Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li rritornat il-Kanada tliet snin ilu, huwa dovut refund lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Għalkemm l-aħħar indirizz ta' din il-persuna kien il-Għargħur, huwa ta struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni biex jibagħtu kull korrispondenza lil indirizz ieħor. Dettalji rilevanti qed jintbagħtu separatament.
Response (DALLI, JOHN)
Ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtoriżżat mit-taxpayer allura t-tweġiba tingħata lilu privatament jew l-amministratur tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-membri tal-MEUSAC li siefru fuq xogħol ta' l-isreening li sar Brussels? Tista' tiddentifika l-okkażjonijiet meta sar dan?
Response (BORG, JOE)
In-nies illi telgħu għal laqgħat ta' l-iscreening fi Brussels bħala Core Group members tal-MEUSAC huma:
DATA MEMBRI MEUSAC SUĠĠETT
22 Sep Prof Lino Briguglio Regional Policy &
Co-ordination of
Structural Instruments
05-06 Oct Dr Godfrey Baldacchino Fisheries
06-07 Oct Dr George Abela Consumer & Health
11-13 Oct Ms Antoinette Cutajar Free Movement of
Services
14-15 Oct Prof Lino Briguglio Statistics
18-19 Oct Dr Joanna Drake Customs Union/Taxation
Dr Roderick Pace Customs Union/Taxation
22 Oct Dr Roderick Pace External Relations
25-29 Oct Dr Joanna Drake Customs Union
Dr Roderick Pace Taxation
06-10 Oct Dr Joanna Drake Competition Law
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta għandhiex il-ħsieb biex fil-ġejjieni qarib tbiddel il-flotta tal-ajruplani tagħha? Il-kumpannija qegħda tikkonsidra li tidħol f'alleanzi strateġiċi ma' sħab ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-immodernizzar tal-flotta ta' l-ajruplani fid-dawl ta' l-iżviluppi fl-industrija ajronawtika u l-ħtiġijiet li jesiġu l-operazzjonijiet tagħha, jikkostitwixxu studju li fl-Air Malta jinsab għaddej kontinwament. Fl-istess ħin il-possibilta ta' alleanzi strateġiċi, s`intendi fl-aħjar interess tal-Kumpanija, huwa suġġett minn ta' quddiem fl-aġenda tal-management tal-Kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kumpanniji barranin li urew interess fil-kumpanniji prospettivi separati li l-Enemalta mistennija tinqasam fihom? Kien hemm min wera interess fit-taqsima ta' l-elettriku li regolarment tagħmel it-telf?
F'liema setturi partikolari urew dan l-interess?
Dawn il-kumpanniji għamlu kuntratt dirett ma' l-Enemalta jew għamlu dan permezz tal-privatisation unit tal-gvern?
Response (BONNICI, JOSEF)
F`dan l-istadju ghadu kmieni biex wiehed jitkellem dwar il-materja li ghaliha qed issir referenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dovuti refunds lit-taxpayers fl-Income Tax u f'VAT? Kemm jinvolvu taxpayers?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-Income Tax l-ammont ta` Lm18,371,583 huma dovuti f`refunds lil 37,087 taxpayers inklużi kumpaniji u korpi oħra.
Sas-17 ta` Novembru 1999, l-ammont ta` refunds mitluba mit-taxpayers taħt l-Att tal-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u li għad iridu jitħallsu bejn Diċembru 1999 u Mejju tas-sena 2000 hu ta` Lm9,076,148. In-numru ta` taxpayers involuti hu ta` 6,693. Dawn il-figuri normalment jonqsu sakemm jiġu biex jitħallsu r-refunds dovuti peress li skond l-artikolu 25 sub-arikolu 2, persuna reġistrata għandha d-dritt li tpaċi l-output tax għal żmien ta` taxxa ma` xi kreditu li jirriżulta minn xi żmien ta` taxxa li jkun għadu ma tħallasx lilha.
Ir-refunds dovuti fl-istess perjodu s-sena `l oħra taħt is-CET kienet ta` Lm2,484,231.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-PC (Personal Computer) density f'Malta bħalissa?
Kif kibret tul is-snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju Ċentrali ta` l-Istatistika miċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar li sar fl-1995 hija kif tidher hawn taħt:
Households li għandhom apparat wieħed 18531
żewg apparat 1185
tlett apparat 147
erba` apparat 23
ħames apparat 3
sitt apparat 6
TOTAL 19895
Din il-figura ma tinkludix il-kwantita ta` apparat fl-uffiċini, negozji etc.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati studji minn konsulenti barranin u/jew lokali mill-Awtorita' tat-Turiżmu?
Jekk iva, liema kienu l-assignments, il-konsulenti u l-ħlas miftiehem? Saru studji simili tul l-1999 mill-NTOM qabel ġiet fis-seħħ l-MTA?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta ħatret żewġ konsulenti Maltin magħha kemm ilha mwaqqfa. Dawn huma s-Sur Franco Valletta u s-Sur Alex Grech li jitħallsu Lm10,000 fis-sena kull wieħed. L-'assignments' rispettivi tagħhom huma:
(a) li jiġu formulati u implimentati 'plans' u 'policies' għas-'Support
Services' u 'Human Resource Management Directorate'; u
(b) li jitħejja 'Strategic Plan' għas-snin 2000-2002 biex eventwalment
jiġi implimentat kemm mill-Awtorita' kif ukoll minn dawk l-organizzazzjonijiet li huma midħla tat-Turiżmu.
Bħala parti mill-konsulenza tagħhom iż-żewġ konsulenti jridu jħejju studju.
