Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12240?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Onor. Membru japprezza li t-tagħrif li qed jitlob jinħtieġ aktar żmien biex jinġabar milli donnu qed jippretendi, anke fid-dawl li ċerti kontijiet għadhom lanqas biss daħlu. Tagħrif sħiħ jingħata meta jiġi kompilat u verifikat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-financial regulations ġew osservati strettament fl-infiq fuq il-festi tal-Millennju? Kemm kien hemm direct orders b'kollox?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju nirreferi għal tweġiba għall-Mistoqsijiet numru 12240 u 12511.
Jista' l-Ministru jikkonferma li r-regolamenti finanzjarji ġew il-ħin kollu osservati fl-ispejjeż kollha li ntefqu in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, ġie mwaqqaf kumitat `ad hoc` taħt il-Ministeru ta` l-Edukazzjoni biex jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta` dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.
Kull uffiċjal pubbliku huwa konxju li fejn jidħol infiq pubbliku dan għandu jsir skond ir-Regolamenti Finanzjarji.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju, attivita', attivita'? Kemm ingħataw direct orders fit-tħejjijiet għal dawn il-festi?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar, u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Prof. John David Mooney — Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għas-servizzi u l-mawra/mawriet f'Malta tal-Prof. John David Monney in konnessjoni maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Prof. John David Mooney ta s-servizzi tiegħu bla ħlas.
Il-ħlas li sar kien għal żewġ mawriet tiegħu f'Malta, li jinkludi spejjeż ta' akkomodazzjoni u vjaġġar, kien jammonta għal Lm4,173.15.
Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arranġamenti finanzjarji
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma l-arranġamenti finanzjarji li daħal għalihom il-gvern biex akkwista premises ġodda temporanji għad-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-Furjana? Kif ġie ddentifikat is-sit konċernat? Minn min ġew immexxija it-trattattivi u n-negozjati għall-akkwist ta' dan il-fond kemm min-naħa tal-gvern kif ukoll min-naħa tas-sidien privati tal-fond?
Response (DALLI, JOHN)
L-arrangamenti finanzjarji li daħal għalihom il-Gvern biex akkwista il-premises temporanji ġodda fil-Furjana huma il-ħlas ta` kera ta` Lm8,400 (eskluż il-VAT) kull sena għal tlett snin.
Id-Dipartiment kellu bżonn għal żmien temporanju post ieħor bħala riżultat tal-introduzzjoni tas-sistema tas-Self Assessment. Din ġabet magħha it-twaqqif ta` sezzjonijiet ġodda fi ħdan id-Dipartiment tat-Taxxi Interni flimkien ma` proċeduri u sistemi ta` xogħol differenti minn tal-passat. Id-Dipartiment ma kellux post fejn iżomm dawn is-Sezzjonijiet ġodda u fl-istess ħin jibqa` għaddej bix-xogħol ta` qabel.
Billi dan il-fond kien għadu kif tbattal, u jinsab eżatt quddiem Block 4 tad-Dipartiment fejn normalment imorru il-maġġoranza tan-nies li jkollhom bżonn jinqdew fuq it-taxxa, saru arranġamenti biex il-post jinkera għal tlett snin sa kemm ikunu jistgħu jitlestu xi xogħolijiet fuq Block 4.
Il-posizzjoni u l-kundizzjoni ta` dan il-post offrew lid-dipartiment il-vantaġġ:
1. li jkun f`pożizzjoni li jokkupa l-post fl-iqsar żmien posibbli għax ma
kienx ilu li tbattal, kien diġa` jintuża bħala uffiċċju u għalhekk ma kienx hemm il-bżonn ta` xi xogħlijiet kbar;
2. li jkun jista` jingħaqad mas-sistema tal-Computers tad-dipartiment
bl-inqas spejjeż għall-infrastruttura tagħha;
3. li jkun jista` jagħmel supervizjoni tajba; u
4. dan huwa importanti ħafna, li l-pubbliku ma jkollux skariġġ żejjed
jew ħafna ġiri bla bżonn jekk ikollu l-bżonn ikun f`xi uffiċċju ieħor tad-dipartiment jew il-Cash Office biex jinqeda.
