Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10563 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Clearing House System

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10361?

Response (DALLI, JOHN)

Kif ġie mħabbar fid-Diskors ta` l-aħħar Budget, il-Clearing House system bdiet titħaddem fuq bażi limitata għal pendenzi li d-Dipartiment tat-Toroq kellu sal-31 ta` Diċembru 1998. Taħt din is-sistema, ħlasijiet ta` stores u servizzi lill-Gvern qed ikunu paċuti inparti jew fl-intier ma` ħlasijiet dovuti lill-Gvern mill-istess kredituri għal VAT, Income Tax u Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta` Soċjali. S`issa għaddew mill-Clearance House b`Lm1,397,716.10 f`pagamenti. Barra minn hekk diversi kuntratturi għamlu arranġamenti mad-dipartimenti konċernati biex iħallsu dak li hu dovut lill-Gvern fuq perjodu miftiehem. Bħal issa għaddejjin taħdidiet ma` diversi dipartimenti oħrajn biex jinstab l-aħjar mod kif is-sistema tinfirex ma` kredituri oħrajn.
Leg 9 PQ #10565 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

ERM2 — Sħubija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10209?

Response (DALLI, JOHN)

L-arrangament tal-kambju magħruf bħala ERM2 ħa post dak ta` fis-seħħ l-Unjoni Monetarja Ewropeja fl-1 ta` Jannar 1999. Dan l-arranġament bħalissa huwa miftuh biss, b`mod volontarju, għal dawk il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja li ma` kienux f`pożizzjoni li jieħdu sehem ukoll fl-Unjoni Monetarja. S`issa fl-ERM2 qed jieħdu sehem id-Danimarka u l-Greċja. Kull pajjiż li jagħżel li jipparteċipa fl-ERM2 irid jistabilixxi rata ċentrali kontra l-ewro u jżomm din ir-rata tal-kambju f`marġni ta` mhux aktar minn 15% `l fuq jew `l isfel minn din ir-rata ċentrali. Bħala pajjiż applikant għas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja Malta bħalissa m`għandha l-ebda obligazzjoni li tieħu sehem fl-ERM2. Madankollu, minħabba li hi l-intenzjoni tal-Gvern li jqarreb b`mod gradwali il-mixja tal-lira Maltija lejn l-ewro, l-awtoritajiet monetarji qed isegwu mill-qrib l-iżviluppi li jseħħu fl-ERM2. Ta` min jgħid li, minħabba l-piż qawwi li għandu l-ewro fil-baskett tal-lira Maltija, din tal-aħħar baqgħet stabbli ħafna u għalhekk ferm `l bogħod mill-marġni ta` 15% li kien japplika li kieku Malta kienet fl-ERM2.
Leg 9 PQ #10364 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Uffiċċju għal Kompetizzjoni Ġusta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju għal Kompetizzjoni Ġusta huwiex qed jagħmel l-istudju dwar il-cargo handling/port charges bil-personnel tiegħu jew qabbadx xi ekonomisti jew konsulenti biex jagħmlu dan? Meta ġie kkummissjonat l-istudju? Meta kellu jitlesta? Hemm ħsieb li l-istudju jiġi ppubblikat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta mhux qed jagħmel studju dwar il-proċess tal-ħatt tal-merkanzija fil-portijiet iżda qed jinvestiga lment sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx ksur tal-provvedimenti ta' l-Att dwar il-Kompetizzjoni. Wara li tiġi konkluża l-investigazzjoni, l-Uffiċċju jagħmel rapport dwar il-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom u skond kif hemm provdut fl-imsemmi Att jgħaddi tali rapport lill-kummissjoni għall-Kummerċ Ġust għad-deċiżjoni tagħha.

