Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm-il darba ltaqa' il-Privatisation Task Force qabel ma ġie xolt? Il-unit meta ġie xolt? Ġiet diskussa f'xi waħda minn dawn il-laqgħat il-privatizzazzjoni tal-operat tal-Freeport?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tat-Task Force tal-privatizzazzjoni li kellhom input dirett fit-tfassil tal-white paper dwar privatizzazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ta' min kienet id-deċizjoni li filmat tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara li taqa' taħt il-ministeru tiegħek għażlet li tiġbed sound on film familjarji tiegħek (bis-sinjurija tiegħek fil-background flimkien mal-familja tiegħek) għal filmat fl-okkażjoni tal-Jum il-Mara li ntwera fuq il-mezzi tax-xandir?
Ma taħsibx li image building ta' politiċi ewlenin għandu jiġi evitat f'ċirkostanzi bħal dawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kampanja ta' Community Announcements favur il-Mara hija inizjattiva li ħa il-Ministeru għall-Politika Soċjali s-sena li għaddiet u li ġiet ripetuta din is-sena. Din il-kampanja kienet tikkonsisti f'serje ta' slots ta' tletin sekonda l-wieħed li jirrapreżentaw nisa differenti f'oqsma ta' attivita' soċjali diversi. Fosthom kien hemm nisa fl-impjieg, nisa fil-qasam tas-saħħa u l-edukazzjoni, nisa fil-qasam tal-intrapriża, nisa fil-qasam vokazzjonali u nisa fil-qasam tal-familja.
L-Onor. Interpellant għandu ideja stramba ta' dak li jsejjaħ "image building". Donnu li ma rrealiżżax li jiena stajt, kieku ridt, inwassal Messaġġ Ministerjali ta' seba' minuti fuq il-meżżi tax-xandir. Minflok, għażilt li nutiliżża biss għoxrin sekonda bl-iskop li nħalli l-bqija tal-ħin biex issir enfasi fuq il-valuri li jiena nemmen fihom u biex dan isir minn nisa nfushom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema karozzi tal-ministeru tiegħek intużaw minn kandidat għall-kunsill lokali tan-Naxxar i jaħdem fil-ministeru tiegħek?
Minħabba n-natura tax-xogħol privat tiegħu, jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman ta' l-MDC għandux xi konflitt ta' interess fil-promozzjoni ta' investiment barrani lejn pajjiżna?
Privatament għandu xi interess li jippromwovi investiment lejn pajjiż partikolari membru ta' l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li c-Chairman tal-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta ma ghandux konflitt ta` interessi fil-promozzjoni ta` investiment barrani lejn pajjizna minhabba n-natura tax-xoghol privat tieghu.
Meta f`xi kaz partikulari jhoss li jista` ta` konflitt ta` interessi, zghir kemm hu zghir, minhabba x-xoghol privat tieghu, ic-Chairman immedjatament jinforma b`dan lill-Bord tad-Diretturi u l-Management Ezekuttiv tal-Korporazzjoni, u jastjeni milli jiehu sehem b`xi mod fl-istadju kollu tal-process relattiv.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija r-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar il-VAT refunds dovuti lit-taxpayers?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa` s-16 ta` eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fiż-żmien stipulat bejn April u Settembru ta`din is-sena skond l-Att tal-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud hu ta` Lm10,159,614. Dan l-ammont jista` jinbidel skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzji tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jiġi biex jitħallas.
