Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex qed jidher fil-gazzetti lokali avviż biex isir reklutaġġ ta' manager corporate services u financial controller u communication manager, tliet postijiet li diġa' huma okkupati?
Għaliex qabel ma ħarġu dawn l-avviżi ma saritx sejħa interna għal mili ta' dawn il-postijiet meta l-pjan tal-KSI huwa li jnaqqas ir-reklutaġġ minn barra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li mit-tlitt postijiet imsemmija fil-mistoqsija, dawk attwalment okkupati huma ta' Financial Controller u Head of Administration. Min qed jokkupa dawn il-postijiet għandu kuntratt li wasal biex jiskadi.
Il-Korporazzjoni ma għandha ebda obbligu li biex jimtlew dawn il-postijiet tagħmel sejħa interna. Il-politika tal-Korporazzjoni li jonqos ir-reklutaġġ minn barra ma tinkorporax vakanzi fit-'top management' u nies bi kwalifiki fi speċjalizazzjonijiet partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu pazjenti mill-gvern fir-Renju Unit għal kura ta' mard ta' l-għajnejn? X'kienet l-indikazzjoni li ntbagħtu f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` pazjenti li ntbagħtu mill-Gvern barra minn Malta għall-kura tal-għajnejn kien 22 (tnejn u għoxrin) mqassmin hekk:
Vitreoretinal surgery (removal of silcone oil) - 10
Bilateral Glaucoma (Children) - 2
Dacryocystitis (post trauma) - 1
Ptosis Surgery - 1
Haemangioma orbit and left upper lid - 1
Right inferior retinal detachment
complcated by AVR and subretinal fibrosis - 1
Coat`s Disease - 1
Traumatic aphakia (shot gun injury) - 1
Left superior oblique palsy - 1
Choroidal neurovascular membrane
right eye - 1
Retinopathy of Prematurity
(L) eye blind - for fitting of
special lens (R) eye - 1
Left orbital haemangioma associated
with a cystic microphthalmic remnant - 1
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le l-għajdut illi l-Billing System tal-KSI se tiġi privatizzata u jekk iva, xi ħsebijiet hemm għall-ħaddiema li jaħdmu f'din is-sezzjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ghadu kmieni biex wiehed jitkellem dwar din il-materja.
Jista l-Ministru jgħid x'progress sar fuq il-proġett tat-telemetry fil-KSI (Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma)?
Jikkonferma li hemm xi problemi minħabba li t-tagħmir provdut mill-kuntrattur barrani ma laħaqx il-livelli stipulati fit-tender specifications?
X'passi se jittieħdu miċ-chief executive (CE) tal-KSI biex il-kuntrattur jirratifika nuqqasijiet (jekk hemm) sabiex it-tagħmir installat jagħti s-servizz tajjeb u fit-tul tal-KSI?
Jista' jkun li dan it-tagħmir li ġie jew se jiġi mogħti huwa inferjuri għat-teknoloġija ta' żmienna u dan se jkollu jiġi mibdul f'qasir żmien minħabba l-kwalita' ħażina tiegħu?
X'suppost qiegħed jingħata mis-CE lit-tekniċi tiegħu biex in-nuqqasijiet illi qegħdin jinnotaw jiġu ratifikati fil-ħin qabel ma jiġu l-awdituri?
Jista' l-Ministru jgħid b'liema prezz qiegħed jinxtara iż-żejt mill-Enemalta issa li qalbet is-sena u l-ftehim tal-hedging li kien għamel il-Gvern Laburista?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-mistoqsija mhix cara. Wiehed irid izomm f`mohhu li l-Enemalta dejjem tixtri z-zejt skond il-prezz tas-suq fiz-zmien li jkun qed jitghabba dan il-prodott. Is-suq jelenka zewg prezzijiet - dak maghruf bhala `low` u dak maghruf bhala `high`. Id-differenza bejn iz-zewg prezzijiet tvarja bejn dollaru u tmien dollari, jiddependi mill-prodotti. Barra minn hekk jista` jkun il-kaz li jithallas `premium` fuq il-`high` jew `discount` fuq `low`. Pero` kif diga` ghidt, il-bazi dejjem ikun il-prezz tas-suq ta` meta jitghabba l-prodott. Ghalhekk mhuwiex il-kaz li wiehed jaghti l-figuri.