Toroq — Regional Rd/Sliema Rd - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien stmat li jiġi jiswa ix-xogħol fuq Triq Reġjonali u Sliema Road? Kemm irriżulta li ġie jiswa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #10420 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Media — Reklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ir-riklami fil-Media fl-okkażjoni ta' għeluq sena tal-Gvern Nazzjonalista fil-poter?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-prezzijiet tar-riklami jvarjaw minn ġurnal għal ieħor. Il-prezz ta' kull riklam huwa ta' bejn Lm80 u Lm90 għal ġurnali ta' kuljum u bejn Lm110 u Lm135 għal ġurnali ta' nhar ta' Ħadd. Peress li l-kontijiet tar-riklami għadhom ma waslux kollha, l-ispiża għadha mhix magħrufa.
Leg 9 PQ #10421 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

CIR — Dikjarazzjoni ta' l-Income tax/self assessment

Question

Wara li ċ-CIR irċieva d-dikjarazzjoni sempliċi ta' l-Income Tax u s-self assessment kemm kien hemm persuni li ddikjaraw li qegħdin jaqilgħu 'il fuq minn Lm10,000? Kemm minnhom jaqilgħu bejn Lm7,000 u l-Lm10,000? Kemm kien hemm kumpanniji li bagħtu r-returns tagħhom fil-ħin? X'persentaġġ jirrappreżenta dan tat-total?

Response (DALLI, JOHN)

Id-dipartiment għadu mhux f`pożizzjoni li jagħti d-dettalji msemmija fl-ewwel parti tal-interpellanza. Sat-30 ta` Settembru daħlu 7,897 prospett tal-kumpaniji li jirrappreżenta madwar 42 fil-mija tal-kumpaniji reġistrati mad-dipartiment. Tajjeb li jingħad li mill-prospetti li ma daħlux hemm eluf minnhom li huma ta` kumpaniji li qegħdin fi stadju jew ġew diġa` likwidati; mhux qed jiffunzjonaw; ġew abbandunati; huma nvoluti fil-qasam marittimu (Shipping Companies); u diversi każijiet oħra, li ftit li xejn jirrendu taxxa.
Leg 9 PQ #10359 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

CIR — Ekonomija Sewda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Commissioner of Inland Revenue għandux stimi ta' kemm hija kbira l-ekonomija sewda (moħbija) bħala persentaġġ tar-recorded GDP?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li sa fejn hu magħruf id-Dipartiment qatt m`għamel xi studju dettaljat biex ikun stabbilit il-persentaġġ indikat fl-interpellanza.
Leg 9 PQ #10360 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti tal-gvern — Ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew, sena sena, barranin jaħdmu fuq proġetti tal-gvern u tal-parastatali bejn l-1995 sal-lum? Jista' jagħti aktar dettalji dwar dan?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi bejn l-1995 sal-lum ġew dawn il-barranin jaħdmu fuq proġetti tal-Gvern MSU 1995 30 1996 16 AW TORITA TAX-XANDIR 1997 Francis & Lewis Intl. fuq xogħol ta' konsulenza fuq it-torri tal-Gharghur. 1998 BBC Project Management Services fuq l-użu ta' l-istudio ta' l-Awtorita bħala ċentru ta' taħriġ. Rigward ngaġġ ta' barranin minn Ministeri oħra nitlob lil Onorevoli Membru jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeri konċernati.
Leg 9 PQ #10361 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Clearing House System

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-clearing house system dwar taxxi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10362 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma l-membri ta' l-istaff tal-Ministeru li huma ntitolati għall-allowances u benefiċċji oħra? Kemm huma dawn l-allowances f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jista` jinkiseb mill-Memorandum `Engagement of Staff in Private Secretariats` li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f`Seduta 124.
Leg 9 PQ #10363 Sitting 157 1999-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MOBC — Membri tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tal-MOBC hekk kif ġie rikostitwit? Kemm ġew ingaġġati nies ġodda ma' l-MOBC minn Awissu 'l quddiem? X'xogħol qed jagħmlu? F'liema xahar ġew ingaġġati? Minn liema lokal huma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Bord ta' l-M.O.B.C. fil-preżent huwa kompost miċ-Chairman is-Sur Tancred Tabone u mid-Diretturi s-Sinjuri Renato Agius Muscat, Joseph Bugeja, Joe Stellini u Simon Vella. Minn Awissu 'l hawn ġew ingaġġati żewġ persuni, wieħed, li joqgħod Ħal-Safi, minn Settembru ġie 'seconded' minn Sant'Iermu Shipping Company bħala Plant Operator u l-ieħor, li joqgħod Raħal Ġdid, f'Ottubru, ġie impjegat 'on contract basis' bħala Bulk Operator.
Leg 9 PQ #10210 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

