Jista' l-Ministru jgħid kemm huma stmati li żaru nies il-business convention li ġiet organizzata dan l-aħħar? X'kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq il-convention? X'kien l-ammont ta'sponsorships li daħħal il-gvern mis-settur privat?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li d-dhul kien bla hlas u lanqas tqassmu biljetti sabiex persuna tkun tista` zzur din il-fiera, huwa difficli li wiehed jaghti figuri dwar attendenza. Fejn jidhlu spejjez, il-Ministeru tieghi kien involut fl-istampar ta` inviti li intbaghtu bhala stedina u leaflets li tqassmu waqt seminar dwar `introduzzjoni ta` standards` li sar is-Sibt filghodu. Il-produzzjoni ta` ghal Lm310. Din il-konvenzjoni kienet sponsorjata minn diversi organizazzjonijiet fis-settur privat, inkluz iz-zewg banek principali.
Jista'l-Ministru jgħid x'kien il-valur ta' oġġetti mportati bejn l-1 u t-23 ta' Jannar, 2000 ta' prodotti li tneħħietilhom il-levy fuqhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat illi minħabba li d-database ta` l-ASYCUDA jkun konsolidat fl-aħħar ta` kull xahar l-istatistika mitluba tkun tista` tingħata fl-ewwel jumejn jew tlieta ta` Frar.
Minħabba dak li deher fil-media li l-Ministeru tas-Saħħa se jibda jinnotifika "for information purposes" nies li jieħdu health care dwar kemm individwu jkun qed jiswieh lill-gvern għal dak li huwa servizz ipprovdut, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qed jesplora l-feasibility li jintroduċi li kunċett ta' income in kind for tax purposes, u jekk iva, sarux jew hux qegħdin isiru xi studji f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid minn min qed issir l-evalwazzjoni tat-tenders konnessi mal-White Rocks tourist complex?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex jevalwaw u jiddeċiedu dwar il-proġett tal-'White Rocks' ħtart lil dawn il-persuni:
Carmel J. Portelli 'Chairman'
Leslie Agius Membru
Norman Spiteri Membru
Austin Demajo Membru
Perit Albert Borg Costanzi Membru
Perit Emanuel Buttigieg Membru
Paul Galea Membru
George Micallef Membru
Patrick Grixti Segretarju
Jista' l-Minstru jgħid jekk sarux xi protesti ma' l-ambaxxatur Franċiż wara l-kummenti, fil-fehma tiegħi dispreġġjattivi u patronizzanti, li huwa għadda fir-rigward ta' l-awtoritajiet Maltin fir-rigward ta' l-għarqa tal-vapur ERIKA? Jekk le, jista' jikkonferma li l-gvern ma kienx influwenzat mill-fatt li l-ambaxxatur Franċiż se jkun qed jirrappreżenta l-Presidenza Portugiża ta' l-Unjoni Ewropea fl-assenza ta' ambaxxata Portugiża f'pajjiżna?
Response (BORG, JOE)
Il-każ ta' l-ERIKA kien suġġett ta' diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet Maltin u Franċiżi u mhux ta' protesti. Fiċ-ċirkustanzi risposta għat-tieni mistoqsija mhix relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-programm taż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea R. Prodi u tal-Kummissarju Ewropew dwar it-tkabbir Verheugen?
Response (BORG, JOE)
Il-programm għadu qiegħed jiġi ppreparat b'koordinazzjoni ma' l-Uffiċju tal-Prim Ministru u b' konsultazzjonijiet mal-Kummissjoni tal-EU. Kif isir normalment, il-programm ikun ippubblikat qabel ma tibda ż-żjara.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Enemalta dwar bozoz maqtugħin fil-Gżira? Kemm imorru lura fiż-żmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li skond lista sottomessa mill-Kunsill Lokali tal-Gzira, l-Korporazzjoni Enemalta ghandha 22 talba ghal twahhil ta` bozoz godda fit-toroq ta` dak il-lokal. Sebgha minn dawn it-talbiet saru fl-1997 waqt li hmistax gew sottomessi is-sena li ghaddiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fil-bidu tas-sena fuq il-kotba tal-Freeport Corporation? F'liema gradi kienu? Kien hemm verita' f'rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li ġew ingaġġati madwar 170 ħaddiem fil-Freeport? Jekk iva, kif ġew magħżula u f'liema gradi jinsabu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-bidu ta` din is-sena kien hemm 146 persuna fuq il-kotba tal-Korporazzjoni tal-Freeport. Dawn il-haddiema kienu ngaggati fil-gradi li gejjin.
