Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14692 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Karnival tal-Viareggio

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-PBS ix-xandira tal-Karnival ta' Viareggio?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 14561.
Leg 9 PQ #14693 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jipparagunaw ir-rati tad-dawl u l-ilma kurrenti mal-proposti għall-rati riveduti ta' żmien Laburista ta' John Cassar White u Alfred Mifsud?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-istqarrija ghall-istampa mahruga mid-Dipartiment ta` l-Informazzjoni fl-1 ta` Marzu 2000 li turi l-paragun mitlub. It-tariffi mhabbra originarjament fl-Estimi ghas-sena 1998 kienu gew riveduti permezz ta` sistema ta` `rebates`. Dawn ir-`rebates` huma wkoll kunsidrati fil-paraguni li saru f`din l-istqarrija ghall-istampa. Inzid nghid li sa fejn naf jien fil-Gvern Laburista ta` dak iz-zmien kien hemm l-Onorevoli Kap ta` l-Oppozizzjoni bhala Prim Ministru u l-Onorevoli Interpellant bhala Ministru tal-Finanzi meta gew ippubblikati (permezz ta` legal notice) it-tariffi riveduti taht il-Gvern precedenti, u zgur li mhux il-kaz li wiehed jiprova jitfa` xi parti mir-responsabbilta` fuq xi persuni ohra. Ghalhekk ma nsitax nifhem ir-riferenza ghall-persuni ohra msemmija fil-mistoqsija.
Leg 9 PQ #14694 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Road Construction Co. Ltd/JOYMAR Co. Ltd — Kuntratti

Question

Mill-5/9/98, tista' l-Ministru tgħid kemm ħadu kuntratti mal-Gvern f'Għawdex il-kumpanniji: Road Construction Co. Ltd u JOYMAR Co. Ltd? Tista' tagħti lista sħiħa ta' dawn ix-xogħlijiet? Kemm minnhom kienu b'tender jew le?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mill-5 ta' Settembru 1998 sal-llum, il-kumpaniji Road Construction Co Ltd u Joymar Co Ltd ħadu l-kuntratti u x-xogħol kif murija fil-lista li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #14695 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax payers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tax payers f'Malta u f'Għawdex li huma: (a) barranin; (b) Maltin; (ċ) self-employed; u (d) professjonisti u li jiddikjaraw Lm10,000 jew aktar dħul ma' l-Income Tax; Lm15,000 jew aktar dħul ma' l-Income Tax?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan l-eżerċizzju qiegħed jiġi finalizzat billi qed tiġi verifikata l-informazzjoni. Dalwaqt inkun f`pożizzjoni li ngħati din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #14545 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Kummissarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kummissarji tal-UE li mistennija iżuru Malta fix-xhur li ġejjin?

Response (BORG, JOE)

S'issa hemm invista żjara mill-Kummissarju Margot Wallstrong, li hija responsabbli mill-Politika ta' l-Ambjent u li hija mistennija żżur Malta aktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #14546 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Libja — Żjara tal-Prim Ministru

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija ssir iż-żjara tal-Prim Ministru fil-Libja?

Response (BORG, JOE)