Tajjeb jinghad li l-ftehim tal-hedging huwa `paper agreement` u mhux tunnellati ta` zjut fizici.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iffrankat flus l-Enemalta bil-hedging agreements li saru taħt Gvern Laburista u li issa skadew fl-aħħar tas-sena 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bejn Jannar 1998 u Marzu 1999, b`rizultat tal-ftehim dwar il-hedging li kien sar fi zmien l-amministrazzjoni Laburista, il-Korporazzjoni Enemalta tilfet madwar 13-il miljun Dollari Amerikani. Bejn April u Dicembru tas-sena l-ohra, dan it-telf gie rkuprat u l-Korporazzjoni kellha bilanc favorevoli ta` 1.7 miljun Dollari Amerikani. Il-fatt li l-pajjizi li jiffurmaw l-OPEC inghaqdu u sahhew il-prezz taz-zejt, ghen biex il-Korporazzjoni ma tkomplix tirregistra telf minhabba dan il-ftehim. Dan il-fatt kien wiehed incidentali u li ma setax ikun previst b`mod konkret meta sar l-iffirmar tal-ftehim dwar il-hedging.
Jibqa` l-fatt li din is-sistema tal-hedging esponiet lill-Korporazzjoni Enemalta ghal riskju kbir minghajr ma kien hemm bazi xjentifika u b`hekk spicca bhala spekulazzjoni f`settur volatili hafna li seta` kellu konsegwenzi serji hafna ghal pajjizna.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13128 li hija ta' importanza biex jintwera kif u b'liema serjeta' qed jitmexxew is-servizzi tas-saħħa llum? Jista' jirrispondi l-mistoqsija kollha billi nħoss li hija ta' interess għal membri tal-Kamra u tal-poplu kollu? Jista' jara li ħadd ma jevadi l-konsegwenzi ta' din il-mistoqsija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13479.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13128, jista' l-Ministru jieħu l-inkarigu li jsib l-informazzjoni kollha mitluba billi din hija fl-interess tal-Kamra u billi tirrigwardja policy li qed ikollha impatt importanti fit-tmexxija tas-servizzi tas-saħħa kif jista' jidher aktar 'l quddiem?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Waqt li nsostni l-pożizzjoni spjegata fir-risposta oriġinali, nitlob lill-Onor. Interpellant ġentilment jindikali x'impatt importanti fit-tmexxija tas-servizzi tas-saħħa qed jirreferi għalih.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn min hu kompost il-kumitat għad-dħul ta' anzjani f'istituzzjonijiet għal anzjani governattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kumitat għad-dħul ta' anzjani f'istituzzjonijiet għal anzjani governattivi huwa kompost minn:
Dr Ronald Fiorentino
Dr Anthony Fiorini
Dr Martin Said
Ms Bernardett Psaila
F'kull każ ta' ħatra ta' konsulenti fid-Dipartiment tas-Saħħa, f'dawn l-aħħar għaxar snin, jista' l-Ministru jindika l-isem, il-qasam li għaliha saret l-applikazzjoni (speċjalita'), meta ngħatat il-ħatra u meta il-kandidat magħżul daħal għax-xogħol fil-ħatra tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija huwa wieħed voluminuż, nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku jekk għandu xi każ partikolari.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara meta saret l-applikazzjoni biex l-anzjani li n-numru ta' l-identita' tagħhom qed tintbagħat separatament jidħlu fir-residenza ta' San Vinċenz de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub li jagħti aktar dettalji dwar l-applikanti (isem u indirizz) għax bin-numru ta' l-I.D. biss mhux possibbli li tingħata risposta għal din il-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-proċeduri għat-tħaffir tal-mina mill-Power Station ta' Delimara għal Marsa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li s-sejħa għall-offerti biex titħaffer mina bejn il-Power Station ta' Delimara u l-Marsa għalqet fl-14 ta' Diċembru 1999 u fil-preżent beda l-proċess biex issir l-għażla ta' l-aħjar offerta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Awissu ħarġu applikazzjonijiet għal podoloġisti u issa dawn ġew informati li m'hemmx posthom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fit-12 ta' Lulju 1999 ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet biex jimtlew żewġ vakanzi ta' Podoloġisti fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Din is-sejħa għalqet fis-6 t'Awissu 1999. In-numru ta' vakanzi huwa stabbilit skond il-Human Resources Plan ta' l-istess Diviżjoni.
