Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7562 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija — Ristrutturar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern dwar ristrutturar ta' l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern qed jikkonkludi eżerċizzju sabiex ikun f'pożizzjoni aħjar li jfassal il-pjani neċessarji dwar ir-ristrutturar ta' l-industrija. F'dan il-proċess għandha rwol ewlieni l-IPSE. Fil-ġejjieni l-Gvern ser jiltaqa mas-sieħba soċjali dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #7563 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Politika industrijali tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min qed titħejja u tiġi fformulata d-draft tal-politika ġdida industrijali tal-gvern?

Response (BONNICI, JOSEF)

Diversi dipartimenti, fosthom it-Taqsima ta' l-Ippjanar Ekonomiku, l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika u dak ta' l-Industrija, numru ta' korporazzjonijiet, bħall-MDC, METCO u MIMCOL, kif ukoll azjendi oħra bħall-Malta Drydocks u l-Malta Shipbuilding, qed jaħdmu sabiex jitfassal dokument komprensiv dwar il-politika industrijali ta' pajjiżna. Huwa ppjanat li l-abbozz ikun lest f'Ottubru ta' din is-sena, meta l-Gvern għandu l-ħsieb li jiddiskutieh mas-sieħba soċjali fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku.
Leg 9 PQ #7564 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Politika komuni barranija u ta' sigurta' — Sħubija ta' Malta

Question

Billi l-gvern Malti ilu kommess mill-1992 li jissieħeb f'politika komuni barranija u ta' sigurta', anke meta din tieħu dimensjoni ta' difiża, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tal-gvern Malti għall-mixja attwali tal-mexxej Ewropej lejn difiża komuni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti għall-progress li qiegħed isir fir-rigward tal-politika komuni barranija u ta` sigurta tal-Unjoni Ewropeja hija waħda ta` rikonoxximent għall-bżonn li l-Unjoni jkollha l-meżżi sabiex tiggarantixxi s-sigurta` tagħha. Il-Gvern iqis li żvilupp simili ma huwa bl-ebda mod ta` ostaklu għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja, fatt li ġie rikonoxxut mill-istess Unjoni fis-sessjoni ta` screening fuq dan il-qasam li sar fit-8 ta` Ġunju.
Leg 9 PQ #7703 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Eżenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' dawk li eżentaw ruħhom mir-reġistrazzjoni għall-VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif kienu juru r-records tad-Dipartiment fid-9 ta` Ġunju 1999, in numru ta` operaturi tan-negozju li għażlu li jibqgħu barra mis-sistema tal-VAT peress li l-valur tal-bejgħ tagħhom ta` sena ma jaqbiżx it-thresholds stabbiliti fl-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kien 12,144. Dan jikkompara ma 27,667 li kien jaqgħa taħt it-tresholds tas-CET.
Leg 9 PQ #7704 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Duty Free Shops

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi il-qagħda uffiċjali tal-gvern Malti dwar id-duty free shops wara d-deċiżjoni li ttieħdet fil-kunsill ta' Cologne tal-Unjoni Ewropea?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din l-materja qed tiġi studjata fil-kuntest wiesgħa tal-proċess biex Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. B'dan l-istadju għadu prematur li wieħed jidħol iktar fid-dettal.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu talbiet pendenti quddiemu bħalissa d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għall-akkomodazzjoni alternattiva? Kemm minnhom jikkonċernaw single parents?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi hemm 3274 talba għall-akkomodazzjoni alternattiva li minnhom 77 huma talbiet minn single parents. 9.6.99
Leg 9 PQ #7524 Sitting 117 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-Films — Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7213?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm il-ħsieb li l-pesuna msemmija, li ġiet identifikata biex taqdi l-funzjoni ta` "Film Commissioner", tinħatar f`din il-kariga. Qed jiġi studjat taħt liema struttura ser jopera u b`liema kundizzjonijiet, u dan bl-iskop li tingħata l-aħjar għajnuna lill-industrija tal-films u bl-akbar effikaċita`. Ma jirrizultax li s-Sur Azzopardi huwa impjegat ta` NET TV.
Leg 9 PQ #7514 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF — Konsultazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-konsultazzjonijiet mal-IMF, dawn ta' l-aħħar urewx ir-riżervi tagħhom dwar l-infiq supplimentari min-naħa tal-Gvern Malti?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onor Interpellant jaf li mhux il-każ wieħed jikkumenta bit-teftifiet dwar il-konsultazjonijiet tal-IMF.
Leg 9 PQ #7515 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex jgħaddi l-funzjoni regolartorja tal-Bank Ċentrali lill-MFSC?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Gvern għamel l-intenzjoni tiegħu ċara. Pero din it-transazzjoni m`għandiex issir b`għaġġla jew b`xi time tables ristretti.

Satillite disk — Liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-penali għal min ma jħallasx il-liċenzja tas-satellite disk fil-pront?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond il-liġi tat-Telegrafija mingħajr Fili min ma jħallasx għat-tiġdid tal-liċenzja ta` l-apparat mingħajr fili fi żmien stipulat jeħel penali li tkun daqs darbtejn id-dritt tal-liċenzja, fil-każ ta` dritt tal-liċenzja sa tnax `il lira u ħamsa u għoxrin lira fil-każ ta` drittijiet tal-liċenzja ta` iżjed minn tnax `il lira b`żieda mad-dritt dovut għat-tiġdid tal-liċenzja. Fil-każ ta` min ma jġeddidx il-liċenzja ta` Lm25 tas-satllite `Television Receive Only (TVRO)`, jew kif isibuħ is-`satellite dish`, fil-ħin stipulat jeħel penali ta` Lm25.
Leg 9 PQ #7517 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — San Gwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex tiġi rispettata x-xewqa taċ-ċittadini ta' San Gwann biex jkun hemm preżenza aktar qawwija tal-pulizija fil-lokal kif ukoll biex jiġi żgurat li l-għassa tal-pulizija tkun manned 24 siegħa kuljum?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4414.
Leg 9 PQ #7518 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni Parastatali — Year 2000 complaint

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 7336?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-korporazzjonijiet parastatali li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi qegħdin jieħdu l-miżuri neċessarji biex ikunu Year 2000 compliant. Fil-fatt il-Korporazzjoni tal-Port Ħieles diġa` hija Year 2000 compliant. L-M.D.C. identifikat is-sistemi li għandhom jiġu ttestjati u fil-fatt ħejjiet pjan biex sa l-aħħar tas-sena jittieħdu l-passi rimedjali neċessarji. Fir-rigward tal-Korporazzjoni Enemalta nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Twegiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7381. Huwa l-għan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma li s-sistemi li huma krucjali għall-operat tagħha, jkunu certifikati bħala compliant u ttestjati sal-31 ta` Lulju 1999. L-unika sistema li mhux ippjanat li tkun irranġata sa din id-data huwa kontrollur ta` impjant tar-Reverse Osmosis waħda, dik tal-Marsa, li huwa ppjanat li jinbidel sa tmiem Novembru 1999.
Leg 9 PQ #7519 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 7221?

Response (BORG, JOE)

In-nefqa f`hospitality u fi vjaġġi mill-elezzjoni ġenerali sakemm kien għadu jokkupa l-kariga ta` Ministru ta` l-Affarijiet Barranin il-predeċessur tiegħi, kienet LM7482.72 u LM43,535.13 rispettivament.

Konferenza Nazzjonali dwar il-Qgħad

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif laqa' t-talba tal-UĦM biex issir konferenza nazzjonali dwar il-qgħad minħabba li pajjiżna bħalissa għandu l-għola ċifra ta' qgħad ta' dawn l-aħħar 12-il sena kif ukoll minħabba li din il-figura telgħet b'1,200 persuna f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-informazzjoni ta' l-Onor. Membru l-qgħad f'Novembru 1998 kien ta' 7,371, filwaqt li dak ta' April huwa ta' 7,402. Dan ifisser żieda a' 31 persuna f'sitt xhur u mhux 1,200 kif allegat fil-Mistoqsija. L-ittra tal-UHM, tat-22 ta' Mejju waslet f'dan il-Ministeru fis-27 ta' Mejju u qiegħda tiġi kkonsidrata. 2.6.99

Konferenza Nazzjonali dwar il-Qgħad

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif laqa' t-talba tal-UĦM biex issir konferenza nazzjonali dwar il-qgħad minħabba li pajjiżna bħalissa għandu l-għola ċifra ta' qgħad ta' dawn l-aħħar 12-il sena kif ukoll minħabba li din il-figura telgħet b'1,200 persuna f'dawn l-aħħar sitt xhur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi Seduta oħra. 31.5.99
Leg 9 PQ #7220 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Sunday Trading

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsiderazzjonijiet min-naħa tal-gvern biex jieħu pożizzjoni dwar is-Sunday Trading?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern għadu ma adottax policy dwar is-Sunday Trading. Meta jkun il-waqt il-Gvern jagħmel pubblika l-policy tiegħu dwar l-istess.
Leg 9 PQ #7221 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq fi vjaġġi u f'hospitality mill-predeċessur tiegħu mill-elezzjoni ġenerali sal-lum?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #7336 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjonijiet Parastatali — Year 2000 Compliant

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx korporazzjonijiet parastatali li rriżultaw li m'humiex Year 2000 Compliant? Jekk iva, liema huma u x'passi rimedjali qed jittieħdu għaż-żmien li baqa'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7213 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-Films — Kummissarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret is-sejħa biex jiġi maħtur kummissarju għall-industrija tal-films? Kif saret l-għażla tas-Sur Winston Azzopardi? Minħabba f'dan ix-xogħol ġdid, is-Sur Azzopardi se jkompli jaħdem ma' NET TV? X'inhi r-remuneration tiegħu għal dan ix-xogħol ġdid ma' din il-kummissjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.