It-trattativi għall-akkwist ta` dan il-fond kienu immexxija mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni min-naħa tal-gvern u s-Sur Joe Schembri għan-naħa tas-sidien privati. Il-Kuntratt tal-kera sar min-Nutar tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi studji mill-gvern jew mill-Bank Ċentrali dwar l-implikazzjonijiet makroekonomiċi fuq l-ekonomija Maltija ta' l-EMU u l-introduzzjoni tal-EURO? Jekk iva, jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-qadi tal-missjoni tiegħu, l-Bank Ċentrali dejjem iqis x`implikazzjonijiet jistgħu jkollhom għall-ekonomija ta` Malta żviluppi ekonomiċi w finanzjarji nternazzjoniali, inklużi dawk li jissemmew fil-mistoqsija. Il-konklużjonijiet li jasal għalihom il-Bank jiġu riflessi fl-analiżi li tidher regolarment fil-pubblikazzjonijiet tiegħu.
Nifhem sew mill-istqarrijiet li saru dan l-aħħar li l-gvern mhux se jaħtar chief negotiator dwar l-UE, jista' l-Ministru jikkonferma rapport li deher dan l-aħħar fil-ġurnal Malta To-Day li Malta bħal Ċipru se tkun net contributor lill-UE?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern qed jaħdem sabiex jistabbilixxi struttura magħmula minn diversi uffiċjali ta' kompetenza li jkunu nkarigati li jmexxu n-negozjati mal-Unjoni.
Il-kwistjoni ta' kemm il-pajjiż jikkontribbwixxi lejn u jibbenefika minn fondi tal-Unjoni malli jissieħeb għad trid tiġi stabbilita. Għalhekk, fiċ-ċirkostanzi eżistenti, kieku Malta kellha tissieħeb fl-Unjoni illum il-benefiċċji jkunu jeċċedu lill-kontribuzzjonijiet b'miżura sostanzjali.
Ir-rapport li deher fil-ġurnal imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jitkellem dwar il-pożizzjoni kif tista tkun għaxar snin oħra. X'ser tkun is-sitwazzjoni f'dak iż-żmien ma nistax ngħid. Nawgura li, bl-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropeja, il-livell ta' l-għajxien f'Malta ikun tant għola li Malta tiġi 'net contributor' sa għaxar snin oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-make tal-karozza li ġiet leased mill-Ministeru?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi ghall-karozza ufficjali li qed tintuza minn wiehed mis-Segretarji Parlamentari li jiffurmaw parti mill-Ministeru tieghi. Il-karozza wzata hija tat-tip `Volvo`.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ekonomisti li hemm attached mal-ministeru jew li qed jaħdmu fuq bażi ta' konsulenza? Kif ġew ingaġġati u b'liema rati ta'ħlas?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici qed jaghmel uzu mis-servizzi ta` erba` ekonomisti li gew ingaggati mill-Ministeru fuq bazi ta` konsulenza. Dawn huma l-Professur Bernard Gauci, il-Professur Joseph Falzon u s-Sinjuri Nazzareno Camilleri u Joseph Vella. Dawn qed jircievu remunerazzjoni ta` Lm10,000, Lm2,000, Lm5,100 u Lm4,186 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk iż-żieda fid-dħul mis-servizzi soċjali fis-sena 2000 għal Lm162.838 hijiex dovuta għaż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-ħaddiema jew għal xi fatturi oħrajn ukoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern qed jantiċipa li l-Wirless Licences jitilgħu għal Lm850,000 fis-sena 2000 - kważi d-doppju tal-approved estimate għal din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-bidu ta` Jannar 1999 sa l-aħħar ta` Ottubru 1999 il flus miġbura taħt il-vot 0205, Wireless Licences, jammontaw għal Lm711,431. Peress li huwa antiċipat illi n-numru ta` liċenzji jiżdiedu, partikolarment dawk tas-`Satellite Dishes`, il-Gvern ħass li jagħti l-figura ta` Lm850,000 bħala estimu għas-sena 2000.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-gvern qed jantiċipa li jdaħħal Lm5 miljuni aktar fuq il-Motor Vehicle Registration Tax fis-sena 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa l-aħħar ta` Diċembru 1999, huwa stmat li se jinġabru Lm23 miljun mill-`Motor Vehicles Registration Tax`. L-istima ta` Lm24 miljun għas-sena 2000 hija bbażata fuq din iċ-ċifra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-ko-operazzjoni mal-World Bank minn Settembru 1998 'il quddiem?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għajnuna mgħotija mill-World Bank f`qafas ta` ko-operazzjoni wara Settembru 1998 kienet tikkonsisti fi:
a. pprovista ta` assistenza teknika fl-iżviluppi ta` programm komprensiv
ta` privatizzazzjoni.