Id-dati għaż-żajra tal-Prim Ministru fil-Libja għadhom ma ġewx stabbiliti. Il-Ministeru qiegħed f'kuntatti mal-awtoritajiet Libjani f'dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #14547 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejt — Xiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx taħdidiet ma' l-awtoritajiet libjani dwar l-estensjoni u t-tiġdid tal-ftehim dwar xiri taż-żejt b'rati preferenzjali? Jekk iva, fiex waslu? Dawn se jkunu suġġetti għad-diskussjoni fiż-żjara li l-Prim Ministru mistenni jagħmel fil-Libja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tahdidiet ma` l-awtoritajiet Libjani dwar l-estensjoni u tigdid ta` ftehim dwar xiri ta` zejt b`rati preferenzjali ghadhom ghaddejjin. Dwar l-istadju li fih waslu dawn it-tahdidiet ma nahsibx li jkun prudenti li fil-prezent jinghataw dettalji. Jista` jkun li dan is-suggett ikun fuq l-agenda tad-diskussjonijiet li l-Prim Ministru ser ikollu fil-Libja.
Leg 9 PQ #14548 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Proġetti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha proġetti ġodda l-MDC għall-investiment ġdid f'pajjiżna mill-pajjiżi tal-UE, pajjiż, pajjiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bhalissa l-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta ghandha quddiemha ghall-approvazzjoni sitt applikazzjonijiet ghal progetti godda gejjin minn pajjizi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea. L-applikazzjonijiet gejjin tnejn mill-Italja, wahda mill-Italja flimkien ma` l-Irlanda, wahda mir-Renju Unit flimkien mal-Kanada u wahda mill-Germanja.
Leg 9 PQ #14549 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Billi skond "in-nazzjoni" Gvern Nazzjonalista kien wiegħed nhar is-Sibt, 15 ta' Awissu, 1998 li gvern Nazzjonalista ġdid jiggarantixxi ġustizzja soċjali fil-kontijiet tad-dawl u ta' l-ilma, tħossx li dan qed jiġi garantit bil-kontijiet li qed jirċievu in-nies bħalissa? Se tilqa' s-suġġeriment tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni li jsir social impact assessment ta' dawn il-kontijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li t-tariffi tad-dawl u l-ilma huma sostanzjalment orhos minn dawk li kienu gew imhabbra mill-Onorevoli Interpellant meta hu kien Ministru tal-Finanzi. Il-kontijiet li qed jircievi bhalissa l-konsumatur jirreferu ghax-xitwa bejn Novembru 1998 u Frar 1999. Ta` min ifakkar li matul dik ix-xitwa it-temperatura nizlet hafna aktar mis-snin ta` qabel tant li l-Korporazzjoni Enemalta kienet irregistrat `peak rekord` ta` `output` ta` energija elettrika. Jidher li f`dak il-perjodu l-konsum ta` l-elettriku zdied b`mod generali minhabba l-fattur tat-temp. Ta` min jghid li f`cirkostanzi bhal dawn, appliances li jintuzaw biex jghollu t-temperatura, bhal hdejjed tal-moghdija, water heaters, magni tal-hasil awtomatici, heaters u ohrajn, juzaw aktar energija elettrika biex jaghtu l-istess livell ta` servizz billi dawn ikunu jridu jghollu t-temperatura minn wahda aktar baxxa mis-soltu.
Leg 9 PQ #14464 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni — Tneħħija ta' levy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14342?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li diġa tajt għall-mistoqsijiet parlamentari numru 13267ġ13459. Kif diġa spjegajt inkun f`qagħda li nagħti t-tagħrif sa tmiem Frar 2000 fl-ewwel jiem ta` Marzu.
Leg 9 PQ #14465 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14343?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fid-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern teżisti biss informazzjoni komputerizzata mill-1998. Il-valur tal-mediċini li qassam il-Gvern fl-1998 kien ta' Lm7,216,966 waqt li fl-1999 dan kien ta' Lm8,221,389. Il-valur tal-mediċini li tqassmu fl-isptarijiet li jidhru hawn taħt hu kif indikat: Sptarijiet 1998 1999 ________________________________________________ Sptar Boffa 403,673 502,607 Sptar San Luqa 4,534,087 4,930,672 Sptar Monte Carmeli 102,976 155,798 Sptar San Vinċenz 145,761* 127,471* __________________________________________________ *Jinkludi mediċini mqassma fid-djar oħra ta' l-anzjani tal-Gvern. Id-Dipartiment m'għandux informazzjoni fuq kemm minnhom jaqgħu taħt il-kartuna s-Safra u kemm taħt il-kartuna r-Roża.
Leg 9 PQ #14466 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali

Question

Jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14345?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tħejjijiet tal-Bank Ċentrali għas-sħubija sħiħia fl-Unjoni Ewropea, w aktar tard fl-Unjoni Monetarja Ewropea, huma spjegati fit-tul fil-Pjan Nazzjonali għall-Adozzjoni tal-Acquis (NPAA), u preċiżament fil-parti 3.3.2 li titkellem dwar l-Unjoni Monetarja Ewropea. Dan il-Pjan għadu kemm ġie ppubblikat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #14467 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14346?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hekk kif pajjiż jidħol fl-Unjoni Ewropea dan ikun meqjus bħala `membru b`deroga` li jfisser li ċerti artikli tal-Unjoni li għandhom x`jaqsmu mal-Unjoni Monetarja Ewropea ma` japplikawx għalih. Madankollu, it-Trattat jgħid ukoll li, malli pajjiż jidħol fl-Unjoni Ewopea, dan għandu jikkonsidra l-politika tal-kambju tiegħu bħala waħda ta` nteress komuni għall-Unjoni u, għaldaqstant, ikun mistenni li jingħaqad fl-arranġament tal-kambju magħruf bħala ERM II. M`hemmx żmien speċifiku li matulu pajjiż irid jidħol fl-ERM II - madankollu hu mistenni li dan isir fl-iqsar żmien possibli wara li pajjiż isir membru. Hemm kriterji oħra li jridu jintleħqu qabel ma membru tal-Unjoni Ewropea jingħaqad fl-Unjoni Monetarja. Dawn għandhom x`jaqsmu mal-iżbilanċ finanzjarju tal-Gvern, il-livell tad-dejn pubbliku, ir-rati tal-imgħax għat-tul u r-rata ta` l-inflazzjoni. Fil-każ ta` Malta, waqt li hu l-għan tal-Gvern li jingħaqad fl-Unjoni Monetarja Ewropea mill-aktar fis possibli wara li Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, hija ħaġa naturali li dan il-pass ma` jistgħax jittieħed qabel ma l-pajjiż ikun laħaq il-kriterji li ssemmew aktar `l fuq u qabel ma l-Gvern jaħseb li jkun fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Leg 9 PQ #14543 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija preċedenti dwar privatizzazzjoni tista' tgħid kif beħsiebu jipproċedi il-gvern fir-rigward tal-white paper? Qed jikkonsidra xi leġislazzjoni dwar il-policies tiegħu f'dan ir-rigward? Meta mistennija ssir il-konferenza nazzjonali dwar il-privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li hemm bżonn leġislazjoni fir-rigward ta` privatizazzjoni. Il-konferenza nazzjonali dwar il-privatizazzjoni qegħda diġa ppjanata għas-7 ta` April 2000.
Leg 9 PQ #14544 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

