Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11028 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Studji

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-istudji li setgħu saru mill-ministeru jew mill-MFSC dwar l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE jista' jkollha fuq is-servizzi finanzjarji f'pajjiżna? X'inhu mistenni jkunu impatt ta' l-EMU fuq is-servizzi finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħala kumment ġenerali, nista ngħid illi ma naħsibx illi l-EMU għandu jkollu xi impatt negattiv fuq is-servizzi finanzjarji f`pajjiżna. L-impatt tal-EMU fuq is-servizzi finanzjarji huwa suġġett importanti u komplikat u studju qed isir kontinwament l-MFSC u L-Bank Ċentrali ta` Malta.
Leg 9 PQ #11029 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

OECD — Tax havens

Question

Billi l-OECD se tippubblika lista ta' tax havens f'Jannar 2000, il-Gvern Malti irċieva xi indikazzjonijiet jekk pajjiżna huwiex se jkun inkluż f'din il-lista?

Response (DALLI, JOHN)

L-OECD għadha qed tagħmel l-istudji tagħha rigward id-diversi ġurisdizzjonijiet qabel ma toħroġ il-lista ta` tax havens. Din il-lista mhix mistennija toħroġ qabel Ġunju, 2000. Waqt li d-deċiżjoni finali hija naturalment tal-OECD, mill-laqgħat li saru bejn l-uffiċjali tal-OECD u l-istituzjonijiet tagħna jidher li l-proċeduri li nużaw aħna huma aċċettabbli.
Leg 9 PQ #10984 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — Intervisti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9375, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-proċess ta' l-għażla ħa daqshekk fit-tul meta kien hemm żewġ applikazzjonijiet biss? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux soltu li l-Armata ddum daqshekk biex tipproċessa għażla? Minn April sal-lum, jista l-Prim Ministru igħid kemm-il darba t-tabib ta' l-Armata mar jiċċekja nies id-dar li rrapportaw morda fost il-ġimgħa u fil-weekends, separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-proċess ta' l-għażla ħa fit-tul għaliex mexa ma proċess ta' reklutaġġ ieħor fil-FAM. Is-soltu l-Armata, fejn in-numru ta' applikanti ma jkunx kbir, ma ddumx daqshekk biex tipproċessa l-għażla. Ninsab infurmat li minn April 1999 ma sarux visti d-dar mit-tabib ta' l-Armata.
Leg 9 PQ #10562 Sitting 173 1999-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Economic Planning — Projections

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 10212?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa fatt li bħalissa hemm inċertezza qawwija fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ntrnazzjonali. Barra dan, hemm numru ta' proġetti u inizjattivi importanti oħra li jridu jittieħdu fil-qasam lokali matul is-snin li ġejjin. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, dawn il-fatturi kollha jikkundizzjonaw il-projections tal-indikaturi ekonomiċi ta' pajjiżna fuq medda ta' snin. F'dan il-kuntest, huwa mistenni li matul il-perjodu msemmi, il-prodott gross domestiku (GDP) f'termini rejali huwa mistennija li jkun ta' madwar 4 fil-mija. F'ekonomija miftuħa bħal Malta, ir-rata ta' tkabbir tal-ekonomija tkun influenzata mill-iżviluppi li jistgħu iseħħu fix-xena internazzjonali kif ukoll mir-ristrutturazzjoni f'diversi setturi tal-ekonomija. Minbarra hekk, fis-snin li ġejjin, il-proġetti kapitali li mistennija jibdew fil-futur qarib huwa mistennija li jkollhom impatt ukoll fil-qasam tax-xogħol u l-kummerċ domestiku u internazzjonali. Huwa mistenni ukoll li r-rata ta' inflazzjoni tibqa' relattivament baxxa.
Leg 9 PQ #10802 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Affaijiet tal-Konsumatur — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżistu ta' l-ilment datata 15/10/99 minn resident mis-Swieqi mad-Dipartiment ta'l-Affarijiet tal-Konsumatur dwar Virtu' Ferries Ltd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ilment li għalih qed issir riferenza, għalkemm datat 15 ta' Ottubru 1999, wasal fid-Dipartiment fit-22 ta' Ottubru 1999. Il-konsumatur konċernat ġie mgħarraf b'dan, kif ukoll li skond l-Att ta' l-1994 dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, id-Direttur għandu żmien ħmistax-il jum ta' xogħol minn meta l-parti tkun irreferiet it-talba tagħha sabiex jipprova jilħaq ftehim dwar il-kwistjoni li jkun hemm.
Leg 9 PQ #10875 Sitting 169 1999-11-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Intrapriżi kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' intrapriżi kummerċjali, maqsumin skond id-daqs i.e. kbar, ta' daqs medju u żgħar? X'inhuma l-kriterji li bihom il-Gvern jiddefinixxi dawn il-kategoriji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #10797 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Gżira — Poliklinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-poliklinika tal-Gżira spiss qed ikun hemm nuqqas ta' mediċini konnessi mal-problema ta' Cholestorol?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba li d-Dipartiment tas-Saħħa jixtri bosta mediċini konnessi mal-problema ta` 'Cholesterol', ikun ta` għajnuna għad-Dipartiment jekk l-Onorevoli Interpellant issemmi l-mediċini speċifiċi li qiegħed jirreferi għalihom.
Leg 9 PQ #10798 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Refunds

