Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10024 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qrati — Traffikant tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta dwar it-traffikant tad-drogi Libjan li ħarab minn Sir Paul Boffa Hospital ingħalqet?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor.Interpellant iressaq il-Mostoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #10120 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsulenti tekniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti tekniċi li qed jaħdmu fuq ir-raft ta' leġislazzjoni marbuta ma' affarijiet tal-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-draft tal-leġislazzjoni marbuta ma' affarijeit tal-konsumatur huwa fdat f'idejn Task Force li hija komposta minn Dr. David Fabri, Dr. Paul Edgar Micallef, Dr. Michael Tanti dougall, is-Sur Adrian Muscat Inglott u s-Sur Antoine Grima.
Leg 9 PQ #10208 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF — Rapport

Question

Billi f'rapport dwar selected transition and mediterranean countries ta' l-IMF jingħad li Malta hija pajjiż fost tlieta li għandhom l-aktar bżonn tibdil sostanzjali fil-liġi tal-Bank Ċentrali biex jaddattawha mal-ħteġijiet ta' Maastricht, jista' l-Ministru jelenka dawn it-tibdiliet prospettivi u jgħid x'inhu l-programm tal-gvern dwarhom?

Response (DALLI, JOHN)

Billi l-IMF toħroġ ħafna rapporti, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddilna kopja tar-rapport li qiegħed jirreferi għalih.
Leg 9 PQ #10209 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

ERM2 — Sħubija

Question

Il-Gvern kif iħares lejn sħubija fl-ERM2 fid-dawl ta' l-applikazzjoni għal sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi it-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10016 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dħul tal-gvern mill-income tax fix-xhur ta' Awissu u Settembru kien kif ippjanat mill-Gvern Nazzjonalista? Kif jipparaguna mal-projections ta' l-istess gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Id-dħul mill-income tax matul Awissu u Settembru 1999 kien dan: Awissu: Lm16,420,772 Settembru: Lm19,875,209 Id-dħul ta` Lm8,938,875 li kien hemm fit-30 ta` Settembru ikun rifless fir-rendikont għax-xahar ta` Ottubru. Fil-bidu ta` kull sena d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jagħmel il-projections tiegħu għal kull xahar tas-sena ibbażati fuq id-dħul attwali tas-sena ta` qabel. Skond dawn il-projections id-dħul għal Awissu u Settembru kien stmat Lm12m u Lm10.1m rispettivament.
Leg 9 PQ #10017 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Brussels — Żjarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'nefaq il-gvern s'issa fi vjaġġi, lukandi u subsistence allowances marbutin ma' żjarat fi Brussels ta' l-iscreeing process? Kemm telgħu nies għal kull laqgħa?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #10018 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Chairman ġdid

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar ir-remunerazzjoni u l-package sħiħ ta' benefiċċji li ġie offrut iċ-Chairman il-ġdid tal-Maltacom? Il-ħatra tiegħu x'terminu ta' żmien għandha? X'inhi r-raġuni li ċ-chairman il-ġdid ġie rrapportat li qal li għalissa sejjer iżomm il-ħatra ta' chairman tal-PBS? Jikkonferma l-Ministru dak li qal il-Ministru Dalli li l-Maltacom qegħda fuq quddiem fost l-azjendi parastatali għall-privatizzazzjoni akbar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Iċ-Chairman il-ġdid tal-Maltacom, li l-ħatra tiegħu ma għandhiex terminu speċifiku, iżda bħalma jiġri f'każijiet oħra jiġi għall-konferma mill-ġdid fil-Laqgħa Ġenerali Annwali, għandu remunerazzjoni annwali ta' Lm12,000. Il-pakkett sħiħ ta' benefiċċji li ġie offrut jikkomprendi 1. Servizz ta' karozza tal-Kumpanija bix-xufier. 2. Polza tas-sigurta' fuq is-saħħa li tkopri Malta u barra. 3. Ħlas ta' sħubija fi sports health club għalih u għall-familjari immedjati tiegħu. 4. Servizz gratwit tat-telefon tad-dar, internet, mobile telephones, pagers, magni tal-fax, kompjuters u apparat ieħor li jgħinu fis-servizz tiegħu lill-Kumpanija. 5. Rifużjoni ta' spejjeż li jkollu jagħmel minħabba l-bżonnijeit tal- Kumpanija. 6. Ħlas ta' sħubija f'korpi professjonali. Mad-dinja kollha insibu li s-settur tat-telekommunikazzjoni huwa minn ta' quddiem f'dak li huwa żvilupp teknoloġiku kif ukoll ekonomiku. Minn din il-lenti, għalhekk, kull fejn l-istat għandu sehem f'dan il-qasam, bilfors li dan is-sehem tal-gvern jitqies bħala opportunita ewlenija għal privatizzazzjoni jew għal miżuri oħra li jiftħu spazju ikbar għall-parteċipazzjoni tas-settur privat.

