Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11145 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tindif

Question

Billi jingħad li se ssir koperattiva li tieħu ħsieb it-tindif ta' l-isptarijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk inxtarax xi makkinarju jew apparat ieħor tat-tindif? Jekk iva, kemm intnefqu flus u jekk ħarġux tenders għal dan ix-xiri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif jaf l-Onorevoli membru, bħala espert tal-mediċina wasal iż-żmien li t-tindif fl-isptarijiet jibda jsir b'mod professjonali biex jitnaqqas ir-riskju ta' cross infection, u biex nassiguraw iġene adekwata għall-klijenti tagħna. Kif jaf l-Onorevoli membru, bħala espert tal-mediċina, fl-isptarijiet ma' tistax tnaddaf b'sistemi antikwati li jistgħu jxerrdu nfezzjonijiet u li għaldaqstant jipperikolaw is-saħħa tal-individwu. Għal dan il-għan il-Gvern, bħala parti mir-riforma fil-qasam tas-saħħa, qed jintroduċi pjan biex it-tindif fl-isptarijiet isir bl-aktar mod professjonali. Ngħarraf ukoll li biex naċċertaw li flus il-poplu jkunu qegħdin jintużaw bl-aktar mod effiċjenti ttieħdet deċiżjoni li l-kuntratt eżistenti tat-tindif ta' sezzjonijiet fl-Isptar San Luqa mogħti lill-privat jiġi fi tmiemu u s-servizz kollu jibda jingħata mill-ħaddiema ta' l-Isptar. Dan il-programm ta' tindif ser jiġi estiż għall-isptarijiet kollha tal-Gvern. Nifhem li din il-bidla radikali ser toħloq ċertu reżistenza, iżda wasal iż-żmien li kull impjegat tal-Gvern jagħti sehmu u ma jkunx ta' piż fuq it-taxxi tal-poplu Malti. Nifhem li din it-transazzjoni trid issir b'pass meqjus biex tagħti l-frott meħtieġ. Wasal iż-żmien li l-poplu Malti nagħtuh is-serjeta' li jixraqlu u dak li qed iħallas għalih bil-fatti. F'dan ir-rigward irrid infakkar li s-servizz ta' tindif mill-privat qiegħed jiswa lill-poplu madwar Lm600,000 fis-sena. Dan barra l-pagi ta' l-istaff li qiegħed mal-gvern u li l-job description titlob li jagħmlu t-tindif meħtieġ. Rigward it-tindif, dan ma jistax jibqa' jsir bil-moppijiet. Għaldaqstant ħarġu quotations wara konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jinxtara apparat industrijali tat-tindif bħal dak li jintuża fl-aqwa sptarijiet barranin. Ġiet aċċettata l-aktar offerta vantaġġjuża. Dan l-apparat sewa ċirka Lm105,000 li n-net capital return fuq din is-somma hija ta' anqas minn ħames (5) xhur.

Um El Faroud — Kawża

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi ffinalizzata il-kawża jew proċeduri dwar l-isplużjoni li kienet saret fit-Tarzna fuq il-vapur Um El Faroud?

Response (GATT, AUSTIN)

`Jien infurmat li l-inkjesta dwar l-isplużjoni li kienet saret fit-Tarzna fuq il-vapur Um El Faroud tinsab fi stadju li jiġi ppreżentat ir-rapport ta` l-Assessuri quddiem il-Qorti ta` l-Appell.`
Leg 9 PQ #11044 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10803, jista' l-Ministru jgħid minn liema swali jew istituzzjonijiet oħra oriġinaw l-325 anzjani li daħlu Zammit Clapp?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-325 anzjan li daħlu Zammit Clapp ġew minn diversi sptarijiet kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #11045 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10803, jista' l-Ministru jgħid minn liema rħula jew bliet oriġinaw il-273 anzjani li daħlu Zammit Clapp Hospital mill-komunita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-273 anzjan iriġinaw mill-bliet u rħula skond kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #10705 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Pazjenti minn St. Luke's

