Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8424 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Inland Revenue — Customer Help Desk

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Customer Help Desk ta' l-Inland Revenue Department reġax wieġeb għall-ittra tat-taxpayer li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament dwar it-talba miċħuda tiegħu in konnessjoni ma' objection letters li d-dipartiment bagħat lit-taxpayer nhar il-21.5.99? Kien hemm każi fejn IT 105 forms spiċċaw intilfu fid-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament jew l-amministratur tiegħu. Rigward it-tieni parti tal-interpellanza, id-dipartiment mhuwiex konxju ta` xi każi partikolari li xi formoli IT 105 ntilfu.
Leg 9 PQ #8536 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Xiri ta' ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 8157?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba se tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8537 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MOBC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistqosija parlamentari numru 8261?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-qliegħ ta' l-M.O.B.C., qabel il-ħlas tat-taxxa, kien kif ġej: 1996 Lm250,721 1997 Lm184,091 1998 Lm542,167 Hemm aktar minn kumpanija waħda barranija ta` reputazzjoni internazzjonali li huma interessati fix-xiri ta` l-ishma ta` l-MOBC. It-trattativi għadhom għaddejjin. F`dan l-istadju dawn qed jitmexxew mil-Bord tad-diretturi tal-MOBC stess taħt id-direzzjoni taċ-Ċhairman ta` l-Enemalta.
Leg 9 PQ #8416 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Electronic commerce

Question

Il-gvern jinsab f'qagħda li jikkwantifika kiemm qed isiru transazzjonijiet permezz tal-E-commerce (Electronic Commerce) ġewwa jew minn pajjiżna? X'qed isir minn naħa tal-gvern biex jippromwovi l-firxa ta' dan it-tip ta' kummerċ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi mhux f'pożizzjoni jikkwantifika kemm qegħdin isiru transazzjonijiet permezz ta' l-Electronic Commerce.
Leg 9 PQ #8417 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Liġi tal-copyright

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern biex isaħħaħ il-liġi tal-copyright?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sa l-aħħar ta' din is-sena, l-Gvern beħsiebu jressaq żewġ abbozzzi ta' liġijiet; wieħed li jissotitwixxi l-liġi eżistenit dwar il-Copyright u l-ieħor li jkun kumplimentari billi jsaħħaħ is-setgħat tad-Dwana. Fiż-żewġ każijiet ser jissaħħu d-drittijiet ta' l-awtur sabiex Malta tkun konformi mal-provvedimenti relevanti tal-ftehim ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar Aspetti tal-Proprjeta' Intelletwali relatati mal-kummerċ, magħrufa bħala 'TRIPS',
Leg 9 PQ #8418 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liġi tal-copyright

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu każi minn Settembru 1998 sal-lum ta' operaturi u/jew bejjiegħa li kienu qed jiksru l-liġi tal-copyright? Kemm hemm pulizija ta' l-Economic Fraud detailed fuq dan ix-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u l-24 ta' Ġunju, 1999, il-Pulizija qabdet 25 persuna jiksru l-Copyright Act. Ninsab infurmat ukoll li hemm 6 membri tal-Korp fl-iskwadra ta' l-Economic Fraud assenjati fuq dan it-tip ta' reati.

Impjiegi — Long-term unemployed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' nies long-term unemployed? X'kien f'Settembru, 1998 f'Settembru, 1997 u f'Settembru, 1996?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies 'long-term unemployed' kien hekk:- April 1999 3,522 Settembru 1998 3,318 Settembru 1997 2,873 Settembru 1996 2,242 6.7.99
Leg 9 PQ #8420 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — CEO

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal għar-riżenja tas-CEO fil-Korporazzjoni Enemalta? Se jiġi ngaġġat ħaddieħor? Min qed jaqdi din il-funzjoni bħalissa? Iċ-Chairman għandu rwol eżekuttiv jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 8267. Bħalissa d-dmirijiet ta' Chief Executive Officer qed jiġu assunti miċ-Chairman. Huwa l-ħsieb tal-Korporazzjoni li din il-kariga timtela'.
Leg 9 PQ #8409 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Personal savings ratio

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xejriet tal-personal savings ratio tal-pajjiż (quarter - quarter) mill-1.1.96 'il quddiem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Personal Savings Ratio jinħadem fuq bażi ta' sena u mhux fuq bażi ta' quarter. Iċ-ċifri relattivi għall-aħħar tlitt snin huma kif ġej: 1996 9.8 fil-mija 1997 8.1 fil-mija 1998 (stima) 6.6 fil-mija
Leg 9 PQ #8410 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Income Tax Department Re-engineering Task Force? Meta?

Response (DALLI, JOHN)

L-Inland Revenue Department Re-engineering Task Force sa issa ltaqa` ħames darbiet f`dawn id-dati: 20 ta` Jannar 1999 28 ta` Jannar 1999 3 ta` Frar 1999 10 ta` Marzu 1999 23 ta` Ġunju 1999
Leg 9 PQ #8411 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Customs Union

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal liema sena qed jiġi targeted li jintlaħaq customs union mal-UE?

Response (BORG, JOE)

Il-Kwistjoni tal-unjoni doganali mal-Unjoni Ewropeja hija sorpassata mill-proċess li għandu jwassal għas-sħubija ta` Malta fl-Unjoni Ewropeja u għalhekk l-otteniment ta` unjoni doganali huwa marbut mas-sħubija.
Leg 9 PQ #8412 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liġi dwar id-droga

Question

Il-gvern kellu feed back mill-CARITAS dwar il-liġi proposta dwar id-droga?