Toroq — Triq Reġjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu jieħu żmien ix-xogħol fuq Triq Reġjonali u r-roundabout tal-Kappara? Kemm spiċċa ħa żmien biex tlesta? Il-kuntrattur kellu xi obbligu kuntrattwali biex itemm xogħolu fi żmien stipulat? Jekk iva, x'passi ttieħdu talli dan ma onorax it-terminu ta' żmien miftiehem?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol li qed isir fil-Kappara involva diversi kuntratti u organizzazzjonijiet. Id-disinn originali sar mit-Transport Research Laboratory b'kuntratt li l-completion period ta' Preliminary Design tiegħu kien ta' tlett gimgħat, fil-waqt li l-completion period tal-final design kien ta'xahar. Ix-xogħol ta' l-irranġar tar-roundabout sar b'kuntratt li l-completion period tiegħu kien ta'ġimghatejn. L-istallazzjoni tal-lanterni sar mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-xogħolijiet li ma jkunux hemm termini taż-żmien fuq ix-xogħol tagħhom. Minbarra dan kellu jsir xogħol mill-Enemalta biex jiċċaqalqu l-arbli,li wkoll isir bla terminu fiss. Stallazzjonijiet ġodda saru mill-Melita Cable li l-istess kellhom kuntratt separat għax-xogħolijiet tal-Gvern. Dawn ix-xogħolijiet ta' hawn fuq tlestew fis-6 ta' dan ix-xahar. Bejn is-7 ta' Ottubru u l-14 t'Ottubru ser isiru is-sinjali ta' l-art u t-tabelli tat-traffiku u l-ikkommissjunar tas-sistema kollha mid-disinjaturi tat-TRL. Filwaqt li x-xogħol kollu jidher li dam aktar minn kemm oriġinarjament previst, dan id-dewmien jirriżulta li ġara minħabba diversi fatturi, inkluż miżuri li bihom ix-xogħol ġie tested waqt li kien għaddej.

VRT test — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garages attrezzati għal VRT Tests? Kemm inħarġu liċenzji għal dawn il-garages s'issa? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? Kemm qagħdu karozzi għat-test s'issa? Kemm minnhom għaddew/weħlu minn dan it-test?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa hemm disa' stazzjonijiet attrezzati biex jagħmlu il-Vehicle Roadworthiness Test. Sa issa inħargu disa' liċenzji lil dawn l-istazzjonijiet u fadal erbgħa u erbgħin applikazzjoni pendenti. Billi skond ir-Regolamenti ta' l-1998 dwar Testijiet biex jiċċertifikaw li Vetturi Bil-Mutur ikunu tajba għat-Triq, it-Testing Stations iridu jagħtu din l-informazzjoni dwar dak ix-xahar partikulari lid-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet sa ħmistax-il ġurnata wara kull l-aħħar tax-xahar, issa d-Dipartiment għad m'għandux l-informazzjoni b'mod uffiċċjali.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm gradwati jirreġistraw għax-xogħol? Kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol? X'kienet il-figura ta' gradwati qiegħda fi tmien is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu 1999 kien ta' 121. Ir-risposta ta' kemm ilhom jirreġistraw għax-xogħol tingħata f'seduta oħra. Il-figura ta' gradwati qiegħda f'Diċembru 1996, 1997 u 1998 kienet ta' 20, 65 u 41 rispettivament. L-informazzjoni għas-sena 1995 ma kienitx tinżamm.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jelabora dwar l-aħbar li kien hemm fin-Nazzjon li l-ETC se tieħu azzjoni drastika biex jitnaqqas in-numru ta' dawk jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 22.6.99 L-ETC se tieħu żewġ linji ta' azzjoni: L-ewwel waħda hi li qed jiġi reorganiżżat it-Taqsima tal-"Employment Services" billi jingħata servizz ta' "counselling" lil min jirreġistra għax-xogħol, kif ukoll servizz ta' taħriġ. It-tieni linja ta' azzjoni hija billi jkun hemm aktar impenn biex min qed jaħdem u jirreġistra taħt l-ewwel parti jinqata mill-lista ta' nies bla Wxogħol.