Question

F'kull każ ta' anzjani li ġew trasferiti mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Zammit Clapp dawn l-aħħar disa' xhur, jista' l-Ministru jindika meta saret iż-żjara mill-ispeċjalista ġejatriku fl-Isptar San Luqa meta ġiet trasferita Zammit Clapp u f'kull każ kemm dam jew damet l-anzjana fl-Isptar Zammit Clapp?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-dati ta' meta ġew trasferiti pazjenti l-Isptar Zammit Clapp u kemm damu fil-perjodu bejn 1 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Awissu 1999 huma kif jidhru fuq il-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tapprezza li biex tinġabar l-informazzjoni dwar 400 każ mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tirrikjedi ħafna xogħol. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk irid xi nformazzjoni speċifika jgħidli biha u jiena nagħtihielu.
Leg 9 PQ #10803 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10703, jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija fit-termini tal-perijodu Frar 1999 - Awissu 1999, inklużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Anzjani li daħlu ġo l-Isptar Zammit Clapp (01.02.99 - 31.08.99) kienu: Direttament mill-Komunita` 273 Minn istituzzjonijiet oħra 325
Leg 9 PQ #10804 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prezzijiet taż-żejt

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10706, jista' l-Ministru jirrispondi għal kull tip ta' fuel li jinxtara, biex il-Kamra tkun informata b'mod komprensiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni Enemalta.

Liġijiet ta' Malta — CDRom

Question

Billi issa l-gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-liġijiet ta' Malta fuq is-CD-ROM u billi kull membru huwa mitlub li jistudja, jemenda u jiddiskuti l-liġijiet u l-emendi tagħhom, jista' l-Ministru jara li l-membri kollha ikollhom kopja ta' din is-CD-ROM?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress illi l-produzzjoni tac-CD ROM tinvolvi spiza ghall-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali jidhirli li l-mod korrett kif wieħed jimxi hu li dan is-servizz jinghata mill-Kamra tad-Deputati bħala servizzi oħra moghtija lill-membri kollha.
Leg 9 PQ #10703 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull anzjan li daħal Zammit Clapp Hospital kemm daħal direttament mill-komunita' u kemm ġew trasferiti minn istituzzjonijiet oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista l-Onor. Interpellant jgħid għal liema perjodu ta` żmien jixtieq din l-informazzjoni. Grazzi.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jindika lil din il-Kamra l-alterazzjonijiet kollha li ġew approvati u li saru fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla mill-bidu tagħha? Kemm hija l-ispiża żejda f'kull każ? X'kienet ir-raġuni għaliha f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 10704 qed tinġabar.
Leg 9 PQ #10705 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Interim From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Pazjenti minn St. Luke's

Question

F'kull każ ta' anzjani li ġew trasferiti mill-Isptar San Luqa għall-Isptar Zammit Clapp dawn l-aħħar disa' xhur, jista' l-Ministru jindika meta saret iż-żjara mill-ispeċjalista ġejatriku fl-Isptar San Luqa meta ġiet trasferita Zammit Clapp u f'kull każ kemm dam jew damet l-anzjana fl-Isptar Zammit Clapp?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tingabar u tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #10706 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prezzijiet taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jindika lill-Kamra l-prezzijiet ta' kemm inxtara ż-żejt f'kull transazzjoni li saret tul l-1998 u l-1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li jeżistu diversi tipi ta' żejt, nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #9959 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex l-intenzjoni tal-Maltacom li tidħol biex tipprovdi servizzi oħra ta' telekomunikazzjoni bħal data transfer, mobile telephoning eċċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hija l-intenzjoni tal-Matacom li tidħol biex tipprovdi dawk is-servizzi kollha li għandha dritt li tipprovdi fil-liċenzja tagħha. Tajjeb jingħad li l-Maltacom diġa' toffri servizzi li jippermettu data transfer permez ta' semi-digital lines, digital Data Network, Frame Relay u l-X25 Packet Switching. Aktar tard din is-sena ser jiġi ntrodott is-servizz ta' l-ISDN li mbagħad ikun aċċessibbli għal kulħadd is-sena d-dieħla. Huwa l-ħsieb tal-Maltacom li fi żmien raġjonevoli tintroduċi wkoll l-ADSL.
Leg 9 PQ #9960 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Delimara — Impjant

