Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju taċ-Chairman u ċ-Chief Executive tal-Building Industry Consultative Committee?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-salarju taċ-Chairman u ċ-Chief Executive tal-Building Industry Consultative Council ser ikun Lm7,200. fis-sena, bħal ma kien dak tal-predeċessur tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid hemmx xi ministri li għandhom nies jaħdmu part-time fis-segretarjat tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nikkonferma li la fis-segretarjat privat tiegħi u lanqas
f'dak tas-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi ma
hemm nies jaħdmu part-time.
Jekk l-Onor Interpellant jixtieq jaf dwar xi segretarjat
privat ta' xi ministru ieħor huwa mitlub jagħmel
mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw/ingħataw kotba bl-Ingliż għal-librerija pubblika ta' Beltissebħ fl-1996, fl-1997 u din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta' kotba bl-Ingliż li nxtraw/ingħataw fis-snin 1996, 1997 u 1998 (sa Ottubru) kien hekk:
Sena Ammont
1996 9,871
1997 9,903
1998 5,901
European Convention against the Abduction of Minors
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-Gvern Malti jirratifika The European Convention against the Abduction of Minors?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skond risposta mogħtija għall-mistoqsija simili, u li ġġib d-data tal-25 ta' Mejju 1998, diġa jeżisti abbozz għall-liġi Nru. 170 ta' l-1996. Qed isiru aktar konsultazzjonijiet sabiex dan l-abbozz ikun skedat fil-programm ta' liġijiet li jridu jiġu kkunsidrati u diskussi f'dan il-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern beħsiebu li jwettaq il-wegħda elettorali tiegħu li jagħmel lil dawk reġistrati bħala impressed tal-post mal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassigura lill-Onor. Membru li dan il-Gvern il-wegħdiet elettorali tiegħu bi ħsiebu jonorhom u jwettaqhom. Id-deċiżjonijiet li diġa ttieħdu jew li ser jittieħdu f'dawn l-ewwel ftit xhur ta' din l-Amministrazzjoni huma xhieda ta' dan l-impenn.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żjarat f'pajjiżna minn delegazzjonijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni 'l hawn? X'kienet in-natura taż-żjara tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
L-unika żjara f`pajjiżna minn delegazzjonijiet ta` istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni `l hawn kienet dik ta` delegazzjoni teknika mill-Financial Action Task Force (FATF) għar-rigward ta` liġijiet u proċeduri kontra l-money laundering.
Fuq talba tiegħi, intbagħtu żewġ individwi mill-World Bank u l-IMF biex niddiskuti magħhom is-sitwazzjoni finanzjarja f`pajjiżna u ir-ri-introduzzjoni tal-VAT.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom bħalissa għaddejjin negozjati dwar ftehim prospettiv dwar ħelsien minn tassazzjoni doppja?
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu talbiet pendenti quddiemu bħalissa d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għall-akkomodazzjoni alternattiva? Kemm minnhom jikkonċernaw single parents?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 1151 l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar ħlasijiet pendenti lill-esportaturi Maltin permezz tal-LIMSUK mill-elezzjoni ġenerali sal-lum? Hemm xi ħsieb biex titlaqqa' l-Kummissjoni mħallta bejn Malta u l-Libja? Jekk iva, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid b'kollox kemm hemm cellular telephones għand il-ministri u segretarji parlamentari flimkien ma' l-istaff tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fil-każ ta' l-Uffiċċju tiegħi, hemm tlett cellular
telephones li tnejn minnhom, jiġifieri tiegħi u tad-
designate Assistent Personali tiegħi, huma proprjeta
personali imma li l-kera tagħhom u t-telefonati li jsiru
minnhom, jitħallsu mill-uffiċċju.
Barra minhekk, hemm cellular telephone ieħor għand is-
Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi.
Rigward il-bqija tad-domanda, nitlob lill-Onor
Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-
Ministri ndividwalment.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-allokazzjoni ta' art lill-kumpannija CAR Limited li kellha issir mill-Malta Development Corporation fl-inħawi ta' Ħal-Far?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq niforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa stmat li Malta se ddaħħal fi pre-accession funds mingħand l-Unjoni Ewropea fis-snin li ġejjin?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Minħabba li għadha qed tiġi diskussa t-talba ta' Malta għar-rijattivazzjoni ta' l-applikazzjoni għal sħubija fl-Unjoni Ewropea, li twassal biex Malta terġa tinserixxi ruħha fil-proċess tat-tkabbir, il-forma u l-ammont ta' għajnuna li Malta tista' tieħu mill-Unjoni għad trid tiġi diskussa wara li jibdew it-taħdidiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm knejjes li ġew misruqa mill-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 sal-lum? Kemm insterqu aktar kmieni din is-sena? Kemm insterqu fl-1996 u fl-1997?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-5 ta' Settembru, sal-10 ta' Novembru 1998, ġew rappurtati lill-Pulizija 14-il każ ta' knejjes li ġew misruqa, filwaqt li bejn l-1 ta' Jannar, u l-4 ta' Settembru, 1998, kien hemm 9 każijiet. Matul l-1997, minn April, kien hemm 15-il każ. Jien infurmat ukoll li qabel April ma kienetx tinżamm statistika separata dwar dan it-tip ta' reat.
16.11.98
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li mhux se jinħatru political appointees fl-ambaxxati tagħna barra minn Malta meta jsiru ċerti tibdiliet ippjanati?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Jiena ma nafx għal liema rapporti qiegħed jirriferi l-Onor. Interpellant. Pero li għidt jiena f' ċerti okkazzjonijiet hu li nippreferi li il-'postings' barra jimtlew minn uffiċjali professjonali u mhux minn 'political appointees'. Għidt ukoll illi sfortunatament il-korp diplomatiku għadda minn fażijiet diffiċli li waqthom ma tkompliex il-proċess tar-reklutaġġ u ta' speċjalizzazzjoni. Ir-riżultat ta' dan hu illi illum għandna nuqqas serju ħafna fil-livell ta' 'senior officers'. Għalhekk għall-prezent u sa kemm titjieb din is-sitwazzjoni m'hemmx alternattiva oħra milli nikkonsidraw li ninnominaw numru ta''political appointees' f'certi gradi.
B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti dwar l-istess suġġett, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx diġa' xi ħlas lill-Perit Mintoff bħala kumpens dwar il-kwestjoni ta' l-Għarix u tal-power station? Jekk iva, meta sar dan il-ħlas u kemm kien l-ammont tal-ħlas?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi s'issa l-Perit Dom Mintoff tħallas is-somma ta' LM128,000. indikata bħala danni f'paragrafu 2 tal-'letter of intent' maħruġa mill-Gvern preċedenti.
Jista' jsir xi ħaġa dwar iż-żewġ ħofor kbar li hemm bejn Triq ir-Rummien u Vjal in-Naspli, f'San Ġwann?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.