Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15163 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, ċioe' jista' jgħid x'inhi r-raġuni li diġa' sar l-ewwel qari tad-Data Protection Bill, Computer Misuse Bill, Electronic Communications and Transactions Bills, meta suppost li l-ewwel kellha titressaq white paper dwarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-fatt li sar l-ewwel qari tal-liġijiet imsemmija jikkonferma l-impenn tal-Gvern li jilleġiżla dwar il-qasam. Dan ma jfissirx li l-'White Paper' ma tiġiex ippubblikata għal skop ta' diskusssjoni nazzjonali.
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15141, peress li huwa ċċarat li b'dividends tax at source hu mifhum dak l-ammont ta' taxxa li l-Gvern jirċievi b'riżultat tal-provvediment legali li jobbliga li kull pagatur ta' dividendi minn qliegħ ta' kumpanniji li jnaqqas din it-taxxa (bħalissa bir-rata ta' 35% mid-dividend li jkun ġie ddikjarat fil-mument meta dan effettivament jiġi mħallas), qabel ma l-ħlas isir lill-azzjonist, jista' l-Ministru ġentilment jagħti l-informazzjoni mitluba fl-istess mistoqsija?
Fl-istess kuntest, jista' jgħid kemm kien hemm każi ta' taxpayers individwali li fir-return tagħhom tat-taxxa iddikjaraw dan it-tip ta' dħul, x'kienu l-ammonti li jirriżultaw minn dawn ir-returns, u kemm kien l-ammont ta' corresponding credit iddikjarat u miltub (ċioe' bħala tax paid at source) minn dawk li bagħtu tali returns?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema f'kull korporazzjoni li huma kklassifikati bħala disabled?
Response (BONNICI, JOSEF)
In-numru ta` haddiema li huma kklassifikati bhala `disabled` fil-korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi jammonta ghal 31.
Dawn huma mqassmin kif gej:
Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta 4
Korporazzjoni tal-Port Hieles 3
Korporazzjoni Enemalta 20
Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma 4
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti profil ta' l-eta' tal-long term unemployed li ilhom aktar minn sena; sentejn; ħames snin u fuqhom jirreġistraw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tal-'long term unemployed' fl-aħħar ta' Frar 2000, li ilhom jirreġistraw għax-xogħol aktar minn sena; sentejn u ħames snin maqsuma bl-eta'.
Jista' l-Ministru jgħid kif titqabbel il-produttivita' fis-settur Malti tal-manifattura għall-esportazzjoni ma' dik ta' pajjiżi oħrajn Ewropej?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-fatt li wiehed qed jesporta huwa minnu nnifsu indikazzjoni ta` kompettitivita` fis-suq internazzjonali. Din principalment tiddependi mill-prezz li jrid jithallas ghall-mezzi ta` produzzjoni u mill-produzzjoni nnifisha.
F`certu oqsma, bhat-tessuti, il-lok ghal differenzi sinifikattivi fil-produzzjoni huma limitati. Ghalhekk f`oqsma bhal dawn il-fattur ewlieni li jiddetermina l-kompettivita` fis-suq internazzjonali huwa dak marbut mal-prezz tar-rizorsi li jintuzaw. F`qasam bhal dan il-kompettivita` ser tiddependi primarjament mill-livell ta` pagi mhallsa. Hawnhekk pajjizna jsib diffikulta` biex jikkompeti ma` pajjizi mil-Lvant ta` l-Ewropa peress li l-pagi f`dawk il-pajjizi huma pjuttost baxxi meta kkomparati ma` dawk imhallsa f`Malta.
B`kuntrast hemm oqsma, bhalma huwa dak ta` l-elettronika avanzata, fejn il-produttivita` hija l-fattur ewlieni. Din tiddependi kemm mill-investiment kapitali kif ukoll mill-kapacita` u t-tahrig tal-haddiema. Ghandna diversi indikazzjonijiet li f`oqsma bhal dawn il-produttivita` ta` esportazzjoni minn Malta hija wahda gholja u tikkompara sew ma` dik ta` pajjizi ohra Ewropej.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew nies boarded out minn mal-gvern u mill-korporazzjonijiet pubbliċi sena b'sena mill-1996 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 12877 fejn, fost ħwejjeġ oħra, kont spjegajt li l-istatistika li tinżamm mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali hija dwar in-numru ta' persuni li jkunu ġew mogħtija Pensjoni ta' l-Invalidita'.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri tal-karozzi ġodda tal-linja?
Billi ż-żieda fin-noll tal-karozzi tal-linja kienet marbuta ma' żieda fis-servizz ipprovdut, x'titjib kwalitattiv ġie rreġistrat mindu ġiet fis-seħħ iż-żieda msemmija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-taħdidiet bejn l-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku u l-operaturi dwar ix-xiri ta` karozzi tal-linja ġodda għadhom mhux konklużi.
