Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monopolju miftiehem mal-Vodafone hux se jiġi limitat ukoll sal-2003 bħalma se jsir fil-każ tas-servizzi li tagħti l-Maltacom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara kemm iddaħħlu pazjenti mir-Renju Unit fl-isptarijiet tagħna fis-snin 1998 u 1999? Kemm minnhom kellhom medical insurance?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li ddaħħlu fl-isptar San Luqa kien 1,592 fis-sena 1998 u 1,091 fis-sena 1999 (sal-5.12.99).
Peress li dawn il-pazjenti huma ntitolati għall-kura b'xejn skond il-ftehim reċiproku bejn Malta u l-Ingilterra ma jkollniex informazzjoni dwar assikurazzjoni medika.
Jista' l-Ministru jara kemm ġew trattati pazjenti Maltin fl-isptarijiet Ingliżi skond il-ftehim bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fis-snin 1998 u 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ftehim huwa għal 180 pazjent fis-sena u fis-sentejn imsemmija ntbagħtu 180 pazjenti kull sena. Dan ma jinkludix pazjenti li jiġu rikoverati b'urġenza meta jkunu l-Ingilterra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex jara l-impatt fl-għoli tat-telefon fuq il-pensjonanti, l-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Membru sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Mr Cole, Human Resource Manager fil-Maltacom ġiex sospiż mix-xogħol tiegħu fil-kumpannija?
Jekk fl-affermattiv, għaliex sar il-pass?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Human Resources Manager gie sospiz mix-xoghol tieghu bhala pass dixxiplinarju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtara żejt (kull tip) mill-Enemalta minn Frar 1999 'il hawn?
B'liema prezz inxtara u x'kien il-prezz fl-istess ħin fuq is-suq internazzjonali?
Jista' l-Ministru jirrispondi għal kull xirja li saret u kemm inxtara materja prima f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba hija kollha ta` natura kunfidenzjali u qatt ma kienet il-procedura li tigi ppublikata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11143, jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sarux xi ħlasijiet ta' ikel lil xi kumpannija oħra barra dik imsemmija? Kemm tħallsu lill-kumpannija msemmija, xahar b'xahar minn mindu ġie mogħti l-kuntratt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma sar l-ebda ħlas ta' ikel fornut lid-Djar ta' l-Anzjani ħlief lill-kuntrattur imsemmi fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11143. Lil dan il-kuntrattur, tħallsu dawn l-ammonti:
1998
Lulju - Lm11,092.02
Awissu - Lm11,311.12
Settembru - Lm11,187.49
Ottubru - Lm11,427.95
Novembru - Lm10,685.65
Diċembru - Lm10,786.82
1999
Jannar - Lm12,370.64
Frar - Lm10,920.38
Marzu - Lm12,106.06
April - Lm11,867.41
Mejju - Lm12,221.28
Ġunju - Lm11,850.41
Lulju - Lm11,804.80
Awissu - Lm12,120.18
Settembru - Lm12,052.61
Ottubru - Lm12,215.90
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11145, billi m'iniex espert fil-finanzi, jista' l-Ministru jgħid kif b'nefqa totali ta' Lm600,000 fuq it-tindif ta' l-isptarijiet, kif jirriżultalu li nefqa ta' Lm105,000 fuq apparat se jkollu net capital return ta' anqas minn ħames xhur?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li l-apparat tat-tindif inxtara għal diversi raġunijiet, li kollha għandhom rwol sinifikanti u partikolari fl-andament tar-riforma. L-apparat inxtara biex jogħla l-livell ta` ndafa fl-isptar u simultanjament jitħaffef ix-xogħol tal-ħaddiema. Barra minn hekk, permezz ta` dan l-apparat ikun possibbli li jiġi ntordott l-element tal-flessibilita` fuq il-post tax-xogħol, mingħajr ma tiżdied il-pressjoni u tbatija fuq il-ħaddiema.
Għaldaqstant permezz ta` il-bżonn li jikber in-numru ta` ħaddiema f'dan is-settur; filwaqt li wkoll nkunu f'pożizzjoni li nutilizzaw u nagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi li għandna mingħajr ma nżidu l-piż fuq ħadd.
Nixtieq ngħamilha ċara lill-Onor. Interpellant li s-somma ta` LM600,000 kienet tirrapreżenta biss l-ispiża għat-tindif ipprovdut mill-privat. Ma tinkludix fiha l-ispiża tal-ħaddiema tal-Gvern ukoll.