Impjiegi — Persuni bla xogħol

Question

Minn nies li ġew qiegħda minn Settembru, 1998, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm minnhom ingħataw re-training mill-ETC u f'liema oqsma sar dan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' numru ta' nies li bdew jirreġistraw bejn Ottubru 1998 u Ġunju 1999, li ngħataw taħriġ mill-ETC.

Pensjonijiet — Kumitat dwar riforma

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-kumitat dwar riforma fis-sigurta' soċjali u fil-pensjonijiet? Meta mistenni li jitlesta r-rapport finali? Hemm xi ħsieb li jinħareġ interim report?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Lulju u Settembru ta' din is-sena, il-Kummissjoni ltaqgħet tnax-il darba. It-"terms of reference" ma jispeċifikawx data fissa għar-rapport finali, iżda wieħed jistenna li dan għandu jsir matul is-sena d-dieħla. Hu mifhum li l-Kummissjoni se tagħti "interim report" dwar ix-xogħol tagħha s'issa, fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #10010 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Xogħol fuq reviżjoni prospettiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq reviżjoni prospettiva tal-IDA hux qed isir mill-MDC jew minn xi konsulenti barranin? Jekk iva, min huma dawn il-konsulenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ix-xogħol fuq ir-reviżjoni ta' l-IDA huwa xogħol kontinwu fl-M.D.C. u mhux xi eżerċizzju li jsir darba kull tant. Dan ix-xogħol għandu l-għan aħħari li jtejjeb il-kompetittivita ta' l-industrija f'pajjiżna. Fil-preżent l-eżerċizzju qiegħed isir minn esperti fi ħdan l-M.D.C. bl-għajnuna tal-konsulenti lokali l-K.P.M.G.
Leg 9 PQ #10011 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali — Gvernatur

Question

Jista' l-Ministru jagħti tweġiba komparattiva tal-pakkett sħiħ ta' remunerazzjoni li kellu l-gvernatur tal-Bank Ċentrali F. Vassallo, il-gvernatur li għadu kif spiċċa kif ukoll il-gvernatur il-ġdid tal-Bank Ċentrali?

Response (DALLI, JOHN)

Il-pakkett sħiħ ta` remunerazzjoni annwali ta` l`aħħar tlett Gvernaturi tal-Bank Ċentrali huma: Mr F Vassallo Lm56,000 bla taxxa (ekwivalenti ta` 150,000 dollaru Amerikani); Mr E Ellul Lm25,000; Mr M C Bonello Lm20,000 u 111,000 frank Svizzeru bla taxxa.
Leg 9 PQ #10013 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kamra tal-Kummerċ — Lobbying