Response (BORG, TONIO)

Fid-9 ta' Lulju ta' l-1997 ic-Chairman ta' dak iż-żmien tal-Kummissjoni kontra l-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol (KADA) kien bagħat memorandum lill-Prim Ministru fejn, fost affarijiet oħra, issuġġerixxa li jsiru tibdiliet fl-Ordinanza dwar il-Mediċini Perikolużi (Kap 101) u konsegwenzjalment fl-Ordinanza dwar il-Professjoni Medika (Kap 31) biex jipprovdi li jekk il-Qorti tkun sodisfatta li persuna li tinqabad timporta mediċini perikolużi għall-użu esklussiv personali tagħha, din il-persuna ma tintbagħatx bil-fors il-ħabs. Fuq struzzjonijiet tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew mgħoddija lill-Caritas, lill-Pulizija, lid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi u lill-Bord tal-Viżitaturi tal-Ħabs biex dawn kollha jagħmlu l-kummenti tagħhom. Fil-każ ta' Caritas, huma kitbu lura fl-4 ta' Awissu, 1997, fejn qalu li huma jaqblu ma' l-emendi suġġeriti minn KADA.
Leg 9 PQ #8413 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Servizz Ċivili — Titjib fl-effiċjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid speċifikament għal liema taqsimiet tas-settur pubbliku u tal-koprorazzjonijiet parastatali kien qed jirreferi meta waqt diskors lill-Fond Monetarju Internazzjonali (l-IMF) qal li l-gvern tiegħu kien se jintroduċi miżuri biex jirrazzjonalizza u jagħmel streamlining tar-riżorsi u jtejjeb l-effiċjenza tas-settur pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ir-riferenza hi għas-servizz pubbliku u ażjendi kollha parastatali li permezz ta` privatiżazzjoni u riorgranizzjoni fejn meħtieġ għandha titjib l-effiċjenza.
Leg 9 PQ #8414 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Levies

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti tal-gvern lill-korpi kostitwiti għat-tneħħija tal-levies protettivi? Jista' jindika t-time-tables speċifiċi li ġew proposti settur b'settur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-proposti li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għadhom fi stadju preliminari fejn il-Gvern qed jistenna l-kummenti tal-korpi kostitwiti. Għaldaqstant ma nħossx li jkun għaqli li dawn il-proposti jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra qabel ma jiġu ffinalizzati taħt forma ta' rapport definittiv.
Leg 9 PQ #8157 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Xiri ta' ajruplani

Question

Minħabba l-mistoqsijiet li kienu qamu dwar ix-xiri u l-prezz tax-xiri ta' l-ajruplani RJ Avroliners mill-Air Malta, jista'l-Ministru, fl-interess pubbliku, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-esperti barranin fl-avjazzjoni? X'passi se jieħu l-gvern fir-rigward tal-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8158 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Direttur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi wara rapporti li dehru fil-ġurnali dwar allegat direttur ġdid ta' l-Enemalta li jista' jkollu konflitt ta' interess peress li qed jiġi allegat li għandu kumpanija interessata f'kuntratti ta' l-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7815, id-Diretturi kollha ta' l-Enemalta, mingħajr eċċezzjoni, imxew mal-Kodiċi ta' Etika għal Diretturi ta' Bordijiet fis-settur pubbliku u għaldaqstant għarrfu bil-miktub lill-Korporazzjoni dwar l-interessi tagħhom. Peress li f'dan il-każ il-provvediment tal-Kodiċi ta' Etika ġew osservati, ma' kienx hemm raġuni għaliex għandhom jittieħdu xi passi. Tajjeb jingħad li l-proċedura adottata f'dan il-każ hija l-istess waħda li ġiet adottata miċ-Chairman ta' qabel meta ġew ittrattati każijiet simili.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 7904?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni minn dejjem tfittex metodi diversi ta' kif tista' tnaqqas in-numru ta' dawk il-persuni li qed jirreġistaw għax-xogħol. Fost l-azzjonijiet li għanda ppjanati, l-Korporazzjoni ser tniedi studju tal-bżonnijiet tal-industrija tal-kostruzzjoni fir-rigward ta' nies imħarrġa. Dan ser tagħmlu sabiex tkun f'pożizzjoni aħjar biex tiżviluppa programmi ta' taħriġ li jilqgħu it-talbiet ta' l-industrija. Dan l-istadju ser iservi ukoll sabiex il-korporazzjoni ma tħarriġx nies fi snajja li għalihom diġa hemm biżżejjed ħaddiema. Miżura oħra li l-Korporazzjoni beħsieba taħdem fuqha hi li tħeġġeġ kemm tista' nies li qed jirreġistraw għax-xogħol biex jibdew negozju għal rashom. Għal dan il-għan il-Korporazzjoni qed tirrevedi il-programmi ta' taħriġ 'Small Business Management'. Il-Korporazzjoni bħalissa qed tirrevedi il-'policies' u l-proceduri tagħha sabiex dawn jissaħħu u jkunu ta' benefiċċju akbar għal-dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol. Il-Korporazzjoni beħsieba ukoll issaħħaħ it-taqsima ta' l-ispettorat tagħha sabiex persuni li jabbużaw mir-rreġistrar ma jitħallewx jagħmlu dan iktar. 30.06.99
Leg 9 PQ #8328 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Xbiex — Provvista ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li nhar il-21.6.99 u t-22.6.99 kien hemm diversi partijiet f'Ta' Xbiex H.E. li kienu bla ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-sospensjoni fil-provvista ta' l-ilma fil-post imsemmi kienet dovuta minħabba ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni.