Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mtarfa — Ftuħ ta' day centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kellux xi laqgħat mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u ta' l-Imdina dwar il-ftuħ ta' day centre fid-dar ta' l-anzjani fl-Imtarfa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-Segretarju Parlamentari f'dan il-Ministeru kellu laqgħat mall-Kunsill Lokali tar-Rabat u ta' l-Imdina. F'dawn il-laqgħat tkellmu wkoll dwar id-Day Centre ta' l-Imtarfa, li suppost kellu jinfetaħ fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti u baqa' ma nfetaħx. 15.12.98

Anzjani — Day centre f'Tas-Sliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-kumitat tat-tmexxija ta' l-anzjani fid-day centre ta' Tas-Sliema li kien twaqqaf b'inizjattiva tal-Gvern preċedenti? X'suġġerimenti qiegħed jagħmel għat-titjib fit-tmexxija tal-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2696 qegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem. 15.12.98

Ministeru għall-Politika Soċjali — Aġġustamenti fil-pjanijiet

Question

Billi dan l-aħħar intqal fil-Parlament mis-Segretarju Parlamentari f'dan il-ministeru li kien hemm xi aġġustamenti fil-pjanijiet ta' titjib li kienu ppjanati mill-Amministrazzjoni Laburista, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif kienu dawn il-pjanti oriġinali u kif ġew emendati issa? Min għamel jew kien involut fil-pjanijiet oriġinali u min kien involut fit-tibdil li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Risposta għal din id-domanda ma tistax tiġi kkunsidrata billi m'hemmx spjegat għal x'hiex qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant. 15.12.98

Imsida — Day centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-trattativi bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida dwar ftuh ta' day centre f'parti mid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida? Billi dawn it-trattativi kienu bdew u oriġinaw taħt Gvern Laburista, x'inhi l-policy issa tal-Gvern preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Billi ma kien hemm xejn definit dwar it-trattativi bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida dwar il-ftuħ ta' Day Centre f'parti mid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida, sar ftehim li dawn it-taħdidiet għandhom jitkomplew, iżda s'issa għadu m'hemm xejn deċiż. 14.12.98

Enemalta — Reversible meters

Question

Nirriferi għall-mistoqsija parlamentari numru 1970 fejn jidher li l-Ministru ma fehemx sew l-iskop tal-mistoqsija tiegħi. Hemmhekk kont qed nirreferi għal reversible meters, jiġifieri meters li jkejlu enerġija elettrika li tista' tgħaddi b'lura mid-djar minn PVs (photo voltaic systems) għal ġol-grid nazzjonali. Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux bħalissa fl-istores ta' l-Enemalta minn dawn il-meters?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-meters li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant, il-Korporazzjoni tafhome bħala 'Import/Esport Meters'. Jiena nfurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni ma għandhiex minn dawn it-tip ta' meters fl-istores tagħha, pero' diġa qed isiru investigazzjonijiet dwarhom, kemm tekniċi kif ukoll finanzjarji, biex jekk ikun meħtieġ jinxtraw numru minnhom.
Leg 9 PQ #2432 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Kerċem - Tiftix għaż-żejt

Question

Billi fil-media tħabbar li fl-aħħar laqgħa mal-Prim Ministru Taljan ġie diskuss it-tiftix għaż-żejt li qed isir f'Kerċem, jista' l-Prim Ministru jiżvela lil din il-Kamra l-materja li tqanqlet? X'inhu l-interess tal-Prim Ministru Taljan dwar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Diġa ddikjarajt fil-pubbliku li l-aħbar li fil-laqgħa mal- Prim Ministru Taljan issemiet b'xi mod it-tfittxija għaż- żejt hija biss invenzjoni ta' l-Orrizzont. Nikkonferma din id-dikjarazzjoni.

Impjanti tar-Reverse Osmosis — Polymetric Co. Ltd.

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1863 u ċioe' jista' l-Ministru jgħid kemm iffrankat flus il-Malta Desalination Services Ltd. lill-WSC mit-twaqqif tagħha taħt Gvern Laburista? Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżommu milli jirrispondi fil-ħin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb li nfakkar li l-KSI kellha minn ħafna qabel Settembru ta' l-1996 pjani biex tieħu kontroll dirett tat-tħaddim ta' l-impjanti tagħha ta' l-RO malli kien jispiċċa il-kuntratt eżistenti f'Diċembru ta' l-1996. Kienet bagħtet nies tagħha għat-taħriġ barra minn Malta u kellha kuntatti u arranġamenti li kien hemm bżonn mad-ditti li pprovdew l-apparat biex tkun żgurata mis-sapport tagħhom. Id-domanda dwar l-iffrankar ta' flus hija daqsxejn akkademika. Qatt ma ġie diskuss mill-KSI kuntratt ġdid ma' l-operaturi ta' dak iż-żmien u allura ma tistax tgħid kemm kien ikun il-ħlas għas-sena Ottubru 1996 -Settembru 1997. Żgur hu li ma kienx jkun aċċettat kuntratt bl-istess ħlas u struttura bħal ta' qablu għax dan kien, fost l-oħrajn jċaħħad il-KSI mill-benefiċċju li kisbet mill-programm tal-Leagkage COntrol. Iċ-ċirkustanzi mibdula kienu kollha favur li l-KSI tinnegozja termini ferm aħjar. Il-KSI ħallset lill-kumpanija MDS Lm1.5miljun għall-produzzjoni ta'22,250,666 metri kubi. Bir-rati ta' l-aħħar sena tal-kuntratt, l-operattiv kienu jitħallsu Lm3.03 miljun kubu kieku operaw huma.

WSC — Kwestjonijiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwestjonijiet hemm pendenti bejn il-WSC u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat, li bħalissa hemm erba' kwistjonijiet bejn il-Korporazzjoni għas-Serviżżi ta' l-ilma u l-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi. Dawn huma: 1. Protest Ġudiżżjarju dwar Triq il-Kbira. 2. Protest Ġudiżżjarju dwar Triq Spiteri Fremond u t-toroq ta' madwar. 3. Kawża Ċivili dwar diversi xogħolijiet ta' reinstatement ta' toroq fil-lokalita'. 4. Każ dwar bdil ta' serviżż ta' l-ilma fi Triq San Bartilmew.

WSC — Impjanti tar-Reverse Osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qegħda titkejjel l-effiċjenza fil-produzzjoni ta' l-ilma fl-Impjanti tar-Reverse Osmosis tal-WSC? Kemm hi l-effiċjenza hekk imkejla f'kull impjant li qed jaħdem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informażżjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Direct orders

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1881, billi fir-risposta ma ssemmietx ir-raġuni għaliex ingħataw direct orders, jista' l-Ministru, f'kull każ imsemmi, jagħti r-raġuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lil Onorevoli interpellant li t-tweġiba tinghata f'xi seduta oħra.

Charter tal-konsumatur

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1492, jien informat tajjeb li Gvern Laburista kien nieda charter tal-konsumatur fil-Maltacom. Billi jidher li l-Ministru għadu mhux konxju ta' dan skond it-tweġiba li ta, jista' l-Ministru jara fiex wasal dan iċ-charter, fiex jikkonsisti u x'qiegħed isir bħalissa? Jista' jinforma lill-Kamra dwar dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-mistoqsija parlamentari numru 1492, ma' għamel l-ebda referenza għall-Maltacom, u għalhekk mhux korrett li wieħed jgħid li "l-Ministru għadu mhux konxju ta' dan". Peress li issa l-Onorevoli Interpellant irrefera għall-Maltacom, ser inwieġeb il-mistoqsija fir-rigward ta' din l-entita'. Il-Manifest tal-Klijent ta' Maltacom plc daħal fis-seħħ fl-1997, fi żmien il-Korporazzjoni Telemalta. Dan kien ippubblikat fid-Direttorju tat-Telefon ta' l-1996 u rega' gie ppublikat fl-edizzjoni tad-direttorju ta' din is-sena. Meta klijent jagħmel talba skond dan il-manifest, din tigi nvestigata u jekk ikun il-każ, il-klijent jingħata l-kumpens li jipprovdi l-istess manifest. Biex il-klijenti tal-kumpanija jifhmu aħjar xi jkopri dan il-manifest, rappreżentant ta' Maltacom plc gie mistieden fuq programmi tar-radju u t-televiżjoni mid-Dipartiment tal-Konsumatur ħalli jispjegah u jwiegeb mistoqsijiet generali. S'issa saru intervisti fuq Radju Malta 2, RTK u Radju MAS u fuq Super One TV. Din il-kampanja ta' informazzjoni se tkompli s-sena d-dieħla.

WSC — Self

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm isselfet fondi l-WSC, minn liema sorsi u b'liema rata ta' interess?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Power Station — Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' fuel qed jintuża fil-Power Station ta' Delimara? Kemm hu l-kontenut ta' kubrit ta' dan il-fuel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Power Stations — Marsa/Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm turbini b'kollox fil-power station tal-Marsa u ta' Delimara? Kemm hi l-kapaċita' ta' ġenerazzjoni elettrika minn kull turbina?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Power stations — Enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm enerġija ġiet ġenerata mill-power stations mill-1998 sa llum, sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jalloġjaw l-anzjani li kienu fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana? Kemm qed iħallas il-Gvern għal kull wieħed kuljum? Saret xi call for tenders għal dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li diġa' ngħatat fuq l-istess suġġett - PQ. Nru. 2020. 12.12.98

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender saret din is-sena dwar xogħol fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders? Kemm kien il-valur antiċipat f'dawn it-tenders? Kemm u liema minnhom ġew deċiżi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2431 it-Tweġiba qiegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem. 12.12.98
Leg 9 PQ #2420 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

EIB — Ftehim mal-Gvern Malti

Question

Billi l-Gvern Malti f'Diċembru ta' l-1995 kien għamel ftehim mal-European Investment Bank biex jissellef ECU 15miljun, jista' l-Ministru jgħid kemm kien għamel użu minn dan is-self? Fiex wasal dan il-proġett li għalih sar il-ftehim?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li sa issa ma ġiet utilizzata l-ebda somma minn dan is-self u li għalhekk il-Gvern qiegħed jikkonsidra li jerġa' jiġi nnegozjat dan il-ftehim. Il-proġett huwa fil-fażi ta' formulazzjoni ta' proposti fit-Tramuntana ta' Malta u f'Għawdex biex l-istess proposti jkunu sottomessi għal studju ta' impatt ambjentali liema studju diġa' tlesta l-ewwel fażi biex jiġi sottomess lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.

Tigne' — Reverse osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm trains b'kollox fl-impjant tar-reverse osmosis ta' Tigne'? Kemm minn dawn qegħdin jaħdmu? X'se jsir minn dan l-impjant? Kemm kien ġie jiswa? Kemm hemm nies jaħdmu fih bħalissa u x'qed jagħmlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-impjant ta' Tigne kien jikkonsisti f'ħames trains u ilu wieqaf minn April 1996. Jiena nfurmat li dan l-impjant ser jitneħħa biex jagħmel wisa' għall-proġett ta' Tigne. Dan l-impjant kien ġie jiswa Lm3.2 miljuni u bħalissa hemm biss uffiċjali tas-sigurta' jagħmlu għassa miegħu.