Deputat Chairman, General Manager, Group Treasurer, Manager Anzjan, Managers, Business Executives, Purchasing Executive, Executives, Accounts Executive, Junior Executive, Ingineer Civili, Ufficjal Professjonali, Engineer Mekkaniku Junior, Quality Superintendent Anzjan, Ufficjal Tekniku I, Ufficjal Tekniku II, Electrical Draughtsman, Ufficjal Amministrattiv (Customs and Warehousing), Ufficjal tal-Maintenance, Land Surveyor, Segretarju-a I, Segretarju-a II, Skrivan, Skrivan ta` l-Accounts I, Skrivan-Receptionist, Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Deputat Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Assistent Kontrollur tas-Sigurta` Anzjan, Kontrollur tas-Sigurta`, Messaggier - Xufier, Handyman, Fattiga, Operatur tat-Telefon, Canteen Assistant u Assistant Handyman.
Kif jirrizulta mit-taghrif li tajt aktar `l fuq, ir-rapporti dwar ingagg ta` madwar 170 haddiem huma nfondati.
Tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li għalkemm iċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l-isem lill-vapur "Ta' Pinu" se ssir fit-Tarzna tal-Marsa, xorta waħda se ssir ċerimonja oħra f'Għawdex? Jekk iva, x'inhu l-iskop għal dawn iċ-ċerimonji doppji?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ċ-ċerimonja ta' l-għoti ta' l-isem lill-vapur 'TA' PINU' se ssir fit-Tarzna tal-Marsa fuq ix-xewqa tal-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding stess.
Mhu se ssir l-ebda ċerimonja oħra ta' l-għoti ta ' l-isem f'Għawdex, imma l-Kumpanija Gozo Channel bi ħsiebha tagħmel riċeviment f'Għawdex li għalih fost l-oħrajn ikunu mistiedna l-impjegati tal-kumpanija.
Dan ir-riċeviment jikkonċidi ma' l-20 Anniversarju minn mindu bdiet topera l-kumpanija, kif ukoll mad-dħul fis-servizz tal-vapur il-ġdid 'TA' PINU'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Enemalta kienx hemm waqfien ta' boilers f'dawn l-aħħar ġranet għall-maintenance? Kemm kien hemm boilers involuti u x'tul ta' żmien kien hemm involut?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-boiler numru tmienja fil-Power Station tal-marsa twaqqaf fit-12 ta` Jannar ta` din is-sena sabiex isirlu xoghol ta` manutenzjoni. Bhalissa hemm zewg boilers ohra weqfin ghal ragunijiet ta` overhaul. Dawn il-boilers huma n-numru wiehed tal-Power Station ta` Delimara u n-numru tnejn tal-Marsa u twaqqfu f`Settembru tas-sena l-ohra.
Ċelebrazzjonijiet tal-Millenju — Tenders għal xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12245 u tikkonferma jekk ġewx dejjem osservati l-Financial Regulations tal-gvern?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li nħarġu żewġ tenders u li ġew ippubblikati fil-gażżetta tal-Gvern. Dawn ngħataw lil Prostage Ltd għas-somma ta' Lm8625 u lil Sourcelite Ltd għas-somma ta' Lm7031.50. Dawn it-tenders kienu approvati mill-Ministeru tal-Finanzi skond ir-Regolamenti Finanzjarji.
Jista' l-Ministru jgħid liema hi d-ditta tal-avukati Maltin li kienet ipproċessat ir-reġistrazzjoni tal-vapur Erika f'pajjiżna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-vapur ERIKA ġie reġistrat l-ewwel darba taħt il-bandiera Maltija f`Diċembru ta` l-1990 taħt l-isem ta` PRIME NOBLE.
F`Diċembru ta` l-1994, il-vapur għadda f`idejn il-kumpanija Tevere Shipping Co. Ltd. u l-isem inbidel għal dak ta` NOBLESS.
F`Lulju ta ERIKA.
Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm problemi dwar it-titlu tal-fond li akkwista il-Kunsill Lokali tal-Gżira għal użu bħala day centre li jkun jista' jiġi wżat mill-anzjani tal-lokal? X'se jiġri f'dawn iċ-ċirkostanzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` Gvern Lokali b`personalita` legali distinta.
