Legislature:
Category:
Reset
Active:

PTA — Trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jassigura li l-karozzi tal-linja ikollhom in-numru u d-destinazzjoni ndikati fuq wara? Jista' jara li dawn ikunu nklużi fl-ispecifications il-ġodda tal-karozzi tal-linja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għadu ma ntlaħaqx ftehim mas-sidien tal-karozzi tal-linja biex in-numri tad-destinazzjoni jerġa` jibda jintwera fuq in-naħa ta` wara tal-karozzi tal-linja. Jien infurmat ukoll li l-ispeċifikazzjonijiet tal-karozzi ġodda jispeċifikaw li jrid ikollhom in-numru tad-destinazzjoni fuq wara.
Leg 9 PQ #3514 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li huma fis-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed u f'liema impjieg kienu l-aħħar qabel ġew fis-segretarjat?

Response (DALLI, JOHN)

Il-proċess biex jiġu ffirmati l-kuntratt\ftehim tal-persuni li għandhom jaqdu dmirijiet fis-Segretarjat tiegħi għadu mhux konkluż. Qed nehmeż l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant dwar dawk il-persuni f`dan is-Segretarjat Privat li diġa iffirmaw il-Kuntratt\ftehim. Aktar dettalji fuq ir-responsabbiltajiet assoċjati mal-pożizzjonijiet ta` dawn l-individwi jinsabu fid-dokument `Engagement of Staff for Private Secretariats` li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta` Novembru 1998. Minister`s Private Secretariat Position Name Remarks Personal Assistant Michael Debono Corporation Private Secretary Antoine Attard Public Officer Assistant Private Secretary Anton Callus MITTS Secretariat Officer Giorgiana Mallia Public Officer Secretariat Pool Nadine Paris Public Officer Security \ Driver Chris Baldacchino On Contract Security \ Driver Arnold Farrugia On Contract
Leg 9 PQ #3556 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni — Kumitat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-kumitat ad hoc li twaqqaf biex jirrikmanda rimedji u suġġerimenti dwar il-proċess ta' l-importazzjoni? Fuq liema kriterji ntgħażlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kumitat 'ad hoc' li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa magħmul minn persuni li għandhom interess dirett u minn uffiċjali minn dipartimenti governattivi li għandhom konnessjoni ma' l-importazzjoni. Huwa l-għan prinċipali tal-membri ta' dan il-Kumitat li tiżdied l-effiċjenza fil-qasam ta' l-importazzjoni.
Leg 9 PQ #3634 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Turisti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3290?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-average durations tat-turisti li żaru Malta mill-1995 sa Ġunju 1998 huma skond it-tabella ta' hawn taħt. Average 1995 1996 1997 1998 length of stay (Jan-Jun) 5 star hotels 6.6 6.9 7.1 6.4 4 star hotels 9.0 9.3 9.1 8.5 3 star hotels 9.7 9.9 9.5 9.2 2 star hotels 8.7 9.8 8.9 10.0 1 star hotels 8.9 9.7 9.2 8.3 Hostels and 9.4 10.0 9.7 9.7 Guesthouses Complexes 10.3 10.6 10.3 9.8 Other 10.7 10.7 10.0 9.7 TOTAL 9.8 10.0 9.6 9.0
Leg 9 PQ #3665 Sitting 51 1999-01-18 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3289?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li parti sostanzjali ta' l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant titlob stħarriġ ma' kull lukanda f'Malta u Għawdex mhux possibbli li tingħata tweġiba malajr għax l-informazzjoni trid iż-żmien biex tinġabar. Kif jintemm l-istħarriġ meħtieġ tingħata tweġiba b'mod eżawrenti.
Leg 9 PQ #3286 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Team tal-Juventus fl-MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija on duty fl-arrivals section ta' l-Ajruport Internazzjonali sabiex jikkontrollaw il-folla dak inhar li wasal it-team tal-Juventus f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kien hemm 25 pulizija, 14.01.99
Leg 9 PQ #3287 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

