Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8408 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'miżuri konkreti beħsiebu jieħu l-gvern biex inaqqas id-daqs tas-settur pubbliku kif rakkomandat mill-UE u minn diversi aġenziji ta' kreditu internazzjonali?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Bħalma żgur jaf l-Onor Interpellant, anke mill-esperjenza ministerjali tiegħu, hija l-mira ta' kull Gvern, inkluż dak preċedenti, li l-livelli fid-daqs tas-settur pubbliku ikun wieħed aktar razzjonali. Madankollu, dan hu process kontinwu li jitwettaq fuq medda ta' snin permezz ta' diversi inizjattivi li jittieħdu minn żmien għal żmien u li jkunu jiffurmaw parti minn strateġija wiesgħa u fit-tul.
Leg 9 PQ #7901 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti li mietu b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li mietu b'overdose fl-Isptar Monte Carmeli mill-1996 sal-lum? Jista' jindika x-xahar u s-sena meta sar dan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-1996 sal-lum ma mietux pazjenti b'overdose fl-Isptar Monte Carmeli.
Leg 9 PQ #7902 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Biennale ta' Venezia — Sehem ta' artisti Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif saret l-għażla ta' artisti Maltin li se jieħdu sehem fil-Biennale ta' Venezia li fetħet nhar it-13.6.99?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta esawrjenti li ġa` tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 7814.
Leg 9 PQ #7903 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk Co. Ltd. — Ftehim

Question

Billi l-Prim Ministru ftit ilu indika li ftehim dwar tal-Kalaxlokk kien fil-viċin waqt li ġurnal ewlieni lokali qal li dawn għadhom 'il bogħod minn ftehim, jista' l-Ministru jagħmel stqarrija dwar fiex waslu t-taħdidiet f'ġieħ l-interess pubbliku u b'mod partikolari l-interess tal-ħaddiema nfushom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-ewwel parti tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7922 tas-Seduta numru 126.
Leg 9 PQ #7762 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Stati Uniti — GSP

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti dwar il-GSP vis-a-vis l-Istati Uniti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Malta hija waħda mill-pajjiżi li tibbenifika mis-sistema tal-GSP (Generalised Scheme of Preferences) ta' l-Istati uniti. Din l-iskema hija riveduta kull sena u l-aħħar li ġiet imġedda għal pajjiżi kollha, inkluż Malta, ġiet imġedda sa 30 ta' Ġunju 1999. Wara din id-data, Malta mal-pajjiżi l-oħra tibqa' tibbenifika minn din l-iskema retroattivament.
Leg 9 PQ #7890 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta' l-impjiegi li mistennija jinħolqu bil-proġett tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma jistax jingħata 'breakdown' b'dan il-mod.
Leg 9 PQ #7898 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MOBC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-qligħ sena b'sena tal-MOBC mill-1996 sal-lum? It-trattattivi biex din tiġi privatizzata tkomplew? Dawn qed isiru mill-Ministeru tiegħek jew mill-Ministeru tal-Finanzi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Djar — Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

