Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #689 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kumpannija Texaco - Xiri ta' ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin mal-Kumpannija Texaco biex din tixtri ishma fil-kumpannija sussidjarja tal-Korporazzjoni Enemalta l-M.O.B.C.? Kien hemm xi żviluppi mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq nonforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #690 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax payers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bħall-pajjiżi oħra (New Zealand) fejn taxpayers jkunu ntitolati għal tnaqqis xieraq biex jikkumpensahom għall-ispejjeż konnessi mal-problema tas-sena 2000, f'dik li hi nefqa fuq diagnosing, correcting or testing of software?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li beħsiebni nkompli miexi fuq il-politika li kien miexi biha hu sa ftit ġimgħat ilu.
Leg 9 PQ #776 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

MIA — Persuna b'rekord kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jiġi permess li persuna magħrufa b'rekord kriminali titħalla ddur fil-grounds u fil-bini tal-Malta International Airport biex tissorvelja xi xogħol ta' tindif li tkun qed tagħmel kumpannija tiegħu, meta permezz tal-preżenza tiegħu hemmhekk dan jikkostitwixxi security risk?

Response (BORG, TONIO)

Biex persuna tidħol f`żona ristretta ta` l-Ajruport irid ikollha Airport Security Pass. Dan il-Pass ma jingħatax lill-persuna li jkollha rekord kriminali jew li tista` tkun ta` riskju għas-sigurta` ta` l-avjazzjoni. 11.11.98
Leg 9 PQ #884 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edkazzjoni — Inkarigu lil-ex-deputat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ex-deputat Nazzjonalista, li ismu qed jintbagħat separatament, ingħata xi inkarigu fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan l-inkarigu u b'liema remunerazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Nru 173 (Seduta 6).
Leg 9 PQ #533 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali - Banking licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bank Ċentrali għandux xi talbiet pendenti bħalissa għall-ħruġ ta' banking licence minn xi banek barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onorevoli Membru, il-Bank Ċentrali ta` Malta perjodikament jeżamina u jevalwa talbiet għal ħruġ ta` `banking licences` li joriġinaw minn banek barranin. L-Onorevoli Membru japprezza wkoll li jkun prematur li jingħataw dettalji fl-istadju ta` negozjar. Il-Bank Ċentrali ta` Malta joħroġ stqarrija għall-istampa hekk kif tkun ingħatat liċenzja taħt l-Att Dwar il-Kummerċ Bankarju ta` l-1994 lil xi bank.
Leg 9 PQ #564 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Passi dixxiplinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinarji kontra dawk il-pulizija li b'għemilhom urew li kienu ħallew il-passjoni politika tiġri bihom waqt li kienu on duty fil-jiem ta' wara l-elezzjoni ġenerali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant u li ġew għall-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija, qed jiġu mistħarrġa u jittieħdu l-passi opportuni skond l-eżitu ta' dan l-istħarriġ. 10.11.98
Leg 9 PQ #684 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kabinett — Sotto-kumitati

Question

Il-Gvern ħatar xi sotto-kumitati tal-Kabinett? Jekk iva, jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra dwarhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Gvern s'issa ħatar Kumitat tal-Kabinett Ad Hoc dwar il- Proġett ta' l-Isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq. Il-Kumitat jinkludi bħala membri: Il-Prim Ministru Il-Ministru għall-Politika Soċjali Il-Ministru għall-Ambjent Il-Ministru tas-Saħħa u Is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Il-Kumitat iltaqa` fit-3 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #685 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iddaħlux xi konsulenti mal-Gvern mill-elezzjoni 'il hawn? Jekk iva, min huma u x'inkarigu għandhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġiba li tajt għall- Mistoqsija Parlamentari numru 650.

Anzjani — Dar ta' l-anzjani - Ħaddiema CSA

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex permess li ħaddiema C.S.A. taħdem fl-istess dar ta' l-anzjani fejn jaħdem żewġha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-regola hi li kemm jista' jkun persuni li jiġu minn xulxin mill-viċin, ma jaħdmux fl-istess sezzjoni tad-Dipartiment pero' jista' jkun hemm xi eċċezzjoni f'każ li jkun ta' esiġenza għas-servizz. 10.11.98
Leg 9 PQ #527 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' proprjeta' mill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi follow-up action min-naħa tal-gvern dwar l-istudju li kien tlesta minn kummissjoni li jiena kont ħtart biex tissuġġerixxi metodi kif jista' jitqajjem l-interess tax-xiri tal-proprjeta' mill-barranin wara t-tnaqqis radikali ta' bejgħ li kien hemm mill-1993 'il quddiem?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 326 u nżid ngħid li għadu kmieni wisq biex ikun hemm riżultati.