B'riferenza għad-domanda preċedenti dwar rapport tas-Sinjuri Alfred Mifsud u John Cassar White dwar kontjiet tad-dawl u l-ilma, dan kien studju ikkummissjonat mill-kabinett sabiex wieħed jara kif il-piż tal-kontijiet jista' jittaffa u jinġabar b'mod aktar ekwu. F'dawn iċ-ċirkostanzi, jista' l-Ministru jwieġeb għall-paraguni mitluba fid-domanda preċedenti, fejn ma kienet qed tiżżeffen fin-nofs bla bżonn ebda persuna privata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ghandi xejn xi nzid ma` l-informazzjoni li tajt fit-twegiba ghall-mistoqsija numru 14693.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14562, fejn intqal li is-self-employed ħallsu Lm8.399m fl-Income Tax matul is-sena 1999, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan l-ammont inġabar mingħand professjonisti? Jista' jagħti breakdown tal-flus miġbura professjoni, professjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata fżseduta aktar
tard.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern biex jibda jintaxxa l-PERKS u l-allowances?
Sar xi studju tekniku mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sabiex ifassal l-impatt u n-net benefit ta' dawn il-miżuri?
Kif se jiġi żgurat li kumpanniji privati li ġieli jkollhom membri tat-top management bi ftit aktar minn nofs is-salarji dikjarati għal finijiet ta' Income Tax jiġu nklużi f'dan l-eżerċizzju?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qiegħed jagħmel l-istudji neċessarji biex il-miżuri dwar il-`fringe benefits` ikunu jistgħu jiddaħħlu meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm segretarji permanenti fil-ministeri rispettivi tagħhom li xtraw karozza ġdida ftit qabel l-irtirar tagħhom minn mal-gvern, billi nifhem li dawn jkunu jistgħu iżommuha wara li jirtiraw bi prezz ridott u depreciated?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li it-tarif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern stimax il-compliance cost f'termini finanzjarji ta' l-implimentazzjoni tan-national programme for the adoption of the acquis ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Programm Nazzjonali għall-Adozjoni tal-Acquis, magħruf bħala `In-National Programme for the Adoption of the Acquis` (NPAA) identifika dawk l-aspetti kollha fejn għad hemm bżonn li jsiru studji speċifiċi. Hekk kif jitlestew dawn l-istudji l-NPAA jiġi kompletat u jittieħdu d-deċiżjonijiet relattivi. Mhux għaqli li tingħata nformazzjoni dwar dawn l-istudji f`dan il-waqt jew li jitqegħdu kopji fuq il-Mejda tal-Kamra wara li jitlestew jew li tingħata nformazzjoni dwar ir-riżultati ta` dawn l-istudji, anke minħabba fin-natura sensittiva tan-negozjati għas-sħubija ma` l-Unjoni Ewropea ġaladarba dawn l-istudji jistgħu iservu bħala bażi għall-pożizzjoni tal-Gvern Malti f`dawn in-negozjati.
Minkejja dan kollu l-Gvern lest li jsib mod kif iżomm l-Oppożizzjoni nformata u jikkopera magħha jekk hija trid ġenwinament tipparteċipa fil-proċess tat-tħejjija tal-pożizzjoni tagħna għan-negozjati u tat-tibdil li jkun jinħtieġ li jsir sabiex aħna nadottaw l-acquis.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-1990, kemm kien hemm oġġetti relatati ma' reati importanti li nstabu nieqsa mill-kustodja tal-qorti? Tista' tagħti lista tagħhom bid-dati rilevanti?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli membru, irrizultaw oġġetti nieqsa mill-kustodja tal-Qorti li kienu relatati ma` reati.
L-oġġetti nieqsa jirrelataw ma` inkjesti jew proċeduri ġudizzjarji li ghadhom ghaddejjin.
Il-liġi tipprekludi li tinghata nformazzjoni dwar ċerti oġġetti hekk relatati.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Planning Authority dwar rapporti fil-media ta' dumping u distruzzjoni tal-landscape u tal-ħabitat f'Għajn Żejtun, il-Mellieħa?
Response (BORG, TONIO)
Dwar ir-rapporti fil-media rigward iż-żona li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ħadet passi skond l-Att 1 ta` l-1992 dwar l-Iżvilupp.