Question

Billi għadek kif ġejt irrapportat li għedt li qed tikkonsidra sistema alternattiva għar-refunds fuq it-taxxa, tista' telabora għal-liema taxxa qed tirriferi u x'inhuma l-pjani tal-gvern f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Jista l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema rapport qiegħed jirreferi.
Leg 9 PQ #10799 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Rapport ta' l-Awditur

Question

Billi fir-rapport ta' l-awditur għas-sena 1997 jingħad f'paġna 42 li l-gvern għandu jdaħħal Lm172 miljun f'Income Tax kif tirrikonċilja din il-figura ma'dik li għadek kif semmejt fuq Radio 101 li l-gvern għandu jieħu bejn Lm26 u Lm30 miljun fl-income tax?

Response (DALLI, JOHN)

Nassumi li kemm dam ministru tal-finanzi, l-Onorevoli Interpellant ħa interess li jkun jaf il-make-up tal-figura li tidher bħala arretrati. Jekk għamel hekk ġie spjegat lilu li din iċ-ċifra ma tirrapreżentax flus li għandhom jinġabru. Fil-fatt, fejn ir-rapport ta l-awdituri għas-sena 1999 jgħid f paġna 42 li l-Gvern kellu jdaħħal Lm 172 miljun, ir-rapport jgħid ukoll f paġna 47 li skond eżerċizzju li għamel id-dipartiment l-ammont attwali minn din il-figura ta arretrati ta taxxa kien ilaħħaq xi Lm50 miljun f Diċembru 1997. Sa l-aħħar ta Settembru 1999 il-figura ta Lm172 miljun kienet niżlet għal Lm157 miljun. F dan il-perjodu ta bejn Jannar 1998 u Settembru 1999 inġabbru madwar Lm30 miljun f arretrati ta taxxa li fil-maġġoranza kienet taxxa miġbura bħala arretrati fuq assessments ta qabel il-1999.
Leg 9 PQ #10800 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministru tal-Finanzi — Żjara fil-Libja

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li żort il-Libja dan l-aħħar? X'kienet in-natura taż-żjara? Ma' min iltqajt? Min kienu l-membri tad-delegazzjoni Maltija?