Awtorita' għall-Kummerċ Ġust

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern dwar it-twaqqif ta' Awtorita' għall-Kummerċ Ġust u l-affarijiet tal-konsumatur li ħejja fuq livell ta' abbozz ta' liġi l-gvern preċedenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-gvern qed jikkunsidra l-abbozz ta' Liġi dwar it-twaqqif ta' Awtorita u fil-ħin opportun jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar dan l-abbozz.
Leg 9 PQ #529 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti/entitajiet finanzjarji — Information sharing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm differenti bejn in-networking elettroniku li l-gvern beħsiebu jdaħħal bejn diversi dipartimenti finanzjarji u entitajiet finanzjarji u data li kellu maħsub Gvern Laburista dwar information sharing f'dan ir-rigward, kif rifless fl-abbozz ta' liġi li kien ġie mgħoddi lil allura Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-konsultazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

In-networking elettroniku li qed naħsbu li s-sistema ta` kommunikazzjoni li biha accounts tal-Gvern jista` jgħaddi bejn dipartimenti u għal post ċentrali bħat-Teżor b`mod elettroniku. M`għandu xejn x`jaqsam ma dak li kien rifless fl-abbozz ta` liġi li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant. L-opinjoni tiegħi dwar l-abbozz imsemmi għadhom validi sal-lum.
Leg 9 PQ #530 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti llegali

Question

Il-gvern qed jikkollabora ma' gvernijiet oħrajn barranin dwar il-problema dejjem tikber ta' traffikar ta' mmigranti llegali minn pajjiżna? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti dettalji lill-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

B'mod ġenerali l-Gvern jikkollabora ma' pajjiżi oħra dwar il-problema tat-traffikar ta' immigranti llegali bis-saħħa ta' kuntatti u bdil ta' nformazzjoni magħmula mill-Pulizija permezz ta' l-Interpol. Intlaħaq ukoll ftehim bilaterli dwar kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' drogi u kriminalita' organizzata ma' diversi pajjiżi fosthom ma' Franza u l-Eġittu li jikkontemplaw kooperazzjoni fil-kamp tal-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' immigranti. Trattati oħra simili qed jiġu negozjati ma' pajjiżi oħra. Għaddejjin ukoll negozjati mal-Gvern Taljan dwar ftehim bilaterali li jittratta speċifikament dwar re-ammissjoni ta' immigranti llegali. 09.11.98
Leg 9 PQ #531 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sistema ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet/skejjel attrezzati bis-sistema ta' l-internet? X'inhuma l-pjani konkreti tal-gvern f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Minn din is-sena, b'rizultat ta' ftehim milħuq mill-amministrazzjoni preċedenti bejn id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Maltacom, se jingħata aċċess bla ħlas ta' l-Internet għal ħamsa u għoxrin skola. Dan se jservi bħala 'pilot project' biex b'hekk tinbena strateġija għall-iskejjel kollha ta' Malta. Huwa ppjanat, li kull sena, jiżdiedu ħamsin skola oħra f'dan il-proġett, sakemm kull skola f'Malta u Għawdex ikollha s-servizz ta' l-Internet.

Mediċini/prodotti ta' l-ikel

Question

Mill-elezzjoni 'il hawn, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini u prodotti ta' l-ikel li kellhom il-prezz tagħhom għall-konsumatur imnaqqas wara intervent li seta' sar mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta? Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' dawn il-prodotti kif ukoll tat-tnaqqis li sar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mediċini li raħas il-prezz tagħhom wara ntervent mill-Kompetizzjoni Ġusta wara l-5 ta' Settembru 1998 huma:- Minn Għal Feldene Gel 0.5% x 25gr Lm2.18 Lm2.08 Trimetabol Syrup x 150ml Lm1.93 Lm1.83 MMR II Vaccine Lm6.36 Lm5.60 Actal Tabs x 24 Lm0.89 Lm0.82 Ma kien hemm ebda intervent minn dan l-Uffiċċju fuq il-prezz ta' xi prodott tal-ikel.
Leg 9 PQ #400 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Suspected under-declarations of income