b. pprovista ta` assistenza teknika lill-Kummissjoni Nazzjonali dwar
il-Riforma fil-Ħarsien Soċjali biex tiżviluppa `acturial model`.
Peress li l-mod kif jinħadem il-GDP għadu ma jikkonformax mal-mod kif jinħadem fl-UE, jista' l-Ministru jassigura li l-GDP għal din is-sena baqax jinħadem fuq l-istess kriterji kif inħadem fis-snin imgħoddija? Sar xi tibdil fid-deflators applikati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-GDP għadu jinħadem fuq l-istess kriterji tas-snin imgħoddija. Id-deflators ġew imtejba u aġġornati permezz tal-bdil tal-bażi li issa hija l-1995. F'dan il-kuntest nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jara wkoll in-News Release numru 31 ta' l-1999 kif ukoll il-pubblikazzjoni 'National Accounts of the Maltese Islands - Sources and Methods' maħruġa mill-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa skedat li tiġi estiża l-investor compensation scheme lill-providers tar-retail investment services kif ukoll li tiġi stabbilita l-iskema tal-protezzjoni tad-depożiti lid-depożitanti tal-banek?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għar-rigward tal-iskema ta` investor compensation li tkun tkopri l-operaturi fis-settur retail tas-servizzi ta` investiment, kif ukoll l-iskema tal-protezzjoni tad-depositi lid-depositanti tal-banek, il-programm preżenti tal-Gvern hu li jitlesta il-qafas legali fl-2001.
Jista' l-Ministru jgħid kif inħatret Dr. Antoinette Cutajar bħala Adviser European Parliament Matters?
X'kondizzjonijiet għandha u kif intgħażlet?
Response (BORG, JOE)
Dott. Antoinette Cutajar ġiet impjegata b'kuntratt għal tlett snin mill-1 ta' Novembru bħala Adviser tal-Ministeru fuq materji li jirrigwardaw il-Parlament Ewropew. Dan sar fuq bażi tal-kwalifiki li Dott. Cutajar tipposedi kif ukoll fuq esperjenza relatata. Dan il-kuntratt ġie approvat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Annex A tal-kuntratt, li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda, jinkorpora t-terms of reference tal-Adviser.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi korpi kostitwiti ġieli qed jirċievu position papers mill-MEUSAC fejn jiġu mitlubin jagħtu ir-reazzjoni tagħhom mil-lejl għan-nar? Peress li din l-attitudini tista' tiftiehem li hi biss rubber stamping min-naħa tal-gvern, jaħseb il-Ministru li l-gvern għandu jiżgura li dawn id-dokumenti jaslu għand il-korpi kostitwiti kmieni biżżejjed bil-quddiem biex jagħtuhom żmien adegwat biex jixtarru dawn id-dokumenti?
Response (BORG, JOE)
Il-preparazzjoni tal-position papers hija bbażata fuq il-proċess ta' paragun bejn il-liġijiet tal-Unjoni Ewropeja u dawk ta' Malta. Kemm il-darba jsiru konsultazzjonijiet mal-korpi kostitwiti anke meta tkun għadha qegħda tiġi ppreparata l-position paper. Qed isir kull sforz biex dawn il-position papers jaslu għand il-korpi kostitwiti kmieni kemm jista' jkun qabel il-laqgħat tal-MEUSAC. Fil-fażi li jmiss li hija dik ta' tħejjija għan-negozjati il-ħsieb huwa li d-dokumentazzjoni kollha tingħata lill-membri tal-MEUSAC kmieni biżżejjed qabel il-laqgħa relattiva.