Jista' l-Ministru jispjega kif hawker mingħajr liċenzja ta' jobber kellu l-bowser tiegħu qrib il-vapur St Elmo in konnessjoni ma' provvisti ta' diesel nhar it-28 ta' April filgħodu? Jikkonferma l-Ministru rapporti li dan il-hawker qed iforni diversi lukandi ewlenin Maltin għad-dannu ta' diversi jobbers?
Response (BONNICI, JOSEF)
Rapporti dwar l-inċidenti in kwistjoni ġew investigati mill-Korporazzjoni Enemalta u l-hawker ikkonċernat diġa' ġie mwissi serjament li l-Korporazzjoni ser tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex tiżgura li dan ma jiksirx il-kundizzjonijiet tal-liċenzja tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta ġie konkluż Article IV Consultation ta' l-Executive Board ta' l-IMF ma' l-awtoritajiet Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
L-Article IV Consultation tal-Board Eżekuttiv tal-I.M.F. mal-Awtoritajiet Maltin ġie konkluż nhar il-Ġimgħa 26 ta` Marzu 1999. Hu mistenni li r-rapport finali jasal għand il-Gvern sal-aħħar ta` Ġunju li ġej.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minflok ma ġie supplied minn jobbers Maltin il-vapur Telatela llum 28 ta' April, 1999 ġie fornut minn bowser mill-Italja bil-lubricating oil (AGIP)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-każ imsemmi jirrigwarda xogħol ta' bunkering u dan it-tip ta' xogħol jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' azjenda li ma tifformax parti mid-dekasteru tiegħi, nissuġġerixxu li l-mistoqsija ssir lill-Ministru konċernat.
Minħabba fl-umdita' li għandha l-persuna, li l-isem u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tista' tiġi kkonsidrata għall-fond vakanti ta' l-istess daqs fl-istess housing estate, kif indikat minnha stess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-post alternattiv indikat kien ġia ġie allokat fit-23 ta' Marzu 1999. L-applikazzjoni tal-persuna msemmija kienet saret fid-19 ta' April 1999.
3.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqalu x'jiġbor fi spejjeż il-gvern dwar il-Crans Montana Conference li kienet inżammet f'pajjiżna żewġ leġislaturi ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Gvern ma baqagħlux x`jiġbor aktar fi spejjez mill-Konferenza Crans Montana li nżammet f`Malta żewġ leġislaturi ilu.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema arranġamenti l-Ministeru tal-Finanzi jagħmel użu mis-servizzi tad-ditta tal-PR MAS Communications? Din il-kumpannija għandha xi retainer mill-Ministeru? Kif intgħażlet?
Response (DALLI, JOHN)
Din il-kumpanija m`għandha ebda arranġamenti mill-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-ħatra ta' assistant heads wara li saru l-interviews meħtieġa u ħarġu l-placings ta' l-applikanti? Qed nirriferi għas-sejħa għall-applikazzjonijiet li saru taħt l-amministrazzjoni l-oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saru interviews separati għall-ħatra ta' Assistent Kap ta' Skola fl-iskejjel Primarji, l-iskejjel Sekondarji u l-iskejjel tas-Snajja'.
Id-Diviżjoni resqet in-nominazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku biex timla l-vakanzi fis-settur Sekondarju u dak tas-Snajja'.
Sfortunatament, ir-riżultat tas-selezzjoni ta' l-Assistenti Kapijiet ta' l-Iskejjel Primarji ġie annullat mill-PSC u l-intervisti ser isiru mill-ġdid minn Bord ġdid tal-PSC.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir l-operazzjoni fl-Isptar San Luqa fuq il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar każ ta' artrite akut li ilu pendenti ġimgħat sħaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija tpoġġiet fuq il-'waiting list' għal-operazzjoni ta' 'total hip replacement' fit-22 ta' Settembru 1998.
Fl-istorja hemm imniżżel li jekk is-sitwazzjoni tiggrava kellha tattendi qabel. Il-persuna m'attendietx.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern Malti għandux xi ħsieb li jwaqqaf private finance unit, simili għall-PFI tat-Teżor Ingliż, bil-għan li jiġu nkoraġġuti public/private partnerships?
Response (DALLI, JOHN)
Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant jiġi kkonsidrat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlulha proġetti ta' investiment ġdid, xahar b'xahar mill-elezzjoni ġenerali sal-lum, l-MDC? Kemm minnhom kienu proġetti ġodda? Kemm minnhom kienu extensions ta' proġetti eżistenti? Kemm mistennija jħaddmu nies?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mill-Elezzjoni Ġenerali ta' Settembru 1998 sa llum, l-MDC irċeviet 45 proposta ta' investiment imqassmin kif ġej:-
XAHAR ĠODDA ESPANSJONIJIET
Settembru 1998 2 -
Ottubru 1998 5 1
Novembru 1998 2 1
Diċembru 1998 4 2
Jannar 1999 3 1
Frar 1999 5 4
Marzu 1999 3 6
April 1999 2 4
Total 26 19
Jekk dawn il-proġetti jiġu approvati u jibdew joperaw, hu mistenni li fi żmien tlett snin iħaddmu 844 persuna.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir min-naħa tal-gvern dwar dak li għandu x'jaqsam ma' recurrent expenditure control?
X'inhi l-politika ta' dan il-gvern dwar supplimentary estimates?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed isir monitoring kull xahar, fuq bażi ta` kull dipartiment, u tintalab spjegazzjoni (jekk ikun il-każ) fejn u meta jinħass li jista` jkun hemm varjazzjoni fl-infiq li tista` twassal biex l-allokazzjoni originali tkun maqbuża.
Fondi supplementarji jiġu pprovduti biss jekk jinqalgħu kontinġenzi neċessarji u urġenti li ma kienux previsti waqt il-preparazzjoni ta` l-Estimi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-projections tal-gvern għal rata li huwa dħul u ħruġ (revenue and expenditure) humiex on track meta mqabbla mal-figuri attwali għal Jannar u Frar?
Response (DALLI, JOHN)
Id-dħul u l-infiq attwali fl-ewwel xahrejn ta` din is-sena huma fil-fatt fuq l-istess livell ta` kemm kienu mistennija li ser ikunu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur mill-bidu tas-sena 'il quddiem? Min huma l-membri attwali tal-kunsill? X'ħidma saret mill-kunsill mill-elezzjoni ġenerali sal-llum? X'kienet ir-raġuni li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, spiċċa konsulent mal-ministeru u ma baqax jagħti s-servizz tiegħu fid-dipartiment għall-affarijiet tal-konsumatur?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħalma hija l-prattika, meta f`Settembru li għadda kien hemm bidla fl-amministrazzjoni, il-membri tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur issottomettew ir-riżenja tagħhom. Dan il-Kunsill għad irid jiġi kostitwit. Għaldaqstant l-istess kunsill bħalissa mhux qed jiltaqa`.
Fl-24 ta` April 1998, Ministru tal-Finanzi ta` dak iż-żmien, jiġifieri l-Onorevoli Interpellant inniffsu, inkariga lil persuna oħra fid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur biex tagħmel xogħol relatat mal-Commission for the Education and Protection of Consumers, l-istess xogħol li sa l-imsemmija data kien isir mill-persuna li għaliha qed isir riferenza.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond il-kategorija tan-nies li hemm jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kummerċ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-preżent hemm dawn il-persuni jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kummerċ:
Direttur 1
Prinċipal Anzjan 5
Prinċipal 6
Assistent Prinċipal 5
Uffiċjal Eżekuttiv 12
Supervisor 2
Skrivani 14
Skrivani każwali 3
Messaġġiera 5
Grupp III 7
Grupp II 14
Gradi industrijali oħra 2
Minn dawn Assistent Prinċipal qiegħed sekondat ma' Union u 3 Uffiċjali Eżekuttivi, 3 Skrivani u Grupp II jinsabu fuq 'Parental Leave'
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Gvern jidher li waqa' lura fl-ippubblikar ta' tagħrif dwar dħul u ħruġ (Revenue & Expenditure) fil-gazzetta tal-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Membru li r-rendikonti kif jesiġi artiklu 65(I) ta` l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-Verifika (Att ta` l-1962) qed jitħejjew biex jiġu mgħoddija lill-Awditur Ġenerali biex sussegwentement jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra kif titlob l-istess liġi.
Tabella Numru 1 ta` dawn ir-rendikonti turi d-dħul u l-ħruġ (Revenue and Expenditure) tal-Fond Konsolidat sa l-aħħar ta` Diċembru 1998. Malli dan id-dokument jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra jkun ukoll ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern, flimkien ma` tabelli oħra li juri l-figuri għall-ewwel xhur ta` l-1999.
Għall-informazzjoni tal-Kamra qed nagħti tagħrif dwar id-dati li fihom kienu ippubblikati rendikonti preċedenti fl-aħħar snin:
Data tal-pubblikazzjoni Nru. tal-Gazzetti Xhur ippubblikati
tal-Gvern
29 ta` April 1994 15935 Diċembru 1993
3 ta` Mejju 1994 15938 Jannar\Frar\Marzu 1994
5 ta` Mejju 1995 16106 Diċembru 1994
16 ta` Mejju 1995 16111 Jannar\Frar 1995
23 ta` Mejju 1995 16113 Marzu 1995
14 ta` Mejju 1996 16277 Diċembru 1995
14 ta` Mejju 1996 16277 Jannar\Frar\Marzu 1996
29 ta` April 1997 16448 Diċembru 1996
29 ta` April 1997 16448 Jannar\Frar\Marzu 1997
15 ta` Mejju 1998 16617 Diċembru 1997
15 ta` Mejju 1998 16617 Jannar\Frar\Marzu\
April 1998
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma rapporti li fil-kwestjoni tat-tfittix għaż-żejt, l-aġent direttur fl-Oil Exploration Division ta' l-OPM mexa b'kejl differenti mal-ġurnalisti li talbuh intervisti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mid-Direttur, Tiftix għaż-Żejt, fl-Uffiċċju
tal-Prim Ministru, li sakemm il-prudenza u l-korrettezza
kienu rispettati, hu dejjem mexa bl-istess kejl mal-
ġurnalisti li talbuh intervisti.
Ninsab infurmat ukoll li matul dawn l-aħħar ġimgħat, hu fil-
fatt ta ntervisti lil dawk il-ġurnalisti kollha li talbuh,
sakemm hu kien disponibbli, jiġifieri lill-ġurnalisti ta' l-
RTK, Il-Ġens, The Times, In-Nazzjon/Il-Mument, l-
Orizzont/It-Torċa, PBS u Net TV.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li Malta beħsiebha tfittex li tissieħeb fi ħdan l-OECD?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Jiena nfurmat illi l-Ministeru għal Servizzi Ekonomiċi qed jeżamina l-possibilita', jiġifieri r-rekwiżiti u l-effetti, ta' sħubija Maltija fl-Organiżazzjoni għal Kooperazzjoni Ekonomika u Żvilupp (OECD).