11.98. Waqt dawn il-ħamest'ijiem, huwa ra u eżamina 78 pazjent Malti u minnhom kien hemm 15 li kellhom bżonn intervent kirurġiku. Il-Professur Lehovski irnexxielu jagħmel 12-il operazzjoni, bosta minnhom ta' natura kumplikata u waħda jew tnejn li bħalhom qatt ma saru Malta. B'hekk il-pazjent Malti ġie moqdi bl-aqwa kura possibli u f'pajjiżu. L-istess professur kellu jagħżel liema operazzjonijiet kellhom jieħdu preċedenza. FFil-fehma esperta tiegħu, u b'deċiżjoni klinika u wara li ħa in kunsiderazzjoni ż-żmien għad-dispożizzjoni, huwa ddeċieda li l-każijiet maġġuri li saru kienu aktar urġenti mill-każ implikat f'din il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #2015 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Interim From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xufier — Trapjant tal-kliewi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' wieħed li ismu u l-ID Card number tiegħu qed jintbagħtu separatament li billi huwa każ ta' trapjant tal-kliewi kien ġie assenjat xogħol ta' driver biex ma jbatix fl-amministrazzjoni preċedenti, u issa reġgħuh lura jaħdem bix-xift D, N, R, u O bi tbatija kbira għal saħħtu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-post fejn taħdem il-persuna li għaliha qed jirreferi.
Leg 9 PQ #2145 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sant'Antnin — Impjant ta' riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1861 billi bi żvista saret lil Ministru ieħor u li tgħid hekk: Billi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1499 mhijiex kompluta, jista' l-Ministru jara li jirrispondi l-partijiet li ħalla barra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta ta' l-ewwel parti tal-mistoqsija hija kif diġa' mniżżla fir-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 1499 (Seduta 15). Rigward it-tieni parti, l-ilma kollu li joħroġ mill-impjant ta' Sant'Antnin jintuża mill-Agrikoltura u mill-Industrija. L-ilma jintrema biss meta dan ma jkunx ta' kwalita' tajba, f'każijiet rari, iżda ma jeżistux statistiċi dwar dan. Dwar it-tielet u r-raba' parti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel dawn il-mistoqsijiet lill-Ministru konċernat.

Enemalta — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mill-Korporazzjoni Enemalta mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm kien il-valur ta' kull tender f'kull każ? X'kienet ir-raġuni li saret direct order f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

WSC — Fittings/pajpijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-kuntratturi li pprovdew fittings u pajpijiet lill-Water Services Corporation f'dawn l-aħħar erba' snin, ċioe' mill-1994 'il hawn? Kemm kien il-valur ta' kull kuntratt f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.