Question

Il-gvern beħsiebu jieħu pożizzjoni formali dwar il-lobbying tal-Kamra tal-Kummerċ favur l-obolizzjoni tal-kontroll tal-prezzijiet? Jekk iva, se jneħħi l-liġi eżistenti li ilha in vigore bosta snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern għandu riservi serji dwar kemm fil-fatt ħadmet sew fil-passat, is-sistema ta' kontrol tal-prezzijiet. Bħala prinċipju ġenerali, il-Gvern ilu li esprima ruħu favur strateġija fejn il-kompetizzjoni, permezz ta' suq ħieles, tkun il-fattur ewlieni li jinfluwenza u għaldaqstant jikkontrolla l-prezzijiet. Minn din il-perspettiva għandha tonqos id-dipendenza fuq kontrolli diretti tal-prezzijiet u minflok jissaħħu il-mekkaniżmi meħtieġa sabiex is-suq ikun verament ħieles, b'kompetizzjoni miftuħa u ġusta. Din kienet l-istrateġija wara l-ħolqien tal-Uffiċċju għal Kompetizzjoni Ġusta (Office for Fair Competition) u tal-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust (Commsision for Fair Trade) li għandhom ikomplu jingħataw iktar saħħa sabiex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom aħjar. Naturalment jibqa oqsma, speċjalment fejn jidħlu ċerti servizzi essenzjali ta' infrastruttura, fejn tibqa il-ħtieġa għal ċertu forom ta' kontroll. F'dawn il-każijiet, din il-funzjoni teħtieġ li tingħata lil regolatur (jew regolaturi) indipendenti minn min qed jagħti is-servizz. Hemm oqsma wkoll li għandhom igawdu minn protezzjoni bħas-sistema ta' levies. F'dawn il-każijiet, irid ikun hemm sorveljanza dwar moviment ta' prezzijiet u anki, f'ċertu każi, il-ħtieġa ta' price order.

Pensjonijiet — Welfare spending

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-welfare spending tal-gvern li jmur fuq pensjonijiet? Kif jipparaguna mal-medja tal-45% ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal persentażż li jiġi ippubblikat fit-tabelli tal-MISSOC maħruġa mill-Unjoni Ewropea. Dak il-persentaġġ jipparaguna n-nefqa dwar l-irtirar man-nefqa fuq Protezzjoni Soċjali. F'dawn it-tabella m'hemmx indikat it-terminu "Protezzjoni Soċjali" f'liema benefiċċji u servizzi jikkonsisti, iżda jidher li jinkludi l-ispiża fuq is-saħħa. Fil-każ ta' Malta n-nefqa totali ta' Protezzjoni Soċjali kif jidherf'paġna ħamsa ta' l-Estimi għal din is-sena hu ta' Lm247.6 Miljun. Skond l-istess estimi fuq pensjonijiet t' l-Irtirar, pensjonijiet ta' l-eta', l-bonus li jitħallas lilhom, u l-għajnuna supplementari hi stmata nefqa ta' Lm89 Miljun. Din il-figura ma tinkludiex l-għajnuna għall-mard li qed titħallas lill-pensjonanti. Mill-figuri li tajt jirrizulta li f'Malta l-persentaġġ komparabbli hu ta' 36%. Ta' min jgħid li kieku wieħed kellu jinkludi n-nefqa fuq il-pensjonijiet li jitħallsu lir-romol li għandhom 'l-fuq minn sittin sena, li wara kollox m'humies ħlief pensjonijiet għall-Irtirar li kellhom żwieġhom, kieku l-persentaġġ jitla għal 45%.
Leg 9 PQ #10015 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi vjaġġi u x'kuntatti għandu maħsuba għall-ġejjieni qarib l-Ministru għall-pajjiżi ġirien li mhumiex membri ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Il-ġimgħa d-dieħla ser inżur l-Estonia u l-Latvia għal-laqgħat mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi, u laqgħat oħra u hemm il-ħsieb li aktar il-quddiem inżur l-Eġittu, l-Marokk, il-Jordan, l-Israel u l-Palestina.
Leg 9 PQ #10002 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Testijiet tal-breathalyser

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet, xahar xahar, tal-breathalyser minn Settembru 1998 'l quddiem? X'kien l-eżitu ta' dawn it-testijiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 06.10.99
Leg 9 PQ #10003 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport komparattiv dwar servizzi finanzjarji f'pajjiżna ta' l-MFSC li siltiet minnu dehru fil-business pages ta' The Times?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport sħiħ kif ukoll estratt esekuttiv tiegħu. Fil-waqt li l-estratt esekuttiv tar-rapport ġie ċirkulat u partijiet minnu dehru fl-istampa, il-kontenut tar-rapport initier la qatt ġie pubblikat u anqas ikkomunikat b`xi mod ieħor lill-publiku.