Response (DALLI, JOHN)

1. Nikkonferma li żort il-Libya dan l-aħħar biex immexxi l-kumitat kongunt bejn iż-żewġ pajjiżi. 2. Iltqajt mal- co-Chairman tal-Kumitat konġunt - Libya Joint Commission: Minister for Marine Wealth Mr Bashir Ramadan Abu Jinah Ministru tal-Finanzi Dr Mohammed Beit Al-Mal Gvernatur tal-Bank Ċentrali Dr Taher al-Jhaimi Ministru tal-Ekonomija u Kummerċ Dr Abdul Hafiz Zlitni Chairman of Lafico Mr Mohammed Hueij. 3. Id-Delegazzjoni kienu: Ministru John Dalli Minister of Finance and Co-Chairman Mr Antoine Attard Private Secretary to the Minister of Finance Mr Frank Zammit Assistent Private Secretary to the Minister of Finance Mr Pierre Mallia Desk Officer for Libya, Ministry of Foreign Affairs Mr Ivan Falzon Chairman - MIMCOL Mr Mario Mizzi Senior Manager - MIMCOL Mr Lino Gatt Council Member - Malta Drydocks Mr Lorry Bilocca Financial Controller & Corporate Secretary - Malta Drydocks Mr Ivan Mamo Malta Drydocks Mr John Cassar White Chairman - Malta Shipbuilding Co Ltd. Mr Victor Galea Chief Executive Officer Malta Shipbuilding Co Ltd. Mr Louis Grech Chairman - Air Malta Mr Joe Cappello Group General Manager - Air Malta Mr Anthony Chircop Group Head Treasury - Air Malta Ms Marlene Mizzi Chairman - Sea Malta Mr Joseph Bugeja General Manager - Sea Malta Mr Jesmond Zammit Senior Manager Commercial - Sea Malta Mr Joseph Aquilina Senior Agriculture Officer - Ministry of Agricultue & Fisheries Mr Robert Ghirlando Chairman - Enemalta Dr George Cassar Chairman - Libyan Arab Maltese Holdings Company Ltd. Mr Vince Callus Director, International Tax Unit - Inland Revenue Department Mr Godfrey Huber Deputy General Manager - Central Bank of Malta Mr George Doublesin Ambassador Mr Martin Valentino Counsellor
Leg 9 PQ #10801 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Awtorita'tat-Turiżmu — Website

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fuq il-website tal-Malta Tourism Authority għadhom jidhru il-figuri ta' l-1997 bħala l-aħħar figuri ippubblikati?

Response (REFALO, MICHAEL)

Filwaqt li nirringrazzja lill-Onor Interpellant li attirali l-attenzjoni għal dan in-nuqqas ġejt infurmat mill-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta li hu fatt li bi żvista għadha tidher l-istatistika ta' l-1997 u li qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn jiġu aġġornati.
Leg 9 PQ #10666 Sitting 165 1999-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Korporazzjonijiet/aġenzji — Wage freeze

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern huwiex miexi fid-direzzjoni ta' wage freeze fir-rigward ta' korporazzjonijiet, aġenziji u awtoritajiet tal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ir-risposta hi fin-negattiv. Pero f`kull ażjenda l-pagi jridu jkunu relatati mal-produttivita.
Leg 9 PQ #10633 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF — Rapport

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10208, ir-rapport in kwestjoni huwa "Selection Transition and Mediterranean Countries: An Institutional Primer on EMU & EU Relations" (working paper WP/98/82) tal-European I Department ta' l-IMF, jista' l-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija?

Response (DALLI, JOHN)