National Programme for the Adoption of the Acquis

Question

Billi fin-National Programme for the Adoption of the Acquis jingħad li għalkemm il-gvern beħsiebu jimplimenta il-proviżjonijiet pertinenti tal-WTO trips agreement din is-sena kif ukoll li għandu riżervi dwar partijiet sostantivi tal-Paris u l-Berne Conventions, tista' telabora dwar dawn l-oġġezzjonijiet tal-gvern Malti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li Malta ilha sa mill-1967 membru tal-Konvenzjoni ta` Parigi u mill-1964 membru tal-Konvenzjoni ta` Berna. Meta f`Dicembru ta` l-1977 iffirma l-Att ta` Stokkolma dwar il-Konvenzjoni ta` Parigi u l-Att ta` Parigi dwar il-Konvenzjoni ta` Berna, pajjizna intrabat biss dwar il-provizjonijiet permanenti. Madanakollu, bhala membru tal-W.T.O., Malta, permezz tal-Ftehim fuq Trade-related Aspects of Intellectual Property Rights, hija obbligata li tosserva l-provizjonijiet kollha taz-zewg Konvenzjonijiet. Kif indikat fin-National Programme for the Adoption of the Acquis, taht il-kapitlu `Short Term Priorities 2000`, il-legislazzjoni gdida dwar il-Privattivi Industrijali, id-Drittijiet ta` l-Awtur u Trade Marks, ser jipprovdu ghal dan, jigifieri meta din il-legislazzjoni tigi fis-sehh Malta tkun konformi ma` dawn il-Konvenzjonijiet.
Leg 9 PQ #14342 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni — Tneħħija ta' levy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari numru 13267/13459 u testendi t-tagħrif mitlub sa tmiem Frar 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14343 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien il-valur ta' mediċini li qassam il-gvern bejn l-1995 u l-1999? Kemm kien hemm minnhom li jaqgħu taħt il-kartuna roża u safra rispettivament? Kemm minnhom tqassmu rispettivament fl-Isptar San Luqa, f'dak ta' Sir Paul Boffa, f'Mount Carmel kif ukoll f'St.Vincent de Paule u fid-djar oħra ta' l-anzjani tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Impjiegi — Ħaddiema

Question

Skond ir-records tal-gvern tal-lum kemm kienu ġew impjegati nies "żejda" fl-1987 f'kull entita' pubblika rispettiva? Minn dak iż-żmien 'il hawn kemm minn dawn kienu tkeċċew mill-gvern? Kemm kienu ġew demoted? Kemm ingħataw transfer għal entitajiet oħra? Kemm minnhom irriżenjaw volontarjament? Kemm minnhom ħadu promotion?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhux ċar f'din il-Mistoqsija jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għal impjiegi ma' entitajiet pubbliċi (public sector organisation) jew għal impjiegi mal-Gvern (Public Service). Fiż-żewġ każijiet, il-Ministeru għall-Politika' Soċjali ma jkollux l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru. Infakkar lill-Onor. Membru li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ twaqqfet fl-1990.
Leg 9 PQ #14345 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Bank Ċentrali

Question

Rigward l-applikazzjoni Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE, jista' l-Ministru jiddentifika it-tħejjijiet neċessarji sabiex il-Bank Ċentrali tagħna jkun jista' jiġi integrat l-ewwel fil-ESCB u aktar tard fil-Eurosystem?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #14346 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li meta pajjiż jissieħeb fl-UE l-ewwel jkun irid jipparteċipa fl-EMU bi status ta' "countries with a derogation", fi kliem ieħor b'impenn li jingħaqad mal-Euro area aktar tard u dan dejjem jekk ikun hemm "compliance" mal-kriterja ta' konvergenza meħtieġa mit-trattati li jistabilixxu il-komunita' Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija se tingħata f`xi seduta oħra.