Jista' l-Ministru jgħid jekk il-financial intelligence unit effettivament twaqqfitx diġa? Jekk iva, kif inhuwa kompost u x'poteri għandu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-`Financial Intelligence Unit` għadu ma twaqqafx. Kumitat `ad hoc` kompost minn rappreżentanti mill-uffiċċju ta` l-Avukat Ġenerali, l-Bank Ċentali, ċ Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji u l-Pulizija qegħdin jagħmlu x-xogħol preparatorju għal rikommandazzjonijiet għal dan il-għan. Il-kompożizzjoniji, l-funzjonijiet u l-poteri ta` dan il-Unit ikunu pprovduti b`liġi apposta jew emenda f`liġi eżistenti bħal ma huwa l-Att ta` l-1994 kontra il-`Money Laundering.`
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-gvern li jkun hawn a film act? Huwa l-ħsieb tal-gvern li l-inċentivi marbutin ma' din il-liġi jiġu nkorporati fit-tibdil prospettiv għal-liġi għall-iżvilupp industrijali (IDA)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed isir studju dwar liema pakkett ta' inċentivi għandu jingħata sabiex jinġiebu aktar films f'Malta. Jidher li l-proposti li ser joħorġu minn dan l-istudju ser jiġu nkorporati fit-tibdil ippjanat għall-I.D.A minflok ma' titfassal liġi ġdida 'ad hoc' esklussivament dwar l-industrija tal-films.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-programm leġislattiv tal-gvern sabiex isaħħaħ l-indipendenza tal-Bank Ċentrali, skond kif ġie diskuss fl-iscreening session ma' l-Unjoni Ewropea dwar l-EMU?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali għandu kumitat li twaqqaf apposta sabiex jara x`tibdil hemm bżonn isir fl-Att dwar il-Bank Ċentrali ta` Malta. Hu mistenni li l-Abbozz għal dan it-tibdil ikun lest sabiex jitpoġġa għal diskussjoni fil-Parlament sal-aħħar ta` Ġunju 2000.
Jista' l-Ministru jaġġornana dwar l-alternative companies listing li kienet introduċiet il-Borża ta' Malta f'Novembru li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bye-Laws dwar ir-regolamenti li joffru l-possibilita` li kumpaniji jiġu aċċettati fuq l-Alternative Companies List u b`hekk jinħoloq is-`second tier market` ġew introdotti f`Ottubru li għadda. Minn dak iż-żmien `l hawn il-Borża għamlet kampanja ta` `awareness` f`diversi laqgħat, kemm privati kif ukoll pubbliċi, biex iżomm lil kull min hu nteressat infurmat. Jien infurmat li l-Borża nnotat b`sodisfazzjon li hawn interess kbir u rċeviet ħafna talbiet minn diversi kumpaniji għal aktar informazzjoni pero` s`issa il-Borża għad ma kellha l-ebda applikazzjoni.
Billi meta l-Ministru kien indirizza l-Malta Banks' Council annual seminar dwar financial services beyond 2000 kien ħabbar li kien hemm il-ħsieb li tiġi adottata leġislazzjoni dwar l-E-Commerce, jista' jgħid fiex waslet din il-leġislazzjoni prospettiva?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant qegħdin isiru l-istudji preliminarji dwar dan mill-M.F.S.C.
Richard Cachia Caruana — Malta/EU Negotiating Team
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex finalizzat il-pakkett finanzjarju offrut lil Richard Cachia Caruana bħala ko-ordinatur tal-Malta/EU Negotiating Team? Jekk iva, fiex jikkonsisti?
Response (BORG, JOE)
Ma għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14090.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif se tiġi milquta l-qagħda tal-pensjonanti tal-gvern wara li jiġi fis-seħħ il-ftehim ta' Jannar, 2001, wara li l-lump sum tkun daħlet fil-pagi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond kif jipprovdi l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318), b'effett mill-ewwel Sibt ta' Jannar ta' kull sena trid issir stima mill-ġdid tad-dħul pensjonabbli li fuqu tinħadem ir-rata tal-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali ta' kull pensjonant. F'din ir-reviżjoni, fost ħwejjeġ oħra, jiġu kkunsidrati dawk iż-żidiet li jkun hemm fis-salarji bażiċi tal-post li fuqu jkun inħadem id-dħul pensjonabbli oriġinali. Dan japplika għall-istruttura tal-pagi ġdida b'seħħ minn Jannar, 2001, nkluż kull ammont li dik l-istruttura tkun tinkludi fiha.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li, kuntrarju għal snin ta' l-imgħoddi, din is-sena l-faċċata ta' l-Isptar San Luqa ma kenitx mixgħula fil-jiem tal-festi ta' Jum il-Ħelsien kif kien isir fi snin imgħoddija? Jekk iva, għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-switch li jixgħel il-faċċata ma nxtegħelx bi żvista.
Billi l-kumpannija responsabbli għall-istudju li sar dwar l-industrija ta' l-għamara li sar f'isem l-IPSE diġa' ppubblika ċerti dettalji dwaru waqt seminar privat li sar, jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna l-gvern biex jippubblika siltiet u/jew l-executive summary ta' dan ir-rapport?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bhalissa l-IPSE qed tikkunsidra liema ghandu jkun l-ahjar format sabiex jigi ppubblikat u jitqassam dan ir-rapport. Din il-pubblikazzjoni trid tilhaq zewg ghanijiet - dak li l-intraprizi kollha jintlahqu bl-aktar mod effettiv u li tkun eskluza informazzjoni ta` natura kummercjali dwar l-intraprizi.
Tajjeb jinghad li l-IPSE qed thejji wkoll programm ta` attivitajiet biex tkun tista` twassal lill-intraprizi nvoluti s-sejbiet u l-konkluzjonijiet ta` dan l-istadju b`mod dirett.
Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li, filwaqt li t-turiżmu mill-Ingilterra lejn Malta kompla nieżel, dak mill-Ingilterra lejn Ċipru qed jiżdied?
Response (REFALO, MICHAEL)
Kif żgur jaf l-Onor. Interpellant f'dawn l-aħħar snin l-operaturi kbar Ingliżi qed jikkonċentraw in-negozju tagħhom l-aktar f'dawk id-destinazzjonijiet turistiċi li jifilħu jospitaw volum kbir ta' turisti. Minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna u ta' settur ta' akkommodazzjoni relativament żgħir fil-pjani ta' dawk l-operaturi Malta tiffigura bħala destinazzjoni sekondarja filwaqt li hi mfittxija iżjed minn operaturi iżgħar u dawk speċjalizzati.
Infurmat li ż-żieda ta' turiżmu miksuba minn Ċipru fis-suq Ingliż hi riżultat ta' tlett fatturi: żieda qawwija fin-numru ta' sodod f'lukandi ta' Tlieta u Erba' Stilel, l-introduzzjoni ta' titjiriet 'charter' minn kumpaniji mhux Ċiprijotti wara li l-kumpanija Cyprus Airways irtirat l-oġġezzjoni tagħha għal dawn it-titjiriet, u l-introduzzjoni ta' inċentivi fiskali favur l-operaturi Ingliżi.
Ta' min isemmi wkoll li l-prezz ta' btala lejn Ċipru joħroġ aktar kompetittiv sew għaliex il-lira Maltija hi aktar b'saħħitha minn dik Ċiprijotta kif ukoll għaliex il-'fixed costs' tal-lukandiera Ċiprijotti huma inqas sew minn dawk li jridu jħallsu l-lukandiera Maltin.
Meta ma' dawn il-fatturi żżid ukoll li s-CTO tgawdi minn fondi kbar għall-pubbliċita' u reklamar l-Onor Interpellant jifhem l-iżvantaġġ ta' l-industrija Maltija fil-konfront ta' dik Ċiprijotta għal dak li jirrigwarda l-penetrazzjoni tas-suq Ingliż.
Minħabba li n-national programme for the adoption of the acquis jgħid li wieħed għad irid jara kemm l-iskema tat-TOSS hija kompatibbli ma' l-acquis, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern f'dan ir-rigward?
