Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-istudenti li ġew aċċettati biex jidħlu għal kors tal-mediċina u kirurġija fl-Universita' ta' Malta?
Jista' jgħid kemm minn dawn huma ta' ċittadinanza Maltija u kemm m'humiex? Minn dawk ta' ċittadinanza Maltija, x'kienu l-anqas kwalifiki li bihom ġew aċċettati? Minn dawk ta' ċittadinanza barranijia, x'kienu l-anqas kwalifiki li bihom ġew aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kien hemm 52 student ta' ċittadinanza Maltija li ġew aċċettati għall-kors tal-Mediċina.
Kull student magħżul kellu mill-anqas il-kwalifiki kollha meħtieġa, jiġifieri, iċ-ċertifikat tal-Matrikola u ċertifikati fil-livell Sekondarju (mill-anqas Grad 5) fil-Malti, il-lingwa Ingliża u Matematika.
Kull student aċċettat għal dan il-kors kellu mill-anqas Grad B fil-Bioloġija u Kimika f'livell avvanzat, u Grad B f'suġġett ieħor (minbarra Environmental Science) f'livell intermedju. Dawn il-kwalifiki nkisbu f'sessjoni waħda ta' l-eżamijiet.
Fil-każ ta' studenti barranin, kien hemm 14 li s'issa ġew aċċettati. Dawn kollha kellhom kwalifiki ottenuti minn pajjiżhom u li kienu kkunsidrati li huma ekwivalenti għal dawk mitluba mill-istudenti Maltin
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li membri ta' forzi militari Taljani u oħra barranin jitħallsu doppju f'każ ta' xogħol fil-Ħdud u festi pubbliċi u dan minkejja t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 23996?
Minħabba li jidher għalhekk li l-ħlas għall-Ħdud u festi hu pjuttost prattika komuni f'każi militari barranin, jista' l-Prim Ministru allura f' dan il-kuntest jgħid jekk is-suldati Maltin għandhomx jitqiesu daqs ħaddieħor u jibdew jitħallsu doppju għal xogħol f'festi pubbliċi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta jitħallsu doppju għal xogħol fil-Ħdud biss, iżda wieħed ma jridx jinjora l-pakkett sħiħ tal-kundizzjonijiet kollha.
Dwar x’jitħallsu il-membri tal-Forzi Armati Taljani, l-Onorevoli Membru jirrealizza li dan mhix responsabbiltà tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policies fuq l-użu ta' l-iskejjel primarji wara l-ħin normali ta' l-iskola minn entitajiet mhux governattivi jew mill-kunsilli lokali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kunsill ta' l-Iskola jikkonsidra talbiet għall-użu ta' skejjel wara l-ħin normali ta' l-iskola u jiddeċiedi l-kundizzjonijiet (inkluż il-ħlas), għall-użu ta' l-iskejjel, u jimxi fuq il-'legal notice' dwar il-Kunsilli Skolastiċi.
Il-Policy dwar l-użu ta' l-iskejjel wara l-ħin normali qed tiġi riveduta.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu asfaltati t-toroq f'Tal-Millieri, f'Ħal Għaxaq li ilhom għal ħafna żmien imwiegħda li se jsiru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq kellu diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali dwar it-toroq f`dan il-lokal u s-sejħa għall-offerti għal xogħol fihom mistennija joħorġu dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu numru ta' lampi f'Ħal Għaxaq li diġa' huma approvati mill-Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policies fuq l-użu ta' l-iskejjel primarji wara l-ħin normali ta' l-iskola minn entitajiet mhux governattivi jew mill-kunsilli lokali?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-Mistoqsija waslet il-bieraħ u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tinġabar l-inforamzzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-berġa ta' Ħal Għaxaq jiżdiedilha s-servizz provdut minnha għar-residenti Għaxqin minħabba li fil-preżent din m'hi toffri ebda servizz ħlief dak ta' tqassim ta' xi pilloli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhux korrett li jingħad illi mill-Berġa ta' Ħal Għaxaq ma jiġi provdut ebda servizz ħlief dak tat-tqassim tal-pilloli.
Il-Berġa ta' Ħal Għaxaq tipprovdi s-servizzi kollha li jipprovdu l-Bereġ l-oħra fl-ibliet u rħula ta' Malta.
Tabib u nurse dejjem jattendu kull berġa skond l-iskeda tal-ftuħ u jiġi provdut f'kull berġa servizz ta' nurse u tabib tal-familja għal dawk il-persuni li jkollhom bżonn jattendu għal dan is-servizz. Dawn is-servizzi huma provduti wkoll fil-berġa ta' Ħal Ghaxaq: It-tqassim ta' pilloli b'xejn mill-berġa huwa servizz anċillari.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kwota ta' kemm isir overtime mill-ħaddiema tal-Maltacom?
Kemm hija l-kwota?
Hemm xi ħaddiema li qabżu din il-kwota?
Dawn se jitħallsu ta' dawk is-sigħat żejda fuq il-kwota?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. Dwar is-suġġett tas-sahra fil-Maltacom, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18868 waqt is-Seduta numru 377.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx ir-rapport li kellu jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa dwar jekk hemmx effetti ta' ħsara fuq is-saħħa minn radjazzjoni elettro-magnetika li toħroġ minn settijiet tal-mobile phones jew minn stazzjonijiet u emitter stations?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni biex il-Maltacom topera kumpannija tal-mobile telephone?
Jekk saret applikazzjoni jista' l-Ministru jgħid x'rakkomandazzjonijiet jew x'oġġezzjonijiet qiegħed ikun hemm dwarha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Maltacom plc ngħatat il-liċenzja biex topera l-mobile telephone nhar it-Tlieta 19 ta` Settembru 2000. Kopja ta` din il-liċenzja ser titqiegħed fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern fir-rigward tal-prezzijiet għolja taż-żejt mhux maħdum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kemm l-Enemalta kif ukoll il-Gvern qed isegwu mill-qrib l-andament tal-prezz taż-żejt mhux maħdum. Dan jgħodd mhux biss għall-prezz attwali iżda wkoll għall-previzjonijiet dwar il-prezz futur.
Fuq il-bażi ta' din l-analiżi kontinwa, l-Enemalta qed tiddetermina ix-xiri tagħha, mis-suq internazzjonali, tat-tipi differenti ta' żejt maħdum li hija normalment timporta.
Fl-istess waqt, il-Gvern qed isegwi wkoll din l-istess materja fil-kuntest iktar wiesgħa tal-politika ekonomika tal-pajjiż.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10705, jista' l-Ministru jirrispondi għall-anqas dwar l-aħħar mitt anzjan li daħlu Zammit Clapp Hospital?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10705, jista' l-Ministru jirrispondi għall-anqas dwar l-aħħar mitt anzjan li daħlu Zammit Clapp Hospital?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni inġabret u qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm qtugħ ta' dawl mhux previst fix-xahar ta' Ġunju u Lulju din is-sena?
Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ u liema inħawi ġew milquta b'dan il-qtugħ?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jindika meta se jkunu lesti l-inkjesti dwar x'mar ħażin u x'jista' jsir 'il quddiem biex nevitaw ċirkostanzi li wasslu biex iż-żewġ power stations jieqfu flimkien bħalma ġara nhar il-Ġimgħa, 23 ta' Ġunju, 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li inkjesti ta` din ix-xorta ma jistghux jigu konkluzi f`perjodu ta` ftit granet. Barra minn hekk wiehed irid joqghod attent li ma ssirx pressjoni zejda u bla bzonn fuq dawk li jkunu qed jaghmlu inkjesta li tirrigwarda qasam daqshekk vitali bhalma hu dak ta` l-energija elettrika.