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti biex jiġi kkummissjonat l-impjant f'Delimara imsejjaħ tal-combined cycle?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-testijiet tal-commissioning tal-Combined Cycle ta' Delimara tlestew fil-5 ta' Lulju li għadda. Dan l-impjant qed jaħdem regolarment.
Leg 9 PQ #9961 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Interim From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Vodafone — Monopolju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monopolju miftiehem mal-Vodafone hux se jiġi limitat ukoll sal-2003 bħalma se jsir fil-każ tas-servizzi li tagħti l-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9962 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Monopolju

Question

Billi l-Maltacom kellha ftehim ta' monopolju fis-servizzi li tipprovdi sal-2010 u billi issa l-monopolju se jiġi limitat sal-2003, jista' l-Ministru jgħid jekk għallinqas l-investituri privati humiex se jieħdu kumpens dwar din id-deċiżjoni unilaterali u żvantaġġjata għalilhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8269 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma mhux se jieħdu l-arretrati dovuti lilhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-diskussjonijiet dwar it-talba li saret mill-G.W.U. għal ħlas ta' arretrati lill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadhom għaddejjin. Il-kwistjoni hi dwar interpretazzjoni tal-Ftehim Kollettiv.
Leg 9 PQ #8711 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew jinnega li hu jew uffiċjali mid-Dipartiment tas-Saħħa qegħdin fi trattativi ma' xi sptarijiet jew kliniċi privati dwar possibbilta' ta' operazzjonijiet jew trattamenti li jistgħu jsiru f'dawn l-isptarijiet jew kliniċi fuq pazjenti riferuti mill-gvern? Jista' jgħid jekk il-gvern iddeċiedix li jirriferi pazjenti għal operazzjonijiet/interventi/trattamenti fi sptarijiet privati, jekk dan huwiex sejjer isir b'negozjati diretti bejn sptar u gvern jew jekk hijiex sejra tingħata l-istess opportunita' lill-isptarijiet kollha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li preżentament ma humiex għaddejjin trattativi tax-xorta li qegħed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #8712 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet privati — Twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid fl-isptarijiet privati minn mindu dawn ingħataw liċenzja? Kemm minn dawn it-twelid kienu permezz ta' Cesarja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 1391 twelid fi sptarijiet privati minn mindu dawn ingħataw liċenzja. Minn dawn, 289 kienu permess ta` Ċesarja.
Leg 9 PQ #8713 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet statali — Twelid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid fl-isptarijiet tal-gvern tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu permezz ta' Cesarja kull sena? Kemm kienet in-neonatal mortality rate kull sena? Kemm kienet l-ispiża mediċinali kull sena fid-dipartiment ta' l-obstetrics?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Ninsab infurmat li l-istatistika li talab l-Onorevoli Interpellant għas-snin mill-1995 sal-1998 għall-Isptar San Luqa (Karin Grech) u l-Isptar Ġenerali ta` Għawdex hi kif tidher hawn taħt: 1995 1996 1997 1998 Numru totali ta` twelid 4873 4631 4345 4120 Twelid b'Ċesarja 823 801 815 834 Neonatal mortality rate 6.0 9.0 6.3 3.9 (għal kull 1000 twelid ħaj) 2. Mhux possibli li nagħti l-figuri għas-snin 1989 sa 1994 għaliex f'dawk is-snin l-istatistika kienet tinġabar b'mod globali u mhux maqsuma sptar sptar. 3. Dwar l-ispiża mediċinali kull sena fid-Dipartiment ta` l-Obstetrija, din l-informazzjoni sa issa ma tinġabarx.