Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9035 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IMF — Inefficient utility price structures

Question

Il-gvern kif beħsiebu jindirizza l-"inefficient utility price structures" li jirriferi għalihom ir-rapport ta' l-IMF dwar Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'Settembru 1998, il-Gvern sab quddiemu skeda ta' prezzijiet għad-dawl u l-ilma, introdotta mill-Gvern preċedenti li kieku ġiet implimentata kienet ser timplika piż impossibbli fuq ħafna mill-industriji f'Malta li kienet twassal għat-tnaqqis fil-kompettitivita u telf ta' impjiegi b'riperkussjonijiet soċjali serji ħafna. Għalhekk il-Gvern sab ruħu f'sitwazzjoni fejn kellu jieħu b'urġenza mezzi korrettivi billi ħareġ skeda ta' prezzijiet li tħares b'mod realisitku lejn dawk li huma il-kundizzjonijiet partikolari preżenti f'pajjiżna. Fl-istess waqt il-Gvern qiegħed jistudja bir-reqqa il-'cost structures' attwali kemm tal-Enemalta kif ukoll tal-Water Services Corporation sabiex jiġu implimentati dawk il-miżuri meħtieġa sabiex tiżdied l-effiċjenza fil-produzzjoni tad-dawl u tal-ilma, inkluż tnaqqis ta' telf mis-sistemi ta' distribuzzjoni. Dan għandu jgħamilha possibli li tingħata ħarsa ġdida lejn l-iskeda dawn il-'cost structures' b'rifless konsegwenti fuq l-iskeda tal-prezzijiet ta' dawn is-servizzi essenzjali.
Leg 9 PQ #9036 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF — Rapport

Question

B'riferenza għar-rapport ta' l-IMF dwar Malta, x'inhi ir-reazzjoni tal-Gvern għall-konklużjoni tagħhom li "in the absence of structural reforms to expenditure, increased taxation was likely to be required, to meet the deficit targets?

Response (DALLI, JOHN)

Din ir-reazzjoni diġa tajtha fid-diskors tal-budget li għadda. L-IMF ma qalu xejn ġdid.
Leg 9 PQ #8875 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li f'dawn l-aħħar ġimgħat saru xi ħatriet maniġerjali fi ħdan l-MIA? Huwa minnu li ntgħażlu persuni minn barra l-MIA? Sar reklutaġġ speċifiku avżat fil-ġurnali għall-mili ta' din il-kariga/karigi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onorevoli Interpellant għandu jkun jaf li wara li f'Mejju ta' l-1999 numru kbir ta' ħaddiema li kienu jaħdmu mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili marru ma' l-M.I.A., saru diversi ħatriet maniġerjali. Dawk li saru qabel Settembru 1998, ċioe` fi żmien il-Gvern Laburista li tiegħu l-Onorevoli Membru kien Ministru, saru kollha bla sejħa għall-applikazzjoni. Wara l-ħatra ta' Bord tad-Diretturi ġdid, beda jsir eżerċizzju fejn tiġi definita l-istruttura maniġerjali tal-kumpanija. Saru xi ħatriet biex jagħmlu tajjeb għall-inġustizzji li saru qabel l-elezzjoni ta' l-1998. Ta' min jgħid li kien hemm ukoll bżonn li nies li jaħdmu diġa ma l-M.I.A. jinbidlilhom il-job title tagħhom sabiex jrrifletti aħjar ir-rwol li huma għandhom fil-kumpanija. Kien hemm ukoll xi vakanzi u l-ħatriet saru skond il-proċeduri stabbiliti mill-liġi, u mhux kif sar qabel l-elezzjoni ta' l-1998 fejn xi impjegati fuq impjieg temporanju ingħataw impjieg permanenti mingħajr ma ġew irrispettati l-liġijiet tal-pajjiż.
Leg 9 PQ #8876 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' stupru fix-xhur ta' Ġunju u Lulju ta' din is-sena? Tista' tagħti aktar dettalji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul Ġunju kien hemm żewġ rapporti ta' stupru u rapport ieħor li rriżulta li kien rapport falz. Bejn l-1 u l-15 ta' Lulju kien hemm tlett rapporti ta' stupru. Ninsab infurmat ukoll li sal-15 ta' Lulju tressqu diversi persuni l-Qorti in konnessjoni ma' tnejn minn dawn ir-rapporti.
Leg 9 PQ #8880 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Files tal-Industrial Development