L-Awtorita' tad-Djar kellha l-feedback negattiv li kellna aħna d-deputati dwar il-prezzijiet mitluba lill-inkwilini ta' St. Andrews u Pembroke Hsg. Estate għal bejgħ lilhom tal-postijiet tal-gvern li għexu fihom b'kera f'dawn l-aħħar snin? Billi qed jingħad li ċerti prezzijiet ġew iffissati għaliex Pembroke tqieset bħala prime site, ittieħdet in konsiderazzjoni li dawn qegħdin f'area ta' housing estate tal-gvern u mhux f'zona residenzjali kummerċjali kwalunkwe? B'kollox kemm kien hemm eliġibbli familji li setgħu jixtru l-fondi li joqogħdu fih? Kemm ingħataw żmien biex jiddikjaraw l-interess tagħhom? Kemm fil-fatt urew interess li jixtru l-fond li qegħdin fih? Jista' l-Viċi Prim Ministru jispeċifika fit-tweġiba tiegħu kemm ġew minn St. Patricks H.E., minn St. Georges H.E., minn St. Andrews H.E. u minn Juno Flats? Minn min saret l-istima tal-postijiet u liema kriterji ntużaw? B'paragun mal-prezzijiet ta' wħud mill-postijiet, jinħass li l-livell ta' sussidju kien wieħed baxx meta wieħed iqis li hemm ħafna residenti li huma nies boarded out, ħaddiema b'paga baxxa u anke single parents?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar bagħtet l-applikazzjoni formali għax-xiri ta' residenzi tagħhom kif jingħad hawn taħt cioe' St Patrick's 8 St George's 6 St Andrew's 49 Juno Flats 8 ---- 71 Dawn ingħataw tlett xhur żmien biex jirritornaw l-applikazzjoni formali. Kif jiskadi dan it-terminu tintbagħat reminder u jingħata xahar ieħor. Minn dawn, 43 irritornaw din l-applikazzjoni formali. Dawn huma mqassmin hekk:- St Patrick's 2 St George's 5 St Andrew's 32 Juno Flats 4 ---- 43 L-Awtorita' tad-Djar tagħat appuntamenti għall-iffirmar tal-konvenji:- St George's 1 St Andrew's 19 li minnhom 2 diġa' ffirmaw il-konvenju Juno Flats 3 ---- 23 Il-valutazzjonijiet li ġew magħmula minn Perit nominat mill-Awtorita' tad-Djar saru fuq kriterji stabbiliti. Il-livell tas-sussidju huwa relatat mad-dħul ta' l-applikant u dana kif jirriżulta mill-iskema relattiva. Applikanti li d-dħul tagħhom ma jeċċediex Lm3,000 fis-sena jħallsu biss 20% bil-prezz u b'hekk igawdu minn sussidju ta' 80%. 21.06.99

Awtorita' tad-Djar — Substation

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk is-substation li se tiġi nstallata fl-Awtorita' tad-Djar hijiex se sservi lill-awtorita' biss jew lil xi residenti u/jew uffiċini oħra fl-area wkoll? Kemm se tiġi tiswa din is-substation u min se jħallas għaliha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Is-'Substation' li ser tiġi installata fl-uffiċċini ta' l-Awtorita' tad-Djar mhux ser tkun għall-użu esklussiv ta' l-Awtorita' tad-Djar. L-ispiża oriġinali ta' Lm43,549 ġiet ridotta għal Lm11,370. Fil-fatt l-Awtorita' tad-Djar diġa ħallset Lm5,865. 21.06.99
Leg 9 PQ #7756 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Fire and safety — Ingaġġ ta' nies

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies fil-fire and safety mill-gvern mill-elezzjoni 'l hawn? Hemm xi ħsieb li jsir xi inġagg simili? Jekk iva, ta' kemm nies? F'liema gradi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li minn Settembru, 1998 'l hawn ġew ingaġġati mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien ta' 58 fil-grad ta' Assistance & Rescue Officers; dawn kollha ġew ingaġġati minn fost persuni li ġa` kienu impjegati tal-Gvern. Ninsab infurmat ukoll li preżentament 35 membri tal-Korp tal-Pulizija għaddejjin b'kors ta' taħriġ bil-għan li dawn jiġu trasferiti mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Barra minn dawn, hemm 11-il membru tal-Korp tal-Pulizija oħra li qegħdin jistennew li jiġu trasferiti għad-dipartiment imsemmi u li jiġu appuntati Leading AROs.
Leg 9 PQ #7757 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