Dwar it-tieni parti tad-domanda nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru. 14315.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk iż-żieda fid-dħul mis-servizzi soċjali fis-sena 2000 għal Lm162.838 hijiex dovuta għaż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-ħaddiema jew għal xi fatturi oħrajn ukoll?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hu kkalkulat li matul is-sena 2000, il-Gvern ser idaħħal madwar tmintax-il miljun lira aktar mill-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali mis-sena 1999, li sitt miljuni minnhom huma dovuti bħala Kontribuzzjoni ta' l-Istat.
Il-Gvern qed jistma dħul ta' ħames miljuni bħala żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema minħabb ż-żieda fil-persentaġġ minn disa' fil-mija għal għaxra fil-mija tal-paga li kienet tħabbret fid-Diskors tal-Budget għas-Sena Finanzjarja 1999.
Jista' l-Ministru jara tistax tippubblika ir-rapport sħiħ (jew executive summary tiegħu) li kkummissjonat l-IPSE dwar ir-ristrutturar tal-qasam tal-għamara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-IPSE qed tikkunsidra l-ahjar format li ghandu jintuza biex dan ir-rapport jigi ppubblikat u mqassam biex permezz tieghu jintlahqu l-intraprizi kollha bl-aktar mod effettiv u tigi eskluza informazzjoni ta` natura kummercjali dwar l-intraprizi.
L-IPSE qed thejji wkoll programm ta` attivitajiet biex tkun tista` twassal direttament is-sejbiet u l-konkluzjonijiet ta` dan l-istadju lill-intraprizi nvoluti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diġa' sar l-ewwel qari tad-Data Protection Bill, Computer Misuse Bill, Electronic Communications and Transactions Bills?
Meta suppost li l-ewwel kellha titressaq white paper dwarhom?
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret final withholding tax sena b'sena minn kemm ilha li ġiet introdotta? Kemm daħħal dividends tax at source il-gvern f'dawn l-aħħar ħames snin? X'persentaġġ tat-total tat-tassazzjoni diretta jirrappreżentaw dawn l-għejun ta' dħul għall-gvern? X'persentaġġ tal-GDP jirrappreżentaw dawn it-taxxi fil-perijodi indikati? X'persentaġġ jirrappreżentaw tad-depożiti bankarji totali kif ukoll ta' l-imgħaxijiet totali mħallsa fuq depożiti fis-snin indikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont totali ta` Final Withholding Tax u Tassazzjoni diretta li nġabret mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mis-sena 1995 sas-sena 1999 huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. L-aħħar kolonna turi l-persentaġġ tal-Final Withholding Tax meta mqabbel mad-dħul totali. L-informazzjoni mitluba hija din :-
Sena Final Withhoding Tax Total Tax Persentaġġ
1995 Lm5,413,477 Lm99,757, 557 5.4%
1996 Lm6,256,841 Lm93,307,549 6.7% 1997 Lm5,730,532 Lm110,539,335 5.2%
1998 L m9,770,876 Lm110,562,265 8.8%
1999 Lm8,846,6 61 Lm128,355,807 6.9%
Ma hux mifhum xi jrid ifiser eżatt l-onorevoli interpellant bit-terminu `dividends tax at source`. Il-final Withholding Tax tinkludi taxxa finali ta` 15% kemm fuq depositi bankarji u dividends mħallsa kemm fuq stocks tal-Gvern u bills tat-Teżor.
Lm 1 miljun li kellhom jitħallsu mill-banek f`Jannar 1999 fil-fatt tħallsu f`Diċembru 1998. Għalhekk biex isir paragun sewwa, dan l-ammont għandu jiżdied mad-dħul fl-1999.
Il-partijiet l-oħra tal-mistoqsija jistgħu jinħaddmu mill-Onorevoli Interpellant billi juża nformazjoni publikata.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-gvern Malti dwar ir-referendum ta' l-Unjoni Ewropea kemm-il darba dan ir-referendum ikollu eżitu negattiv? Il-Gvern Malti se jkun lest jorganizza referendum ieħor fi żmien opportun?
Response (BORG, JOE)
Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar ir-referendum ta' l-Unjoni Ewropeja hi direttament opposta għal dik tal-Kap ta'l-Oppożizzjoni peress li l-Gvern jemmen bis-sħiħ fid-demokrazija u għalhekk jirrispetta dak li jiddeċiedi l-poplu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi rapportati ta' serq mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm minnhom irriżultaw li kienu drug related?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 4266, Nru. 12907 u Nru. 14571 li jkopru l-perijodu mill-5 ta` Settembru, 1998, sad-29 ta` Frar, 2000.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.