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-elezzjoni 'il hawn sabiex jinvestiga każi ta' suspected under-declarations of income, fejn jirriżulta li d-dipartiment għandu data f'idejh dwar sidien ta' karozzi b'ċilindratura għolja kif ukoll dwar sidien reġistrati ta' yachts?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment għadu għaddej bl-istess programm ta` stħarriġ bħalma kien qabel l-elezzjoni.
Leg 9 PQ #401 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Task Force li qed taħdem fuq l-għażliet dwar tassazzjoni ġdida indiretta? Hemm fosthom nies mis-settur privat? Jekk iva, min huma?

Response (DALLI, JOHN)

Hemm numru ta` uffiċċjali pubbliċi għolja megħjuna minn numru iżgħar ta` konsulenti mis-settur privat li qed jagħtu pariri dwar l-introduzzjoni ta` sistema tassazzjoni indiretta ġdida. L-Uffiċċjali Pubbliċi huma: Is-Sur Joseph Portelli Permanent Secretary Ministry of Finance Is-Sur Edwin Muscat Director General Ministry of Finance Is-Sur Joseph Portelli Director General Customs and Excise Tax Department Is-Sur Paul Barbara Senior Principal Officer Customs and Excise Tax Department Is-Sur James Farrugia Senior Principal Officer Customs and Excise Tax Department Is-Sur Alfred Pace Director Customs Department Is-Sur John Mifsud Senior Principal Officer Customs Department Is-Sur Paul Zahra A\Head Economic Planning Is-Sur Frans Attard Senior Principal Officer Ministry of Finance (Segretarju) Il-Konsulenti huma: Profs. Maurice Mullard Consultant Ministry of Finance Profs. Edward Scicluna Chairman Malta Financial Services Centre Dr Antoine Fiott Legal Adviser Is-Sur Joe Galea Accountant Is-Sur Andre` Zarb Accountant Is-Sur Simon Camilleri Executive MITTS
Leg 9 PQ #402 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Year 2000 Awareness — Task Force

Question

Il-gvern għandu xi ħsieb li jwaqqaf Task Force dwar il-Year 2000 Awareness kif għamlu diġa' bosta gvernijiet oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-National Commission for Information Technology (NCIT) li twaqqfet mill-gvern ta' qabel kellha fost responsabbiltajiet oħra li tieħu ħsieb fuq livell nazzjonali li jinħoloq għarfien tal-problema tas- sena 2000 fl-informatika. Ninsab infurmat ukoll li wieħed mis-sotto kumitati tal-Kummissjoni Nazzjonali sa qabel l-elezzjoni kien qed jaħdem fuq din il-problema. Għadha ma twaqqfitx il-Year 2000 Awareness Task Force.
Leg 9 PQ #403 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Teżor — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers minn u lejn id-Dipartiment tat-Teżor mill-elezzjoni 'il hawn? F'liema karigi kienu?

Response (DALLI, JOHN)

It-transfers li saru, minn u lejn id-Dipartiment tat-Teżor mill-elezzjoni `l hawn kienu kif jidher hawn taħt: Grad Minn Lejn 1. General Hand Teżor Ministeru tal-Politika Soċjali 2. Uffiċjal Principali Anzjan Ministeru tal-Finanzi Teżor 3. Uffiċjal fi Grad 5 Ministeru tal-Finanzi Teżor 4. Skrivan Teżor Istitut għall-Istudji Turistiċi 5. Uffiċjal Prinċipali Anzjan Teżor Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi 6. Uffiċjal Principali Anzjan Teżor Dipartimenti tat-Taxxi Interni 7. Uffiċjal Prinċipali Anzjan Teżor Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjoni 8. Uffiċjal Prinċipali Anzjan Teżor Ministeru tat-Turiżmu 9. Skrivan Dipartiment tad-Dwana u Sisa Teżor 10. Skrivana Dipartiment tal- Kuntratti Teżor Ir-raġuni għal biċċa l-kbira ta` dawn it-transfers ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 282.