International Centre for Investment Disputes — Applikazzjonijiet

Question

Billi ġie rrapportat fil-media barranija li Malta qed tikkunsidra attivament sħubija fl-International Centre for Investment Disputes (ICSID) u/jew fin-New York Convention ta' l-1951 dwar l-għarfien u l-enforzar ta' foreign arbitration awards, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Issa li c-Centru Malti ta` l-Arbitragg ffinalizza x-xoghol preparatorju kollu biex ic-Centru jibda jopera, il-Gvern qed jikkonsidra li jaccedi ghal Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta` l-1958 dwar l-Gharfien u l-Ezekuzzjoni ta` Decizjonijiet ta` Arbitraggi Barranin. Izda jrid jaghmel dan b`zewg riservi: (1) li l-provvedimenti tal-Konvenzjoni jkunu japplikaw biss ghall- gharfien u ezekuzzjoni ta` dawk id-decizjonijiet arbitrali li jkunu saru fit-territorju ta` Stat Kontraenti (Contracting Stage) iehor. (2) li l-Konvenzjoni tapplika biss fir-rigward ta` Malta ghal dak il- ftehim arbitrali u d-decizzjonijiet segwenti li jkunu gew konkluzi wara li Malta taccedi ghall-Konvenzjoni. Billi din il-Konvenzjoni tifforma parti bhala t-Tieni Skeda ta` l-Att Nru. II ta` 1996, dawn ir-riservi jridu l-ewwel jghaddu mill-Parlament bhala emendi ghall-ligi. L-International Centre for Settlement of Investment Disputes (ICSID) jaqa` taht il-Konvenzjoni dwar l-Arrangamenti ta` Tilwin dwar l-Investimenti Bejn Stati u Cittadini ta` Stati Ohrajn (Washington, 1965). Dil-Konvenzjoni hija wkoll parti mill-Att Nru. II ta` l-1996 (it-Tielet Skeda ta` l-Att). Din l-Konvenzjoni qed tigi studjata sew bil-hsieb li Malta tkun tista` taccedi ghaliha wkoll.
Leg 9 PQ #7758 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stati Uniti — Double Taxation

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-possibbilta' ta' double taxation agreement ġdid ma' l-Istati Uniti?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm żviluppi dwar il-possibilita` ta` Double Taxation Agreement ġdid ma` l-Istati Uniti.
Leg 9 PQ #7760 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bilateral Investment Guarantees

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva ta' pajjiżi li magħhom għandna bilateral investment guarantees? Żdidu xi pajjiżi ġodda minn Settembru 1998?

Response (DALLI, JOHN)

Il-pajjiżi li magħhom Malta għandha bilateral investment guarantee agreement huma dawn li ġejjin: Pajjiż Data ta` l-iffirmar tal-ftehim Data tar-ratifika Belġju 5 ta` Marzu 1987 15 ta` Ġunju 1993 Bulgarija 12 ta` Ġunju 1984 8 ta` Jannar 1985 Ġermanja 17 ta` Settembru 1974 14 ta` Diċembru 1975 Italja 28 15 ta` Ottubru 1973 Kuwajt 19 ta` April 1995 25 ta` Ġunju 1996 Olanda 10 ta` Settembru 1984 20 ta` Mejju 1985 Svizzera 20 ta` Jannar 1965 23 ta` Frar 1965 Renju Unit 4 ta` Ottubru 1986 Mhux Ratifikat Eġittu 20 ta` Frar 1999 Mhux Ratifikat
Leg 9 PQ #7761 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Foreign investments

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-MDC tibda tiġbor u tippubblika data dwar major foreign investments on the basis of current values, kif jagħmlu pajjiżi oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7705 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kosovo — Truppi għal żamma tal-paċi

Question

Il-Gvern Malti qed jikkonsidra li jibgħat truppi għaż-żama tal-paċi fil-Kosovo? Saritlu xi talba f'dan ir-rigward?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ma saret l-ebda talba kif imsemmi fit-tieni parti tal-Mistoqsija u għalhekk ir-risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #7706 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-ilment tal-Kunsill Lokali ta' Ta' Xbiex dwar każi ta' prostituzzjoni u traffikar tad-drogi fl-ittra tal-kunsill ta' l-1.6.99?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tissorvelja l-inħawi li hemm referenza għalihom fl-ittra msemmija mill-Onor. Interpellant. Fil-fatt, skond tagħrif li għandi, tressqu diversi persuni l-Qorti fuq tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni f'dawn l-inħawi.