Jien infurmat ukoll li fl-1997 kienet saret l-hekk imsejħa 'High Level Tourism Guidance Paper'. Minħabba d-dewmin fit-twaqqif ta' l-Awtorita', din il-'Paper' kien hemm ħtieġa li tiġi aġġornata.
Jista' l-Ministru jgħid kif jirrikonċilja l-indikaturi ekonomiċi li l-gvern jiftaħar bihom mad-dikjarazzjoni ta' bank ewlieni lokali li kien qed jirdoppja il-provision tiegħu ta' bad/doubtful debts minħabba fis-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Naħseb li l-Onorevoli Interpellant jaqbel li provisions għal `bad or doubtful debts` isiru wkoll minħabba deċiżjonijiet ħżiena li jkunu ttieħdu fil-passat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax tippubblika ir-rapport ta' l-investigazzjoni dwar il-każ tal-Lay Lay billi inti ġejt irrapportat li għedt li ma tara xejn ħażin li dan jiġi ippubblikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rapport in kwistjoni, flimkien mar-rapport ta' l-Awditur Ġenerali u d-Direttur tal-Kuntratti li kien sar fil-31 ta' Awwissu 1998, tqegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tat-2 ta' Novembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk id-ditti ta' konsulenza li issottomettew offerti għat-tħejjija ta' rapport dwar l-industrija ta' l-għamara f'isem l-IPSE? X'kienu l-offerti ta' kull ditta nvoluta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 10910 waqt is-Seduta numru 174.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-Korporazzjoni Enemalta għandha skarsezza ta' three phase meters?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-preżent il-livell ta' ħażna tal-meters kummerċjali 'three phase' hi pjuttost baxxa. Din il-ġimgħa waslet kunsinna żgħira ta' dawn il-meters. Diġa hemm ordni oħra li mistennija tasal dalwaqt.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10875?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Avviż Legali numru 110 ta' l-1997 ta' l-Att ta' l-Iżvilupp ta' l-Industrija, jistabilixxi li intrapriża tkun meqjusa bħal 'żgħira' meta n-numru ta' impjegati ma jkunx aktar minn għaxra. Mill-banda l-oħra dan l-Att ma jistabilixxix il-kriterji ta' x'inhuma 'intrapriżi kbar' u 'intrapriżi ta' daqs medju'. Madankollu l-esperjenza urietna li fis-settur tal-manifattura u għal raġunijiet ta' prattiċita huwa kkunsidrat li intrapriża hija ' ta' daqs medju' jekk tkun tħaddem bejn 11 u 250 persuna u 'ta' daqs kbir' jekk timpjega aktar minn 250 ħaddiem.
A bażi ta' dawn il-kriterji, sa l-aħħar ta' Settembru 1999, in-numru ta' intrapriżi tal-manifattura mqassmin skond id-daqs huwa kif ġej
Ta' daqs kbir 16
Ta' daqs medju 378
Ta' daqs żgħir 3686
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10798 nirriferik għal dik il-parti tad-diskors tiegħek kif irrapportat min "In-Nazzjon" fejn inti tkellimt ukoll dwar sistemi ġodda li l-gvern qed jiddiskuti u jaħseb dwarhom minflok ma jimxi fuq is-sistema ta' refunds ta' taxxa (In-Nazzjon 25/10/99), jista' l-Ministru issa jirrispondi?
Response (DALLI, JOHN)
Jidher li r-riferenza li qed jagħmel l-Onorevoli Interpellant hi riżultat ta` rapurtar ħażin. Jista` jkun li kont qiegħed nitkellem dwar is-sistema li daħħalna li ma din is-sena r-refunds jitħallsu mill-Inland Revenue sa sitt xhur wara li tintbagħat ir-return.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Kunsill Lokali ta' Pembroke
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tad-Dipartiment ta' l-Artijiet għat-talba tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke dwar l-avviż ta' l-istess dipartiment numru 186, fil-ħarġa numru 16,852 tad-19 ta' Ottubru, 1999 għal kiri ta' biċċa art li hemm bejn Triq Cassino, Triq Camillo Sciberras u Triq Mons. Mifsud Tommasi, wara li l-kunsill kiteb lid-dipartiment fejn informah li jħoss li m'għandhomx jinħarġu offerti għal artijiet fil-lokal qabel il-pjan ta' azzjoni għal Pembroke jiġi approvat mill-Parlament u kif ukoll talbu biex iwaqqaf f'mod immedjat is-sejħa ta' l-offerti in kwestjoni billi tiġi ffriżata sakemm jiġi approvat dan il-pjan, u dan wara li l-kunsill kien kiteb ukoll lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar fejn l-art in kwestjoni kellha tiġi definita bħala żona ta' fejn għandu jinbena ċentru ċiviku u kummerċjali fil-lokal?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Ministeru tal-Finanzi dam kważi sena biex ikkontesta figuri dwar deficit attwali għas-sena 1998 li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni kien qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta kien qed iwieġeb għad-diskors tal-Budget 1999 f'Diċembru li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Il-Ministru tal-Finanzi jikkwota biss figuri attwali u uffiċċjali: L-aħħar estimi riveduti ta` l-1998, kif ippubblikati f`Novembru 1998, kienu juru deficit ta` Lm163 miljun, filwaqt li l-figuri finali, kif ippubblikati mit-Teżor f`Ġunju 1999 fil-Financial Report 1998, juru deficit ta` Lm150 miljun.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti ta' żieda imminenti fir-rata tal-VAT fuq is-settur turistiku?
Response (REFALO, MICHAEL)
L-Onor Membru, li fi żmienu kopra l-kariga ta' Ministru tal-Finanzi, żgur japprezza li miżuri fiskali, jekk ikun hemm, normalment jitħabbru fil-'Budget Speech'.