Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern biex inaqqas il-kontribuzzjonijiet għall-Bord tal-Koperattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni fil-Budget għall-Bord tal-Koperattivi ġie mnaqqas minħabba li t-talba ta' l-istess Bord kienet anqas minn dik li kienet allokata fis-sena finanzjara 1998.
7.12.98
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm se jgħollew l-bunkering throughput fees u l-container security seals?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq lil-Onor. Membru jindika minfejn ħa l-impressjoni li se jgħollew il-`bunkering fees` kif jidhru fl-iskeda li tinsab ma` l-Att Nru. VIII ta` security seals` għaliex imkien ma ngħatat l-impressjoni li dan se jseħħ.
Għalhekk ma nistax ngħidlu b`kemm se jgħollew.
B'riferenza għar-rapporti li dehru fl-istampa lokali nhar l-1 ta' Diċembru 1998, jista' l-Ministru jikkonferma li l-Enemalta qed tikkonsidra serjament li tipprivatizza d-distribuzzjoni tal-petroleum? Hemm xi taqsimiet oħra li qed jiġu kkonsidrati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kien hemm taħdidiet preliminari bejn il-Korporazzjoni, is-sidien tal-pompi tal-petrol u l-GRTU dwar id-distribuzzjoni tal-petroleum. Naturalment il-Korporazzjoni, qabel tasal għal xi deċiżjoni, trid tikkunsidra l-pożizzjoni tal-ħaddiema.
Jista' l-Prim Ministru jelabora dwar id-diskussjonijiet li kellu mal-Prim Ministru Taljan d'Alena dwar l-ittraffikar ta' l-immigranti illegali? Se jitwaqqaf xi pjan ta' azzjoni?
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-ġurnali li l-aħbarijiet u l-curret affairs tal-PBS aktarx li jiġu hived-off?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Public Broadcasting Services m'għandha ebda informazzjoni dwar ir-rapporti li dehru fuq il-ġurnali li jsemmu l-hiving off tat-Taqsima ta' l-Aħbarijiet u l-Ġrajjiet Kurrenti.
Billi waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Ġermanja jidher li huwa ma ltaqa' ma' l-ebda ministri tal-Gvern Ġermaniż, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'taħdidiet hemm skedati ma' dan il-pajjiż fil-ġejjieni qarib?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Il-programm tal-Prim Ministru waqt iż-żjara tiegħu f'Munich kien sabiex jindirizza il-Hans Friedrich Foundation fuq stedina tal-Foundation. Ma kienx pjanat biex imur Bonn għal laqgħat fuq livell Ministerjali. Taħdidiet ta' din in-natura huma maħsuba li jsiru hekk kif iż-żewġ naħat jiftiehmu fuq data konvenjenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun il-liċenzja l-ġdida li l-Gvern jidher, mill-estimi ta' l-1999, li se jintroduċi fuq il-mobile phones?
Response (DALLI, JOHN)
Is-somma li tidher taħt `mobile phone licences` tikkonsisti fi drittijiet li l-kumpanija Vodafone għandha tħallas lir-Regolatur tat-Telekomunikazzjonijiet skond l-Att Nru. XXXIII ta` l-1997 imsejjah Att biex jirregola t-Telekomunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm x'se tkun l-administrative charge fuq kull karozza li se tkun sottomessa għat-testijiet fuq motor vehicles? Kemm huwa maħsub li jsiru testijiet tul l-1999?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi għar-re-egineering tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Response (DALLI, JOHN)
L-ispejjeż neċessarji se joħorġu mid-diversi headings tal-vot rikurrenti tad-dipartiment skond in-natura tal-ispejjeż. Ma jeżisti ebda item speċifiku taħt il-vot tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Kif jaf l-Onor. Interpellant re-engineering tinvolvi diversi aspetti tal-operat tad-dipartiment. Permezz tiegħu tkun tista` ssir evalwazzjoni u analiżi tal-proċeduri wżati mid-dipartiment u tas-sistema teknoloġika u organizzattiva biex id-dipartiment ikun jista` jżid fl-effiċjenza tal-operat tiegħu. Dan l-eżerċizzju jinvolvi ħafna il-kontribut ta` konsulenti fil-qasam tat-tassazzjoni, management u l-informatika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma maħsuba li se jkunu l-benefiċċjarji ta' l-arranġamenti ġodda dwar children's allowance u s-single parents?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li numru ta' familji li d-dħul tagħhom kien jaqbez l-Lm10,000, għażlu li ma jagħmlux talba għall-'Allowance' tat-tfal fis-sena kurrenti. Minħabba f'dan, id-Dipartiment mhux f'pożizzjoni jgħid kemm ser ikunu dawk il-familji li ser jikkwalifikaw għall-'Allowance' tat-tfal bis-saħħa tal-miżuri ġodda li għadhom kemm
tħabbru fid-diskors tal-'Budget'.
Għal informazzjoni tal-Onor. Membru din il-miżura ser igawdu minnha dawk il-familji li għandhom hamest itfal jew aktar u mhux biss dawk li għandhom aktar minn hamest itfal, kif bi żvista ġie miktub fid-diskors tal-Budget.
Dwar is-'single parents' għandu jingħad li billi l-miżuri mħabbra fl-istess diskors tal-'Budget' jirrigwardja ż-żieda fis-'ceiling' għal skopijiet ta' taxxa fuq id-dħul, id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali mhux f'pożizzjoni li jirrispondi din il-parti tad-domanda.
3.12.98
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1007?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalita fl-Artikolu 33 ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Cap.325)
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistenni jintbagħat il-kwestjonarju ta' l-Unjoni Ewropea lura lill-Kummissjoni Ewropea bit-tagħrif mitlub?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed jippjana li jibgħat lura il-kwestjonarju ta' l-Unjoni Ewropea bit-tagħrif mitlub fl-iqsar żmien possibli, ċertament f' dawn il-ftit ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kif se tintlaqat is-sistema tal-F.S.S. minħabba d-diversi rebates li wiegħed il-Partit Nazzjonalista fil-Programm Elettorali tiegħu, aktar u aktar billi fil-Budget għas-sena 1996 kien ġie abolit it-tnaqqis ta' konċessjonijiet, deductions u rebates mill-Income Tax?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Dipartiment qiegħed jistudja l-mod kif jimplimenta l-miżuri msemmija mingħajr ma tintlaqat is-sistema tal-FSS.
Jista' d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jinvestiga l-każ ta' ex-impjegati tal-Kumpannija CASUALS LTD. li skond id-dipartiment għadhom ma ħallsux it-taxxa dovuta fis-sena bażika 1989 meta l-employer tagħhom kien għamel it-tnaqqis meħtieġ skond il-liġi iżda naqas li jgħaddi l-fondi lil CIR?
Response (DALLI, JOHN)
Il-każ li għalih qed jirreferi l-Onor. Leo Brincat ġie investigat mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Dawk l-impjegati li għarfuna bil-problema qed jiġu ikkreditati bit-taxxa mnaqqsa mill-paga.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset capital gains tax fuq is-somma li l-Perit D. Mintoff irċieva bħala kumpens parzjali dwar il-bini tal-Power Station ta' Delimara qrib l-Għarix, ġaladarba is-somma ma kenitx iffissata mill-Qorti bħala kumpens iżda kienet riżultat ta' trattattivi privati?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor Interpellant jaf li din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjoni ta` segretezza fl-Income Tax Act.