UE — Sħubija

Question

Wara li tħabbar uffiċjalment min-negozjatur ewlieni ċiprijott li l-proċess ta' armonizzazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jiswa lil Ċipru bejn 2-3% tal-GDP annwali għal erba' snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx kalkolu simili mill-Gvern Malti u jekk iva, x'inhu?

Response (DALLI, JOHN)

Ma għandix informazzjoni fuq kif Ċipru għamlu l-kalkoli tagħhom.
Leg 9 PQ #10211 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Sħubija

Question

Wara li tħabbar uffiċjalment min-negozjatur ewlieni ċiprijott li l-proċess ta' armonizzazzjoni għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea se jiswa lil Ċipru bejn 2 - 3% tal-GDP annwali għal erba' snin li ġejjin, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx kalkolu simili mill-Gvern Malti u jekk iva, x'inhu?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Malti bħalissa għadu għaddej bil-proċess tal-iscreening bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja sabiex jiġi stabbilit sa fejn huma konformi l-liġijiet ta` Malta ma` dawk tal-Unjoni Ewropeja. Għaldaqstant in-nefqa li tista` tkun involuta fil-proċess ta` armoniżżazzjoni tista biss tiġi kalkolata iżjed il-quddiem.
Leg 9 PQ #10212 Sitting 154 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Economic planning — Projections

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-projections tal-Economic Planning sas-sena 2002 għal dawk li huma: real GDP growth; rata ta' qgħad; consumer price inflation; current a/c balance as % of GDP; merchandise exports (FOB); u merchandise imports (CIF)?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10022 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Londra — Delegazzjoni Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista sħiħa tad-delegazzjoni Maltija li ħadet sehem fl-investment promotion seminar ta' l-MDC li sar fil-bini taċ-CBI f'Londra dan l-aħħar? Jista' l-Prim Ministru jelabora aktar dwar l-emendi proposti għal IDA li huwa aċċenna għalihom fid-diskors tiegħu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Investment Promotion Seminar li sar f'Londra nhar it-30 ta' Settembru 1999 kien organiżżat mill-Malta Development Corporation flimkien mal-Confederation of British Industries. Minħabba l-importanza ta' din l-attivita, li kellha l-iskop ewlieni li tattira nvestiment lejn Malta minn fost il-membri tas-CBI u organiżżazzjonijiet oħra, jien indirizzajt dan is-seminar. Ipparteċipaw fis-Seminar il-Ministru għas-Serviżżi Ekonomiċi, l-Onor Josef Bonnici, ic-Chairman tal-MDC, is-Sur Francis Vassallo u l-ko-ordinatur fl-Investment Promotion Section ta' l-MDC, is-Sur Mario Galea. Il-Ministru tal-Finanzi, l-Onor John Dalli, li kien ġej lura Malta mill-laqgħat ta' l-IMF, għamel l-arranġamenti ukoll biex ikun preżenti għas-seminar. L-Assistent Personali tiegħi, is-Sur Richard Cachia Caruana, akkumpanjani fuq din iż-żjara li kienet tinkludi wkoll taħdidiet fi Brussels. L-emendi proposti għall-Industrial Development Act qegħdin preżentament jiġu eżaminati u diskussi. Kif tkun finaliżżata din il-fażi, l-emendi jiġu preżentati lill-Parlament għad-diskussjoni fiż-żmien opportun.
Leg 9 PQ #10023 Sitting 153 1999-10-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tat-tobba ta' St. Luke's li nqabdu skartati minn xogħolhom? Veru li f'ħafna każi se jitmewtu l-passi li kienu se jittieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-każijiet ta' dixxiplina kontra tobba li qed jirreferi għalihom l-onorevoli nterpellant qed jiġu trattati bl-istess mod li jiġu trattati każijiet ta' dixxiplina oħra.