B`riferenza għal mistoqsija tal-Onorevoli Membru dwar studju jew working paper tal-IMF li tirreferi għall-pożizzjoni tal-pajjiżi ta` transizzjoni u tal-Mediterran rigward l-Unjoni Monetarja Ewropea (UME), nixtieq niġbed l-attenzjoni li, meta nkiteb ir-rapport, jiġifieri fil-bidu tal-1998, l-applikazzjoni ta` Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropea kienet diġa ilha ffriżata għal aktar minn sena. Nixtieq ngħid li, min dak iż-żmien s`issa, l-applikazzjoni reġgħet ġiet ri-attivata u bħalissa qed isir proċess ta` screening estensiv mill-Kummissjoni Ewropea. Parti minn dan il-proċess għandu x`jaqsam mal-preparamenti għad-dħul fl-Unjoni Monetarja Ewropea. Fil-fatt is-sessjoni ta` screening bilaterali fuq l-UME (Kapitlu 11) se ssir f`nofs Diċembru. Hu mistenni li, matul din il-laqgħa, il-Gvern joħroġ bil-proposti tiegħu sabiex b`mod gradwali jsir dak li hemm bżonn sabiex Malta tissieħeb fl-UME. Waħda mill-affarijiet li jridu jsiru hi li tissaħħaħ l-indipendenza tal-Bank Ċentrali. Għal dan il-għan, fl-1994, il-Gvern kien diġa ħa passi sabiex, permezz tal-emendi għall-Att dwar il-Bank Ċentrali ta` Malta, iħalli lill-Bank Ċentrali jaġixxi b`mod indipendenti ħafna, speċjalment fejn tidħol il-politika monetarja. Il-Gvern għandu f`moħħu li jdaħħal aktar tibdiliet għall-leġislazzjoni tal-Bank Ċentrali sabiex din tkun konformi ma` dak li titlob is-Sistema tal-Banek Ċentrali Ewropej.
Leg 9 PQ #10634 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Univerista' — Ftehim kollettiv tal-PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm konsultazzjonijiet ma'/jew rappreżentanti tal-Ministeru tal-Finanzi nvoluti fit-taħdidiet dwar il-ftehim kollettiv tal-PA ta' l-Universita' li ġew konklużi dan l-aħħar? Għaliex il-Ministru ma tax struzzjonijiet speċifiċi lin-negozjaturi tal-ftehim kollettiv qabel ma' dawn ġew konklużi u mhux wara?

Response (DALLI, JOHN)

Ma nafx kif kien jaħdem l-Onorevoli Interpellant meta hu kien Ministru tal-Finanzi, pero meta il-Ministeru tal-Finanzi jiġi konsultanti, id-drabi ma jingħaddux. Il-Ministeru ta` l-kummenti fil-ħin li ġie infurmat l-ewwel darba.
Leg 9 PQ #10635 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Public Registry

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet id-ditta privata għal kuntratt tal-Public Registry? Liema ditti oħrajn ġew ikkonsidrati? Il-Ministru qatt uża s-servizzi ta' din id-ditta qabel sar ministru?

Response (BORG, TONIO)

Matul dawn l-aħħar snin, kien għaddej studju dwar il-komputerizzazzjoni tar-riċerki ta` l-insinwa. Fit-18 ta` Novembru 1987, il-Ministru tal-Ġustizzja ta` dak iż-żmien waqqaf Kummissjoni sabiex tirraporta dwar iċ-Ċertezza tat-Titolu. Taħt il-kappa ta` din il-Kummssjoni twaqqaf kumitat tekniku li evalwa l-proposti ta` numru ta` ditti interessati fis-suġġett, fosthom id-ditta Eureka Services Ltd. Fit-18 ta` Marzu 1998, il-Kummissjoni ppubblikat ir-rapport, iżda mhux ir-rapport tekniku li kien fih konsiderazzjonijiet kummerċjali. Sadanittant kienu nbdew taħdidiet mill-Gvern preċedenti ma` l-Eureka Services Ltd. Dawn it-taħdidiet komplew u kienu fi stadju avvanzat sa lejliet l-elezzjoni. Wara l-elezzjoni jiena waqqaft Implementation Commission li lestiet ir-rapport fl-aħħar ta` Jannar ta` din is-sena. F`dan l-istadju reġgħu nbdew id-diskussjoni ma` l-istess ditta liema diskussjoni issa wasslu għal ftehim li poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-diskussjonijiet żviluppaw b`mod li issa l-ftehim ikopri mhux biss id-database ta` l-indiċi iżda ukoll tan-noti, u ikopri ukoll l-informazzjoni lura sa mit-twaqqif tar-Reġistru (Malta u Għawdex) u dak li jidħol ta` kuljum. Għal din l-informazzjoni kollha, li issa saret proprjeta` tal-Gvern, il-poplu ma ħariġx ċenteżmu wieħed. Naturalment kien hemm prezz, liema prezz huwa li l-kumpanija hija l-kuntrattur esklussiv tal-Gvern għal 10 snin li ġejjin. Aktar dettalji jirriżultaw mill-ftehim. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nwieġeb fin-negattiv. Qatt ma użajt is-servizzi ta` Eureka Services Ltd. qabel ma ġejt nominat Ministru. Iżda anki li kieku għamilt dan ma kontx inkun qed nagħmel xejn għajr dak li għamlu diversi nies oħra, inklużi banek u kumpaniji tal-Gvern matul l-amministrazzjoni ta` qabel. 26.10.99 (a.m)
Leg 9 PQ #10636 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Income tax