Response (REFALO, MICHAEL)
Peress li seta' kien hemm dubji jekk l-iskema tat-TOSS hijiex kompatibbli mal-NPAA ġiet varata skema ġdida, li d-dettalji tagħha tħabbru minni fil-25 ta' April 2000, li żgur hi kompatibbli mal-NPAA.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15209 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema mal-gvern ikklassifikati bħala disabled?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'huwiex minnu li l-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15,209 ġiet riferuta mil-Prim Ministru lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
B'danakollu, nixtieq ninforma lill-Onor. Membru li:
(i) għalkemm il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' żżomm Reġistru ta' persuni b'diżabilita', preżentement mhiex f'pożizzjoni li tindika kemm minn dawn il-persuni għandhom impjieg mal-Gvern;
(ii) hemm kuntatti bejn il-Kummissjoni, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-'Management and Personnel Office' dwar il-possibilita' li din l-informazzjoni tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 14464 għax-xahar ta' Marzu 2000 u tista' tagħti l-informazzjoni ta' l-istess oġġetti impurtati għall-perijodu Jannar - Marzu 1999?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li n-nomenklatura tat-tariffa tad-dwana nbidlet mill-ewwel ta` Frar 2000, dawk is-subintestaturi li kienu nħolqu speċifikament għal oġġetti li qabel kienu jħallsu it-taxxa tal-`levy` (u li issa ġew eżenti), tneħħew. Għaldaqstant dawn l-oġġetti issa huma kklassifikati flimkien ma` oġġetti oħra li ma kinux iħallsu din it-taxxa, u mhux possibbli tiddistingwi bejniethom fejn jidħol valur ta` importazzjoni.
Jista` jingħata biss il-valur ta` dawk l-oġġetti li kienu minn qabel klassifikati għalihom fit-tariffa u għalhekk għadhom jistgħu jiġu identifikati.
Il-valur ta` dawn l-oġġetti għal Marzu 2000 kien Lm952,551.
Importazzjoni ta` oġġetti li fuqhom tħallset il-levy fil-1999 u li m`għadhomx taxxabbli fl-2000 huma :
Jannar Lm552,703
Frar Lm582,150
Marzu Lm1,123,698
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'light duty fil-korporazzjonijiet rispettivi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-prezent, in-numru ta` haddiema fil-korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi li bhalissa qed jaghmlu xoghol ta` `light duty` jammonta ghal 120. Dawn huma mqassmin kif gej:
Korporazzjoni Enemalta 101
Korporazjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma 19
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14311, kif jipparaguna l-figura msemmija ma' dik ta' l-1996, 1997 u 1998? Kemm infetħu language schools fl-1999? Liema huma? Kemm minnhom għad m'għandhomx il-permessi meħtieġa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li:
a) Skond l-istatistika li għandha d-Diviżjoni ta' l-
Edukazzjoni n-numru ta' studenti barranin li ġew Malta
biex jistudjaw l-Ingliż fis-snin indikati kien kif ġej:
Sena Numru ta' Studenti
1996 27,158
1997 30,059
1998 27,995
1999 35,451
b) Fl-1999 dawn l-iskejjel li se nsemmi ngħataw liċenza biex
jgħallmu l-Ingliż lill-barranin:
* Burlington English Language School, St Julians;
* Berlitz Language Centre, St Julians;
* MUT Capital Language School, Valletta.
c) Dawk l-iskejjel li bdew jiffunzjonaw fl-1999, jiġifieri dawk
imsemmija f'b) kollha għandhom il-permessi meħtieġa.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15300 il-figuri jinkludu taxxa mħallsa mill-kumpanniji tal-professjonijiet indikati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 15300, l-figura ta` taxxa mħallsa minn professjonisti fl-1999 ma tinkludix xi taxxa tad-dħul li tħallset minn kumpanniji tal-professjonisti.
F`dan ir-rigward it-taxxa li tħallset minn dawn il-kumpaniji tal-professjonisti hija :
1. Legal Activities Lm17,991
2. Accounting & Auditing Lm60,593
3. Architects & Engineering activities Lm73,487
4. Medical Practice Lm03,512
5. Dental Practice Lm10,610
6. Veterinary Service -
Total Lm166,193
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15030?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` taxxa li nġabar matul is-sena 1999 mis-setturi tal-professjonisti fil-prattika privata tal-professjoni tagħhom huwa kif ġej :
1. Legal Activities Lm 630,813
2. Accounting & Auditing Lm 268,392
3. Architects & Engineering Lm 319,852
4. Medical practice Lm 532,911
5. Dental practice Lm 83,010
6. Veterinary activities Lm 12,661
Taxxa Totali Lm 1,847,639
Dan l-ammont huwa it-taxxa kollha li tħallset mis-setturi indikati u jinkludi taxxa li tħallset fl-1999 għal xi arretrati tas-snin ta` qabel, iżda ma jinkudix xi taxxa li setgħet tħallset taħt is-sistema ta` l-FSS minn xi impieg fl-1999.