Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sant'Antnin — Impjant ta' riċiklaġġ

Question

Billi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1499 mhijiex kompluta, jista' l-Ministru jara li jirrispondi l-partijiet li ħalla barra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Enemalta — Prezz taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz taż-żejt użat mill-Korporazzjoni Enemalta f'Novembru, 1997 qabel il-budget? Kemm kien il-prezz taż-żejt użat mill-Korporazzjoni Enemalta f'Novembru 1998? Kemm iffrankat il-Korporazzjoni bħala riżultat imprevidibbli tar-roħs fil-prezz taż-żejt?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għalhekk ir-risposta tingħata f'seduta wara li tali informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni.

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa lill-Water Services Corporation kull metru kubu ta' ilma li tipprovdi lill-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onor. Interpellant għandu jsib l-informazzjoni relattiva fid-dokumentazzjoni ppubblikata waqt il-konferenza stampa ta' nhar is-Sibt 21 ta' Novembru 1998 mogħtija mill-Prim Ministru dwar ir-roħs fir-rati tad-dawl u ta' l-ilma.

WSC/Enemalta/Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x'tip ta' kordinazzjoni teżisti bejn il-korporazzjonijiet għas-servizzi pubbliċi (Water Services Corporation, Enemalta u l-Maltacom) u d-Dipartiment tat-Toroq biex ikun hemm sens fl-immaniġġjar tas-servizzi u t-toroq ta' pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jinżammu laqgħat ta' ko-ordinazzjoni bejn il-Korporazzjonijiet għas-servizzi pubbliċi u d-Dipartiment tat-Toroq sabiex ix-xogħol kemm jista jkun ikun ko-ordinat.

Djar — Akkomodazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' l-applikanta, li isimha qiegħed jintbagħat separatament, jiġi rimedjat billi jinstabilha post fejn toqgħod billi hija armla u ma tistax tlaħħaq mal-kera li għandha bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 30.11.98

Impjanti tar-Reverse Osmosis — Livell ta' flouride

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikun il-livell ta' flouride fl-ilma li ħiereġ mill-impjanti tar-reverse osmosis? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-livell ta' flouride fl-ilma li qed jixorbu n-nies mill-vit? Ġie diskuss xi ħsieb li jiġi miżjud flouride ma' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.

Enemalta — Ħaddiema li weġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema weġgħu fuq il-post tax-xogħol meta kienu jaħdmu mal-Korporazzjoni Enemalta sena b'sena mill-1994 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' ħaddiema li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol fil-Korporazzjoni Enemalta sena b'sena mill-1994 'il hawn kien kif ġej:- 1994 270 1995 276 1996 218 1997 180 1998 163 (sat-23 ta' Novembru 1998) Ta' min jgħid li dawn il-figuri jinkludu inċidenti żgħar. Kull sena, fl-Enemalta, iseħħu madwar tlieta jew erba' każijiet li jkunu jeħtieġu kura fl-isptar. Inżid ukoll li l-użu ta' ħwejjeġ u tagħmir protettiv u d-dħul ta' regoli ta' ħarsien, għenu sabiex ir-rata ta' inċidenti fil-korporazzjoni jonqos b'madwar 36 fil-mija.

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti jistennew is-servizzi ta' l-ilma? Jista' jaqsamhom skond ir-raħal jew belt minn fejn ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qiegħda ssir xi kampanja biex il-poplu jara kif l-aħjar juża l-ilma u ma jaħlihx jew jużah ħażin? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti sinteżi ta' x'qiegħed isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fl-1994 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nidiet kampanja intensiva fuq skala nazzjonali dwar il-Konservazzjoni ta' l-ilma. Din il-kampanja, li fost oħrajn tinkludi twettieq ta' proġetti ffukati fl-iskejjel, b'mod partikolari permezz ta' attivitajiet fil-korrikulu tejatrali, u produzzjonijiet ta' programmi speċjalizzati għat-televiżjoni u r-radju u artikli fil-ġurnali, baqgħet għaddejja.

Sptar Zammit Clapp

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet jew onorarja qed jingħataw lill-membri tal-bord il-ġdid ta' l-Isptar Zammit Clapp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Isptar Zammit Clapp jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministru tas-Saħħa u għalhekk nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli. 25.11.98

WSC/Enemalta — VAT

Question

Billi l-Gvern għandu l-ħsieb li jdaħħal it-taxxa tal-VAT, jista' l-Ministru jgħid kif din se taffettwa lill-korporazzjonijiet Water Services u l-Enemalta u kif se taffettwa lill-konsumatur? Jista' l-Ministru jgħid kif se tiġi affettwata l-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema ser tiġi spjegata fid-dettal fis-seduta relattiva.

Enemalta — Konsum ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-average consumption ta' elettriku f'units kull sena ta' households b'(a) membru wieħed; (b) bi tnejn; (c) bi tlieta; (d) b'erbgħa; (e) b'ħamsa; (f) b'sitta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

WSC — Konsum ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-average consumption ta' l-ilma f'metri kubi, ta' households b'(a) membru wieħed; (b) żewġ membri; (c) bi tlieta; (d) b'erbgħa; (e) b'ħamsa; (f) b'sitta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:- Household b'membru 0.1735 metru kubu kull ġurnata Household b'żewġ membri 0.1459 metru kubu kull ġurnata Household bi tlitt membri 0.2089 metru kubu kull ġurnata Household b'erba' membri 0.2587 metru kubu kull ġurnata Household b'ħames membri 0.3183 metru kubu kull ġurnata Household b'sitt membri 0.3483 metru kubu kull ġurnata

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet hemm pendenti mill-kunsilli lokali biex jitwaħħlu bozoz fit-toroq tal-lokal tagħhom? Jista' l-Ministru jagħti risposta, raħal b'raħal u jagħti l-isem tat-triq f'kull każ? Kemm huwa n-numru totali ta' dawn il-każi? Kemm minn dawn it-talbiet ġew sodisfatti mill-5 ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar mill-Korporazzjoni Enemalta u għalhekk tali informazzjoni ma tistax tingħata għalissa.

Storm water master plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien inbeda mill-amministrazzjoni preċedenti dwar il-kontroll ta' l-ilma tax-xita msejjaħ l-istorm water master plan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm il-ħsieb li jinħarġu offerti għax-xiri ta' software relatat u għall-konsulenza dwar it-trattament ta' dan l-ilma. Hemm ħsieb ukoll li jinbeda survey dwar il-kwalita ta' l-ilma u l-effett tiegħu fuq l-ilma ta' taħt l-art.

Impjanti tar-reverse osmosis

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull impjant tar-reverse osmosis, kemm hu n-numru totali ta' trains li hemm u kemm minn kull waħda qiegħda taħdem bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija din: IMPJANT NUMRU TA' TRAINS TRAINS JAĦDMU Lapsi 12 4 Ċirkewwa 5 3 Pembroke 12 6 Marsa 2 1

WSC/Enemalta/Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Kamra x'tip ta' kordinazzjoni teżisti bejn id-Dipartiment tat-Toroq u l-korporazzjonijiet tas-servizzi pubbliċi - il-Water Services Corporation, l-Enemalta u l-Maltacom - biex ikun hemm sens fl-immaniġġjar tat-toroq ta' pajjiżna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn meta ġie stabbilit id-Dipartiment tat-Toroq, il-Korporazzjonijiet tas-Servizzi Pubblici kienu dejjem mitluba jinfurmaw lid-Dipartiment bi kwalunkwe xogħol li jkunu ser jagħmlu fit-toroq sabiex id-Dipartiment ikun jista` jikkordina: bejniethom u ma entitajiet oħra bħal Awtorita` tat-Trasport Pubbliku, il-Pulizija u l-Kunsill Lokali u meta jkun kollox f`post, id-Dipartiment tat-Toroq joħroġ il-permessi neċessarji biex ix-xogħolijiet ikunu jistgħu jiġu esegwiti. Fil-preżent qed jiġi evalwat x`inhu l-aħjar tip ta` koordinazzjoni trid issir biex ma jiġrix bħal ma ġara li toroq jerġgħu jinqalgħu ftit wara li jkunu tlestew.
Leg 9 PQ #1499 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sant'Antnin — Impjant ta' Riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie trattat ilma tad-drenaġġ mill-Impjant ta' Sant'Antnin, sena b'sena minn mindu beda jaħdem? Kemm minn dan l-ilma ntuża u kemm intrema? Kemm hija mifruxa s-sistema ta' distribuzzjoni ta' dan l-ilma? Hemm ħsieb biex din titjieb?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li minn mindu beda jaħdem l-impjant ta' Sant'Antnin il-volum ta' l-ilma li ġie ttrattat huwa kif ġej: SENA VOLUM (x 1000 METRI KUBI) ------ --------------------------- 1984 0372 1985 0550 1986 0815 1987 0920 1988 1156 1989 1139 1990 1548 1991 1703 1992 1604 1993 1562 1994 1470 1995 1358 1996 1442 1997 0873 1998 1516

European Investment Bank

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li kien għamel Gvern Nazzjonalista preċedenti mal-European Investment Bank, meta biex jissellef flus għal użu partikolari intalab li jdaħħal taxxa fuq id-drenaġġ? Billi issa jidher li din it-taxxa se tiġi rtirata, jista' jgħid x'se jiġri billi issa nkisru l-kondizzjonijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tariffi tal-ilma ppubblikati waqt il-Konferenza stampa ta' nhar is-Sibt 21 ta' Novembru 1998 mogħtija mill-Prim Ministru, jinkludu dak kontemplat fil-ftehim li kien sar mal-European Investment Bank u ċioe f'paragrafu numru 6.09 tal-istess ftehim li kopja relattiva tpoġġiet fuq il-mejda tal-kamra bi tweġiba għall-mistoqsija numru 1381.
Leg 9 PQ #1488 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se tkun id-domanda għall-enerġija elettrika ta' l-isptar il-ġdida f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha mhix magħrufa.