VAT II — Żieda fil-prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu irrapportati żidiet fil-prezzijiet kemm ilha li daħlet fis-seħħ il-VAT II? Liema kienu dawn l-items? B'kemm għollew? Kemm kien hemm każi fejn il-Ministeru intervjena sabiex jassigura li ċerti prodotti jorħsu kemm suppost? Liema kienu dawn il-każi? X'miżuri konkreti qed jieħu l-Ministeru biex jiżgura jekk żidiet f'ċerti servizzi kenux ġustifikati jew le? Kemm saru investigazzjonijiet dwar żidiet konnessi mas-settur tas-servizzi? Kemm daħlu ilmenti fuq is-servizzi? Kemm daħlu ilmenti fuq il-freephone jum b'jum kemm ilha li reġgħet iddaħħlet il-VAT?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi tal-VAT, daħlu fil-Consumer Complaint Unit tad-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur 143 rapport dwar żidiet fil-prezzijiet. Ir-rapporti li daħlu fuq il-Freephone 120, jum b'jum, kienu kif ġej:- DATA NUMRU TA' LMENTI 4.01.1999 11 5.01.1999 12 6.01.1999 27 7.01.1999 16 8.01.1999 27 11.01.1999 39 12.01.1999 11 TOTAL 143
Leg 9 PQ #3289 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi li huma under construction? Kemm hemm li qed jiġu upgraded? Kemm mistennija jipprovdu sodod individwalment? F'liema kategoriji jinsabu? Kemm inbnew lukandi ġodda u saru upgradings mill-1995 sal-lum sena b'sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3290 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Turisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-average durations tat-turisti li żaruna mill-1995 sal-lum, sena b'sena, skond il-kategorija tal-akkomodazzjoni?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2782 Sitting 41 1998-12-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' x'nefaq il-gvern fuq konsulenza għad-dħul mill-ġdid tal-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

S`issa ma ntnefaq xejn mil-gvern fuq konsulenza għad-dħul mill-ġdid tal-VAT.
Leg 9 PQ #2451 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Bord ta' Inkjesta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Bord ta' Inkjesta mwaqqaf mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar il-każ tal-Gżira ħass illi m'għandux jieħu aktar konjizzjoni tal-każ sakemm din il-kwestjoni tibqa' sub-judice?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Permezz ta' ittra datata 31 ta' Awissu 1998 lill-Onor Freddie Portelli, Ministru tad-Djar u Kunsilli Lokali, ic- Chairman tal-bord maħtur mill-istess Ministru fisser li l- proċeduri legali mibdija quddiem il-Qorti Ċivili rrendew il-pożizzjoni tal-bord prekarja u għaldaqstant diffiċli li jasal għall-konklużjonijiet mixtieqa. Fl-istess ittra ġie ritenut li: Minħabba li din il- kwistjoni issa tinsab sub judice il-bord iħoss li ma għandux jieħu aktar konjezzjoni tal-Każ. Wara bidla fl-amministrazzjoni, il-Prim Ministru, bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali qabel li l- Investigazzjonijiet mibdija minn dan il-bord għandhom jiġu posposti sakemm jiġu konklużi l-proċeduri legali, u dan peress li dawn il-proċeduri jistgħu jwasslu għall-proċeduri ulterjuri permezz tal-Pulizija jekk jinstabu provi sodi dwar dan.
Leg 9 PQ #2487 Sitting 29 1998-12-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Poultry Processors Association

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata konsiderazzjoni lit-talba li saritlu mill-Poultry Processors Association?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba li saret mill-Poultry Processors Association qed tkun ikkunsidrata.
Leg 9 PQ #2361 Sitting 25 1998-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Finanzi — Ħaddiema tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-cash payment li se jingħata lill-ħaddiema tal-Gvern f'Diċembru li jammonta għal Lm234 hux se jkun intaxxat taħt is-sistema tal-FSS inkluż mal-paga ta' Diċembru jew hux se titħallas taxxa fuqu addizzjonali għal kull sena li hu mogħti (eżempju 1996- 1999)?

Response (DALLI, JOHN)

L-ammont ta` Lm234 hu suġġett għal tnaqqis ta` taxxa taħt is-sistema tal-FSS kemm-il darba l-impjegat involut jaqbeż it-thresholds li jagħmluh taxxabbli.