L-erba kandidati li ħadu d-Diploma in Health Science (Podiatry) din is-sena ġew reġistrati mal-Bord għall-Professjonijiet Supplementari għall-Mediċina wara li kienet għalqet is-sejħa msemmija hawn fuq. Għalhekk ma kienux eliġibbli li japplikaw skond paragrafu 5(b) ta' l-istess sejħa.
Id-Diviżjoni tas-Saħħa m'hiex f'pożizzjoni ħlief li timla ż-żewġ vakanzi mill-ewwel żewġ kandidati meta joħroġ ir-riżultat ta' l-intervista li jagħmel il-Bord tal-Għażla appuntat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Il-podoloġisti li għalihom qed jirreferi l-Onor. Interpellant ġew infurmati b'dan kollu mid-Direttur tar-Riżorsi Umani.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt soċjali ta' l-għoli fil-ħlasijiet tat-telephone?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-implimentazzjoni tal-V.A.T. fuq is-servizz tat-telefon, kif imhabbar fl-ahhar Budget, mistenni li jwassal ghal zieda ta` hamsa fil-mija ta` dan is-servizz. Globalment dan jista` jfisser nefqa addizzjonali ta` hamsa fil-mija ghall-konsumatur jew inkella tnaqqis ta` hamsa fil-mija fl-uzu tas-servizz koncernat, jew xi pozizzjoni intermedjarja.
Tajjeb jinghad li l-Gvern ta kumpens ta` Lm10 ghal kull persuna ghall-mizuri mhabbra fil-Budget, inkluza din il-mizura. Tajjeb jinghad ukoll li z-zieda fil-prezz tat-telefon ser tigi riflessa fl-Indici tal-Prezzijiet tas-sena d-diehla u ghalhekk tidhol bhala parti mill-kumpens ghall-gholi tal-hajja tas-sena ta` wara.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar l-impatt soċjali tal-għoli fil-prezzijiet tad-diesel u tal-petrol?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-implimentazzjoni tal-V.A.T. fuq il-prezz tal-petrol u tad-diesel, kif imhabbar fl-ahhar Budget, ser izid l-ispejjez ghall-konsumatur li jaghmel uzu mill-karozza tieghu. Kull sid ta` karozza privata irid jiddeciedi jekk jibqax juza` l-karozza tieghu bl-istess frekwenza ta` qabel u b`konsegwenza ta` dan jonfoq aktar fuq petrol jew diesel, inkella joqghodx aktar attent fl-uzu ta` dan il-mezz ta` trasport. Ghalhekk l-impatt ser ivarja minn persuna ghal ohra skond l-uzu li jsir mill-karozza privata.
Tajjeb jinghad li l-Gvern ta kumpens ta` Lm10 ghal kull persuna ghall-mizuri mhabbra fil-Budget, inkluza din il-mizura. Tajjeb jinghad ukoll li z-zieda fil-prezz tal-petrol u d-diesel ser tigi riflessa fl-Indici tal-Prezzijiet tas-sena d-diehla u ghalhekk tidhol bhala parti mill-kumpens ghall gholi tal-hajja tas-sena ta` wara.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju fuq il-livell ta' dioxin fl-ilma ta' l-impjant tar-reverse osmosis ta' Pembroke billi dan l-impjant huwa qrib il-Magħtab u ħafna ilma tax-xita minn din il-landfall jispiċċa fil-baħar ta' madwar l-impjant ta' Pembroke?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.