Ghaldaqstant nissugerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill tal-lokalita` konċernata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tieħu passi biex l-għassa tal-pulizija tal-Gżira tkun miftuħa 24 siegħa kuljum għal konvenjenza tal-Gżirjani? L-entratura għaliha tista' tiġi fi Pjazza Meme Scicluna flok tibqa' fi Triq Belvedere?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 4413 u 11375. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, infurmat li s-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant diġa` qed ikun ikkunsidrat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar id-drenaġġ miżdud li spiss jakkumula ħafna ilma fi Triq ix-Xatt, Gżira?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-problema li tinqala' fi Triq ix-Xatt, Gżira hija biss waqt ix-xita u mhux għax hemm xi sadd fis-sistema tad-drenaġġ. Ladarba tieqaf ix-xita, il-'flow' fil-main tad-drenaġġ jerġa' jiġi għan-normal
Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-Gvern Malti għandux xi ftehim għal xiri taż-żejt mil-Libja?
Dan huwa b'rati prefenzjali?
Meta jiskadi u/jew skada?
Hemm xi ħsieb li jiġi negozjat ftehim ieħor ma' dan il-pajjiż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent hemm zewg kuntratti ghax-xiri tz-zejt bejn il-Korporazzjoni Enemalta u n-National Oil Corporation tal-Libja. Wiehed minnhom huwa fuq rati preferenzjali tas-suq u l-iehor fuq rati kummercjali.
L-ewwel kuntratt, bir-rati preferenzjali, jiskadi fl-ahhar ta` Marzu ta` din is-sena u qed isiru tahdidiet sabiex jigi estiz ghas-sena kurrenti kollha. Il-kuntratt bir-rati kummercjali huwa ghas-sena 2000 kollha.
Jista' l-Ministru jgħid liema ditti ġew avviċinati u/jew se jiġu avviċinati biex imexxu l-opinion polls dwar ir-referendum dwar sħubija fl-Unjoni Ewropea li l-Malta - EU Information Centre ħabbret li se jiġu kkummissjonati fil-jiem li ġejjin?
X'passi se jieħu l-Gvern biex jiżgura li dawn l-opinion polls jkunu jirriflettu fedelment l-opinjoni pubblika u ma jservux ta' paraventu biex jew jippromwovu il-politika Ewropea tal-Gvern tal-ġurnata jew inkella biex ma jservux ta' opinion makers/shapers flok opinion takers? Kemm mil-budget tal-MEUIC mistenni jintnefaq fuq dawn l-opinion polls?
Kif se jkunu skedati dawn l-opinion polls u fuq liema medda ta' żmien se jsiru?
Response (BORG, JOE)
B'risposta għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, ninsab infurmat mill-MIC li il-kumpanniji li ġew avviċinati miċ-Ċentru ta' Informazzjoni dwar l-EU kif mitlub mir-regolamenti tal-Gvern, huma tlieta,
Malta University Services Ltd.
Misco Ltd.
Effects Marketing Consultants
L-ittra li ntbagħtet mill-MIC talbet li ma' l-istima jingħataw ukoll dettalji ta' kif għandu jsir is-survey biex jiġi żgurat li jkun wieħed xjentifiku.
Għad mhux magħruf kemm se jintefaq fuq dawn is-surveys minħabba li d-data ta' l-egħluq għal dawn l-istimi kienet nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Jannar f'nofsinhar, u għalhekk l-applikazzjonijiet għad iridu jiġu proċessati u evalwati.
Iċ-Ċentru għadu ma ħa l-ebda deċiżjoni kemm ser jsiru surveys minħabba li l-ewwel iridu jiġu evalwati l-istimi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa totali tal-gvern fuq it-tħejjijiet għall-Millenium Bug? Iħoss li kif għamlu pajjiżi oħra, bħall-Ingilterra, din in-nefqa għandha tiġi riferuta lin-National Audit Office għall-investigazzjoni bil-għan li aktar tard tkun tista' tiġi diskussa wkoll fi ħdan il-Public Accounts Committee?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija qed jinġabar u se jingħata aktar `l quddiem fi tweġibiet individwali għall-mistoqsijiet magħmula mill-Onorevoli Joseph Cuschieri lil kull Ministru.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħid li n-natura tan-nefqa taqa` purament taħt il-parametri normali ta` l-operat amministrattiv tad-diversi dipartimenti tal-gvern. Jekk in-National Audit Office iħoss li għandu jidħol f`dawn in-nefqiet, dan jista` jagħmel hekk meta jrid għax din hi prerogattiva tiegħu.