Vetturi — Administrative charge

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun l-administrative charge fuq kull karozza li se tkun sottomessa għat-testijiet fuq motor vehicles? Kemm huwa maħsub li jsiru testijiet tul l-1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni kollha mitluba fl-ewwel parti tal-mistoqsija tinsab fir-Regolamenti ta` l-ewwel 1998 dwar Testijiet biex jiccertifikaw li Vetturi bil-Mutur ikunu Tajba għat-Triq li ġew ippublikati permezz ta` Avviż Legali Numru 126 ta` l-1998. In-numru ta` vetturi li jiġu ttestjati jiddependi minn meta jidħol fis-seħħ il-VRT billi d-dati oriġinali skond Avviż Legali Nru. 126 ma ġewx osservati.
Leg 9 PQ #2249 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Prim Ministru Taljana D'Alena — Diskussjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jelabora dwar id-diskussjonijiet li kellu mal-Prim Ministru Taljan d'Alena dwar l-ittraffikar ta' l-immigranti illegali? Se jitwaqqaf xi pjan ta' azzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fost affarijiet oħra, l-Prim Ministru Taljan u jien rrevedejna l-istat tan-negozjati li hemm għaddejin bħalissa u li għandhom iwasslu għall-koperazzjoni bilaterali għall- kontroll tat-traffikar ta' immigranti llegali u money laundering kif ukoll koperazzjoni bejn is-servizzi taż- żewġ naħat. Aħna qbilna li dawn il-ftehim għandhom jiġu konklużi mill-aktar fis possibbli sabiex din il- kooperazzjoni tiġi attwata.
Leg 9 PQ #2251 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali

Question

Billi tħabbar li s-Central Bank mhux se jibqa' responsabbli għall-qasam regolatorju, jista' l-Ministru jikkonferma li dan issa se jgħaddi għand iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji? Jekk iva, x'wassal lill-Gvern biex jieħu din id-deċiżjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Kif għedt f`paġina 91 tad-Diskors tal-Budget, `irridu nerġgħu naqbdu t-triq biex il-Bank Ċentrali jinża mir-rwol regolatorju tiegħu u jikkonċentra fuq il-politika monetarja.` Nista` nikkonferma li dan ser jsir u rwol regolatorju hemm il-ħsieb li ngħadduh għand iċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.
Leg 9 PQ #2252 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF — 2 yearly review

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li tiġi Malta d-delegazzjoni ta' l-IMF għat-2 yearly review tagħha?

Response (DALLI, JOHN)

Id-delegazzjoni tal-IMF mistennija f`Malta kmieni s-sena d-dieħla biex tagħmel it-2 year review tagħha.
Leg 9 PQ #2253 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Trade Fair Corporation — Xiri ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fit-taħdidiet li l-Gvern kellu għaddejjin mat-Trade Fair Corporation dwar ix-xiri ta' l-art tat-trade fair grounds?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf tajjeb l-Onor. Interpellant jeżisti diżgwid bejn id-diversi rappreżentanti ta` l-għaqdiet fi ħdan il-Korporazzjoni tal-Fieri rigward il-proposta tal-Gvern dwar għajnuna mitluba mill-Korporazzjoni għax-xiri tat-trade fair grounds. Dan id-diżgwid bejn il-partijiet ikkonċernati għadu ma ġiex riżolt u għaldaqstant it-taħdidiet li l-Gvern kellu mal-Korporazzjoni għadhom ma tkomplewx.

Gvern Amerikan — Taħdidiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ma' liema uffiċjali tal-Gvern Amerikan saru taħdidiet s'issa? X'laqgħat hemm ippjanati għall-ġejjieni qarib?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perijodu indikat, saru taħdidiet ma' Mr. Thomas Pickering, Sotto Segretarju tad-Dipartiment ta' l-Istat, fid-19 ta' Settembru fi New York, ma' Ms. Carolee Heilemann, Direttriċi tal-Western European Affairs tad-Dipartiment ta' l-Istat, fil-23 ta' Settembru f'Malta u ma' Ms. Sandra Willet Jackson, Senior Director u Coordinator Business Affairs tad-Dipartiment ta' l-Istat, fit-8 ta' Ottubru f'Malta. Huwa previst illi fil-futur qrib, uffiċjal mill-qasam tal-Kummerċ fid-Dipartiment ta' l-Istat għandu jagħmel żjara f'Malta biex jistudja l-possibilta' ta' tkattir tal-investiment Amerikan f'Malta u d-Desk Officer għal Malta fid-Dipartiment ta' l-Istat għandha wkoll tagħmel żjara ta' familjarizazzjoni.