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma dak li ġie allegat fil-Malta Independent on Sunday tal-11 ta' Lulju, 1999 li hu kellu aċċess dirett għall-files tal-MDC konnessi ma' l-industrial development u li hu skrutinizza d-dettalji ta' ċerti proġetti meta allegatament mhux suppost li kellu aċċess għal tagħrif simili? Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux isostni li ċerti proġetti prospettivi tal-MDC setgħu taw il-lok għal dak li jissejjaħ ħasil ta' flus maħmuġin (money laundering)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li Ministru responsabbli għal korporazzjoni li tifforma parti mid-dekasteru tiegħu ma għandux dritt li jkun jaf dwar l-operat ta` l-istess korporazzjoni. B`danakollu dan ma jfissirx li l-Ministru, biex ikun jaf dwar l-operat tal-korporazzzjoni, irid jidħol fid-dettalji tal-files. Naħseb li ma nkun qed niżvela l-ebda sigriet meta ngħid li kull impjegat ta` azjenda pubblika għandu l-obbligu li jinforma lill-Ministru responsabbli minn tali azjenda dwar l-operat tagħha meta jkun mitlub jagħmel dan. Għaldaqstant naħseb li jkun qed jirraġuna b`mod żbaljat min jasal biex jallega li biex jiena wasalt għal certi konklużjonijiet kelli aċċess dirett għall-files tal-M.D.C.
Leg 9 PQ #8911 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Treasury Clearance Fund — Inflows/outflows

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8716?

Response (DALLI, JOHN)

B referenza ghall-mistoqsija numru 8911, nixtieq naghrraf lill-Onor Membru li l-informazzjoni mitluba qeghda fit-tabella mpoggija fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #8912 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Suppliers/kuntratturi — Flus dovuti mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hemm flus dovuti lil suppliers/kuntratturi għall-provvisti u xogħlijiet li saru lill-gvern qabel il-31.5.99? Jista' jagħti breakdown skond is-setturi li fihom saru dawn il-provvisti u xogħlijiet flimkien ma' indikazzjoni dwar kemm ilhom pendenti dawn il-ħlasijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jaf l-Onor Interpellant li serva bhala Ministru resonsabbli mill-Finanzi, l-ikkuntjar tal-infiq u d-dhul tal-Gvern ma jsirx fuq bazi ta accruals imma fuq cash basis. Barra minn dan, mhux il-Ministeri u d-Dipartimenti kollha tal-Gvern huma mqabbda mad-Departimental Accounting System (DAS) li hi s-sistema elettronika li, fost informazzjoni bazika, toffri rapporti bhal dawk mitluba mill-Onor Interpellant. Min mhux fuq id-DAS ghadu jahdem bis-sistema manwali. Il-pagamenti jidhlu elettronikament fuq is-sistema tat-Tezor meta dawn jaslu ghandu ghal-hlas. Ghaldaqstant, biex isir stocktaking ta x kellhom jiehdu s-suppliers u l-kuntratturi ghall-provvisti u xoghlijiet li saru lill-Gvern sal-31 ta Mejju li ghadda, trid tingabar manwalment l-informazzjoni permezz taż letter circular mal-Ministeri u d-Dipartimenti kollha. Naturalment, pagamenti ghal dawn is-servizzi, provvisti ikunu qed isiru b mod regolari hekk kif dawn ikunu certifikati. Nzid ngharraf lil-Onor Interpellant li qed isiru sforzi biex is-sistema elettronika DAS tkun mifruxa mal-Ministeri u d-Dipartimenti kollha sal-ahhar tas-sena d-diehla. B hekk, kif diga ghidt, titjieb is-sistema ta reporting finanzjarji aktar f waqtu.
Leg 9 PQ #8913 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8719 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politiika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' l-Ministru jagħti breakdown settorali ta' l-ammont ta' nies li qed jaħdmu fl-industrija għas-suq lokali fuq bażi full time?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8869 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Fid-dawl tar-rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali dwar il-possibbilta' ta' l-introduzzjoni tal-VAT fuq l-ikel, il-mediċinali u l-ischooling, jista' l-Ministru jagħti assikurazzjoni kategorika jekk għandniex nistennew l-introduzzjoni tal-VAT fuq dawn l-items jew le?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant, ex-Ministru tal-Finanzi, missu jaf li ebda Ministru tal-Finanzi li jaf x`inhu jagħmel ma` jista` jagħti l-assikurazzjoni kategorika li qed jirreferi għaliha.
Leg 9 PQ #8870 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Msida St Joseph FC

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fiex waslet l-applikazzjoni ta' l-Imsida St Joseph FC ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar bil-għan li dan il-lokal ikollu l-każin tal-football tiegħu wkoll?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, PA 5910/96, qegħda fl-istadju ta' l-Appell.
Leg 9 PQ #8871 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Fond Internazzjonali Monetarju — Rapport

Question

Jikkonferma l-Ministru li r-rapport tal-Fond Internazzjonali Monetarju dwar Malta li ppubblika kien biss executive summary ta' rapport ferm itwal? Hemm ħsieb li dan ir-rapport jiġi sottomess għall-iskrutinju pubbliku? Kemm kien fih faċċati r-rapport sħiħ?