Peress li dan l-aħħar ingħatat tweġiba fil-Parlament dwar waiting lists ta' konsulenti fil-kirurġija, jista' l-Ministru jindika x-xogħol li sar minn kull firm fil-qasam tal-kirurġija f'dak li huwa: (a) operazzjonijiet;b) konsultazzjonijiet fil-qasam tal-out-patients; u (ċ) turn over ta' pazjenti fis-swali tul is-sena li għaddiet u din is-sena s'issa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba għas-sena 1999 kienet kif tidher hawn taħt:
(a) OPERAZZJONIJIET
Firm-Konsulent Numru
------------------------------------------- --
DR. A. CARUANA GALIZIA 651
DR. A GALEA DEBONO 2
DR. A. ZRINZO 120
DR. ALBERT FENECH 1
DR. C. MALLIA 7
DR. C. MALLIA AZZOPARDI 4
DR. C. VELLA 6
DR. E. FARRUGIA 19
DR. E. PULLICINO 312
DR. H. FELICE 6
DR. J. AZZOPARDI 9
DR. J.M. CACCIATOLO 108
DR. J. VAN T`VERLAAT 195
DR. L. BUHAGIAR 8
DR. M. IAPPELLI 1
DR. M.P. VELLA 2
DR. M. VASSALLO 361
DR. R. PARASCANDOLO 1
DR. S. MONTFORT 82
DR. SIMON ATTARD MONTALTO 7
MR. A. ATTARD 813
MR. A. BERNARD 586
MR. A. BIANCHI 25
MR. A. CASSAR 324
MR. A.G. FELICE 1188
MR. A. GATT 536
MR. GRIXTI SOLER 524
MR. A. MANCHE 434
MR. A. ZAMMIT 1050
MR. BENSON 3
MR. C. APAP BOLOGNA 413
MR. C. FEARNE 419
MR. C. GRIXTI 506
MR. C. SAVONA VENTURA 456
MR. C. SCIBERRAS 706
MR. C. SWAIN 1598
MR. D. FELICE 447
MR. D. GATT 1054
MR. D. SAMMUT 12
MR. F. BONELLO 650
MR. F. ZAMMIT MAEMPEL 669
MR. G. BUTTIGIEG 925
MR. G. FELICE 972
MR. I. VELLA 801
MR. J. PACE BALZAN 777
MR. K. GERMAN 1242
MR. LEHOVSKY 21
MR. N. FORMOSA 478
MR. N. MONTANARO GAUCI 662
MR. P. BURGE 4
MR. T. FENECH 920
MR. T.R. MORLEY 25
PROF. A.J. PSAILA 4
PROF. C.L. CUTAJAR 839
PROF. G. LAFERLA 1039
PROF. H. GALEA 59
PROF. M. BRINCAT 764
Unspecified 517
--------------------------------------------- -
Total 24364
------------------------------------------- ---
(b) KONSULTAZZJONI FL-OUT-PATIENT
Consultant New Cases Follow-ups
------------------------------------------------ ---
Prof. C.L. Cutajar 806 2795
Prof. G. Laferla 776 1831
Mr. C. Swain 1112 2360
Mr. A. Zammit 1190 2832
Mr. A. Attard 880 2098
Mr. N. Formosa 934 1044
Mr. D. Gatt 1258 2199
Mr. A. Felice 928 2880
------------------------------------------ --------
(c) TURNOVER
SWALI ADMISSIONS DAY CASES
------------------------------------------- -------
General Surgery 8704 17
Urology 1404 4
Cardiothoracic 1271 362
Orthopaedic 2875 847
Neurisurgical 300 -
Paediatric 1881 -
ENT 1570 31
Ophthalmic 1970 1331
Burns unit 114 275
Endoscopy - 3216
Day Surgery Unit - 4719
-------------------------------------------- -------
L-informazzjoni għal din is-sena għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jipprovdi lil din il-Kamra bil-lista kollha tal-karozzi mikrija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' jindikalna kull karozza fejn u għaliex qed tintuża, u jekk sarux xi studji sabiex din in-nefqa titnaqqas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 15538 waqt is-seduta numru 281.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjan ta' żvilupp tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għal ħames snin li ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qatt ma kellha pjan ta' żvilupp għal ħames snin li jkopri l-attivita sħiħa tagħha. Li kellha kien pjan li jkopri setturi partikolari ta' l-attivita tagħha.
Ninsab infurmat li qed isiru l-preparamenti biex fl-iqsar żmien possibbli jkun formulat pjan ġdid li jkun komprensiv.