Huwa għalhekk li jingħad li n-net capital return fuq l-apparat ser jiġi bbilanċjat fi żmien ħames xhur. Jiġifieri meta wieħed jikkalkula l-ispiża ta` l-apparat u jikkomparaha ma` l-ispiża globali f'pagi ta` b'kemm kieku kien ikun hemm bżonn jiżdied in-numru tal-ħaddiema f'dan is-settur, isib li dawn iċ-ċifri jkunu jistgħu jibbilanċjaw lil xulxin fi żmien ħames xhur.
Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-Maltacom branches li hemm f'Tas-Sliema, il-Qawra u San Pawl il-Baħar ma jinfetħux fil-ħdud u fil-btajjel pubbliċi? Jista' l-Ministru jgħid jekk din id-deċiżjoni itteħditx b'riżultat ta' xi legal notice? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid liema hija din il-legal notice?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-decizjoni ttiehdet skond il-proceduri normali li japplikaw fil-Maltacom. Id-decizjoni li l-ferghat tal-Maltacom jaghlqu fil-Hdud u l-btajjel pubblici ttiehdet wara l-pubblikazzjoni ta` l-Avviz Legali numru 166 tat-28 ta` Settembru, 1999, fi zmien ic-Chairman precedenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex il-Ministru jkun jaf x'effett se jkollha l-impożizzjoni tal-VAT fuq il-petrol u d-diesel fuq is-settur industrijali?
Response (BONNICI, JOSEF)
B`differenza mis-sistema tas-CET implimentata mill-amministrazzjoni precedenti, is-sistema tal-VAT tahseb ghal refunds. Ghalhekk kull operatur kummercjali li juza` petrol jew diesel ghal fini ta` xoghol tieghu huwa ntitolat li japplika sabiex jiehu lura l-VAT li jkun hallas.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju biex il-Ministru jkun jaf l-impatt li se jkollha l-impożizzjoni tal-VAT fuq il-petrol u d-diesel fuq il-qasam soċjali?
Jista' l-Ministru jgħid xi studju sar biex jiġi studjat l-impatt soċjali li ż-żieda tal-VAT fuq is-servizz tal-Maltacom se jkollu fuq il-familji Maltin, speċjalment l-anzjani u dawk bi bżonnijiet speċjali?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Maltacom branches li hemm f'Tas-Sliema, fil-Qawra u f'San Pawl il-Baħar m'humiex jinfetħu fil-ħdud u fil-btajjel pubbliċi meta dawn kienu qed iservu ta' servizz tant utli lit-turisti u anke lill-konsumaturi Maltin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Id-decizjoni ttiehdet fi zmien ic-Chairman precedenti, wara l-pubblikazzjoni ta` l-Avviz Legali numru 166 tat-28 ta` Settembru, 1999.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fatt li l-Maltacom branches ta' Tas-Sliema, l-Qawra u San Pawl il-Baħar m'humiex jinfetħu fil-ħdud u fil-btajjel pubbliċi jolqotx negattivament is-servizz mogħti lit-turist? Jista'l-Ministru jgħid jekk huwiex infurmat b'din id-deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi intervent mill-Ministeru tat-Turiżmu biex il-branches imsemmija jerġgħu jibdew jinfetħu kif kienu oriġinarjmanet? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta mill-intervent tal-Ministeru? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jikkonsidra li jsir intervent f'dan is-sens u dan għal benefiċċju tas-servizz fil-qasam turistiku?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li s-servizzi li jingħataw mill-friegħi tal-'Maltacom' jikkonsistu f'pagamenti ta' kontijiet tat-telefon, provista ta' applikazzjoni għas-servizzi, telefonati għal barra, servizz ta' 'fax' u bejgħ ta' 'telecards'. Peress li s-servizzi li jaqdu 'l konsumatur, allura wkoll lit-turist, jistgħu jinkisbu band'oħra wkoll l-għeluq ta' dawn l-uffiċini m'għandu l-ebda impatt negattiv fuq l-industrija tat-turiżmu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx kuntratti għal ikel fid-djar ta' l-anzjani f'dawn l-aħħar sentejn?
Min kienu l-kuntratturi u kemm kien il-kuntratt fi flus f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Lulju 1998, inħarġet "letter of acceptance" lill-San Germain Ltd. ta' Raħal il-Ġdid fejn ingħata tender sabiex din il-kumpanija tforni l-ikel lil tlett djar ta' l-anzjani. Dan ingħata bil-prezz ta' Lm1.17 kull ikla.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kuntratti ta' tindif ta' l-isptarijiet fl-aħħar tliet snin lill-kuntratturi privati? Min kienu l-kuntratturi u kemm kienu jiswew dawn il-kuntratti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa fuq kuntratti tat-tindif fl-Isptarijiet kienet hekk:
General Cleaners 7.3.1996 - 21.9.1997 Lm513,798.47
Salamander Janitor
Services 22.9.1997 - 3.11.1999 Lm962,884.20