Response (DALLI, JOHN)

Ir-rapport li ġie ppubblikat huwa r-rapport sħiħ, li ġie preżentat għad-diskussjoni lill-Bord tal-IMF.
Leg 9 PQ #8872 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Raba' Protokoll Finanzjarju

Question

Jikkonferma l-Ministru li Malta tilfet l-EUR6.33 miljuni mir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea u li kienu se jmorru għar-ristrutturazzjoni ta' l-industrija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #8873 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Raba' Protokoll Finanzjarju

Question

Jikkonferma l-Ministru li Malta tilfet madwar EUR 2.3 miljuni għat-twaqqif tal-Kulleġġ Vokazzjonali mir-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'April 1998 il-Policy and Research Department tal-Korporazzjoni Maltija għall-iżvilupp resqet proposta għall-allokazzjoni ta' fondi mir-Raba' Protokol Finanzjarju ta' l-Unjoni Ewropea għar-ristrutturar ta' l-industrija biex tkun tista' tikkompeti f'ambjent ta' suq ħieles. F'dan il-kuntest intalbet l-għajnuna għat-twaqqif ta' Kulleġġ Vokazzjoniali. Ġejt informat ukoll li l-Kummissjoni indikat li tista' tkun lesta tikkonsidra li tiffinanzja programmi li jsiru fil-Kulleġġ meta dan jitwaqqaf, imma mhux it-twaqqif ta' l-istess Kulleġġ. Għaldaqstant ma jirriżultawx ċirkostanzi li bihom nista' nikkonferma dak li qed jallega l-Onor. Kollega.
Leg 9 PQ #8874 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Network Publications

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ftehim kuntrattwali tal-kumpannija Network Publications mal-PBS dwar il-produzzjoni tal-programm Outlook Europe? Veru li din il-kumpannija waqqfet ħesrem li tipproduċi dan il-programm? Ġiet imposta xi multa mill-PBS, jekk hu minnu, li kien hemm ksur ta' kondizzjonijiet kuntrattwali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan kien kuntratt ta' natura kummerċjali ma' Network Publications li twaqqaf u l-PBS se timxi skond il-klawsoli ta' dan il-kuntratt.
Leg 9 PQ #8716 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Treasury Clearance Fund — Inflows/outflows

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-inflows u outflows li kien hemm mit-Treasury Clearance Fund minn Settembru 1998 sa tmiem Mejju 1999?

Response (DALLI, JOHN)

B`riferenza għall-mistoqsija ta` l-Onorevoli Membru nixtieq ninfurmah li l-informazzjoni meħtieġa qegħda tinġabar u tingħata appena tkun lesta.
Leg 9 PQ #8717 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Main accruals

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tal-main accruals li għandu l-gvern? Kemm minnhom huma dovuti lill-kuntratturi tal-kostruzzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Jekk l-Onorevoli Interpellant, b`Main Accruals` qed jirreferi għall-fondi li ġew approprijati fl-1998 u li bis-saħħa tal-Att Legali 254 tal-1998 ġew awtoriżżati biex jitqiegħdu f`kont separat minn fejn dawn il-fondi setgħu jinħarġu wara l-1998 bi ħlas għall-iskopijiet li għalihom dawn l-istess fondi kienu ġew approprijati, allura d-dettalji dwarhom huma dawn: i. Lm6.9 miljuni dovuti lil-IPSE Ltd. mill-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi; ii. Lm0.558 miljuni dovuti lill-kuntratti li ħadmu xogħol fuq it-toroq; iii. Lm1.5 miljuni dovuti bħala ħlas in parti ta` arretrati ta` pagi u salarji skond l-aħħar Ftehim Kollettiv għall-impjegati tal-Gvern.
Leg 9 PQ #8718 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Ingaġġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni jsir ingaġġ ieħor fil-Forzi Armati ta' Malta? Kemm mistennija jiġu ngaġġati nies?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ingaġġ ta' suldati fil-Forzi Armati ġiet ippublikata fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 16801 ta' l-4 ta' Ġunju 1999. L-applikanti se joqogħdu għal eżami kompetittiv skond ir-Regolamenti tal-Bord ta' l-Ezamijiet Lokali Pubblici. Ninsab infurmat li l-ingaġġ proprju hu mistenni li jsir għal Ottubru u li b'kollox se jiġu ngaġġati madwar mitt suldat.
Leg 9 PQ #8844 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Xiri ta' ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numri 8157 u 8536?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-rapport li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kien ġie kkummissjonat fl-1997 u finalizzat fl-1998. Peress li l-materja ta' dan ir-rapport hija ta' natura kummerċjali, ma jkunx fl-interess tal-kumpanija Air Malta li nagħti tagħrif dwar l-istess rapport, bħalma wkoll ma kienx fl-interess tal-Kumpanija li tali rapport jiġi ppubblikat sena ilu.
Leg 9 PQ #8421 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Economic Commerce

Question

Il-gvern għandu infrastruttura legali għall-E-commerce?

Response (GATT, AUSTIN)

Malta, bħal kull pajjiż ieħor, ma għandiex struttura legali specifika fuq Kummerc Eletroniku. Dan il-kwalita ta` kummerc huwa regolamentat taħt il-principju ġenerali tal-Liġi Civili u Kummercjali. Barra minn hekk aħna qegħdin dejjem attenti għall-iżviluppi internazzjonali dwar dan is-suġġett.