Ninsab infurmat ukoll li fuq l-applikazzjoni PA 4709/97 inħareġ Stop and Enforcement Notice Nru. 311/00 filwaqt li kif intqal fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9867 inħareġ Stop and Enforcement Notice Nru. 973/99 dwar żvilupp mhux skond il-permess maħruġ għall-applikazzjoni PA 1568/97.
Fiż-żewġ każi l-iżvilupp twaqqaf immedjatament u l-Awtorita` qed issegwi l-każi fiż-żona msemmija sabiex il-liġi tkun imħarsa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14342?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq nirreferi l-Onorevoli Membru għat-twegiba li diġa tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14342.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-valur ta` l-oġġetti importati bejn l-24 u t-31 ta` Jannar u l-1 u d-29 ta` Frar u li minn fuqhom tneħħiet il-levy kien ta` Lm 283,952 u Lm 994,204 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu VAT/CET u income tax f'Għawdex sena b'sena bejn l-1996 u l-1999 mill-ħaddiema bil-paga, mis-self-employed u mill-professjonisti?
Response (DALLI, JOHN)
Kif suppost jaf l-Onorevoli Interpellant f`taxxi ndiretti bħall-VAT u CET ma tistax tagħmel l-analizi li qed jitlob.
Fir-rigward tal-income tax:
SENA SELF-EMPLOYED HADDIEMA BIL-PAGA
---- ------------- -----------------
1996 Lm467,823 Lm1,500,598
1997 531,236 486,206
1998 499,554 1,511,509
1999 811,049 3,345,765
Jista' l-Ministru jgħid x'response kellu l-gvern għall-White Paper dwar il-politika industrijali? X'inhu l-pass li jmiss f'dan ir-rigward?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Ministeru diga` rcieva numru ta` kummenti u suggerimenti dwar il-White Paper fuq il-politika industrijali tal-pajjiz. Sa dan it-tant, il-Ministeru kiteb lic-Chairman tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku sabiex jinghata l-opportunita` li jipprezenta din il-White Paper, din id-darba b`mod ufficjali, lill-istess Kunsill sabiex tibda diskussjoni aktar formali u strutturata dwar il-politika industrijali tal-pajjiz. F`dan l-istadju, il-Ministeru ghandu wkoll l-intenzjoni li jorganizza numru ta` seminars sabiex ikompli jiffavorixxi din id-diskussjoni mixtieqa.
Billi pajjiżi bħal Ċipru diġa' ngħataw x'jifhmu li se jitqiegħdu fuq it-Tax Haven List tal-OECD, tista' tgħarraf lill-Kamra jekk Malta għandhiex indikazzjoni jekk hijiex se tiġi nkluża jew le f'din il-lista?
Kien hemm xi żviluppi ma' l-Istati Uniti dwar il-possibbilta' ta' double taxation agreement ġdid?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Malta ma ġietx infurmata li ser titqiegħed fuq it-Tax Haven list tal-OECD u li l-posizzjoni s`issa m`hijiex differenti minn dik li tajt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11029 peress li l-lista mhix mistennija li tkun finalizzata qabel Ġunju 2000.
Billi huwa mistenni li minħabba esiġenzi tas-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE il-Gvern Malti mistenni jimponi il-visa fuq ċittadini Libjani li jkunu qed iżuru Malta, saru xi studji biex jiġi kkalkolat l-effett ta' dan kollu fuq il-kummerċ u n-negozji iż-żgħar b'mod partikolari fir-rigward ta' day trippers li jżuruna minn dan il-pajjiż?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li sistema ta` visa li tirregola d-dhul ta` barranin fil-pajjiz ma ghandhiex l-ghan li tillimita n-numru ta` dawn il-barranin, sakemm dawn ghandhom raguni legittima ghalfejn qed izuru l-pajjiz, nghidu ahna bhala turisti, jew fuq xoghol jew biex izuru lil qrabathom. Ghalhekk ma kien anticipat l-ebda impatt kummercjali jew ekonomiku.