Question

Dwar il-Lm128 miljun li huwa stmat li l-gvern se jkun ġabar minn Income Tax, jista' l-Ministru jgħid kemm minnhom qed jipproġetta li jkunu multi u penalitajiet oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-Lm128 miljun li se jkunu nġabru fil-1999, huwa ikkalkulat li Lm6,000 minnhom ikun multi u penalitajiet.

ETC — Chief Executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet liċ-Chief Executive ta' l-ETC biex itemm il-ħatra tiegħu mal-korporazzjoni? Skond il-kuntratt li kellu, meta kellha tintemm din il-ħatra? X'inhuma l-kondizzjonijiet li ġew offruti liċ-Chief Executive il-ġdid tal-korporazzjoni? Kemm hu twil il-kuntratt tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta kien qed jitwettaq il-proċess għall-ħatra ta' "Chief Executive Designate" għall-Korporazzjoni, kien hemm il-ħsieb li ċ-"Chief Executive" attwali jiġi sekondat, a spejjeż tal-Gvern, ma Koperattiva li għandha bżonn tmexxija aħjar u assistenza teknika ta' persuna midħla fis-sistemi koperattivi. Dan l-arranġament iżda ma seħħx u għalhekk ma kienx jagħmel sens li l-Korporazzjoni jkollha, għal żmien relattivament twil, kemm "Chief Executive" kif ukoll "Chief Executive Designate". Il-ħatra taċ-"Chief Executive" attwali kienet tibqa' valida sakemm jirtira' bl-eta'. Ir-remunerazzjoni li għandu jirċievi ċ-"Chief Executive" l-ġdid tal-Korporazzjoni hija fl-istess livell ta' dik li kien igawdi ta' qablu bid-differenza iżda li ċ-"Chief Executive" l-ġdid għandu wkoll id-dritt għall-"Performance Bonus" li għandhom s-Segretarji Permanenti fis-Servizz Pubbliku. Il-kuntratt taċ-"Chief Executive" l-ġdid huwa ta' ħames snin li jista' jiġġedded għal ħames snin oħra.
Leg 9 PQ #10638 Sitting 164 1999-10-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Tibdiliet

Question

Jista' l-Ministru jelenka fid-dettall it-tibdiliet sostanzjali fil-liġi tal-VAT li qed teżiġi il-Kummissjoni Ewropea? Jikkonferma l-Ministru li dawn fil-biċċa l-kbira tagħhom jikkonċernaw zero raties u eżenzjonijiet oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea għadha ma esiġit ebda tibdiliet fil-liġi tal-VAT.
Leg 9 PQ #10559 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Deficit Finanzjarju

Question

B'riferenza għar-rapport li l-gvern ser inaqqas id-deficit ta' Lm20 miljun u b'hekk inaqqsu b'anqas milli ġie budgeted minnu stess, il-Ministru kif jorbot dan kollu ma' l-estimi ta' l-1998/9 li juru li d-deficit kellu jonqos b'Lm29 miljun (Minn Lm163 miljun għal Lm134 miljun)?

Response (DALLI, JOHN)

Kif suppost jaf l-Onorevoli Interpellant, is-sena 1998 ma spiċċatx b`deficit ta` Lm163 miljun kif kien proġettat imma dan tnaqqas għal Lm150 miljun. Hi ma din l-aħħar figura li qed inqabbli d-deficit ta` din is-sena.