Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16271 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li qed tiġi ppjanata ċaqliqa fis-segretarji permanenti? Din marbuta mal-performance review tagħhom? Jekk mhux esklużivament, x'raġunijiet oħra hemm? Meta mistenni isir dan iċ-ċaqliq? Huwa minnu li se jinħatar segretarju permanenti ġdid fil-ministeru tal-finanzi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sar ċaqliq fis-Segretarji Permanenti billi s-Sur Joseph F X Scicluna inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi għal tliet snin b'seħħ mill-25 ta' April 2000. Is-Segretarju Permanenti ta qabel, li wasal biex jirtira, ngħata kuntratt ta' sena bħala Kap tat-Tax Compliance Unit. Is-Sur Joseph Ebejer inħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Politika Soċjali mill-25 ta April 2000.
Leg 9 PQ #16272 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Accruals

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'accruals kien hemm pendenti fi ħlasijiet ta' mediċini, toroq u kuntratti oħra sa tmiem April ta' din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata

Għajnuna soċjali — Abbużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ikkwantifikax l-abbuż li qed isir mill-benefiċċji soċjali? Kemm irriżultaw każi fl-1998, 1999 u 2000 sal-lum fejn dawn ittieħdu minn nies mhux intitolati għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għadu kif waqqaf sezzjoni kontra l-abbuż fl-għoti ta' benefiċċji soċjali. Fix-xahar li ilha topera din is-sezzjoni ġew identifikati 'l fuq minn 250 persuna. Peress li din is-sezzjoni ġiet iffurmata din is-sena, m'hemmx statistika ta' kemm nies inqabdu jabbużaw mill-benefiċċji soċjali fis-snin li għaddew.
Leg 9 PQ #16264 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma dak li ġie rrapportat li qal dan l-aħħar fil-Gżira li jekk iż-żejt ikompli jogħla ma jara xejn ħażin jekk l-Enemalta tidħol f'hedging arrangement ġdid ta' xiri ta' żejt bil-quddiem? Dan kollu kif jikkuntrastja mal-kritika li kienet saret minn ministru minn tiegħu għal hedging li kien sar fi żmien gvern Laburista?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li meta tkellem dwar il-possibilita` li l-Enemalta tidhol f`arrangament gdid ta` hedging, fejn iz-zejt jinxtara bil-quddiem, il-Prim Ministru qal dan fil-kuntest li l-prezz taz-zejt ikompli joghla. Dan ikkonfermah l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija nnifisha. Mhux hekk kien il-kaz meta sar l-arrangament tal-hedging fi zmien l-amministrazzjoni precedenti. Meta sar dak l-arrangament, kien hemm indikazzjonijiet cari li l-prezz taz-zejt kien destinat li jinzel. Ta` min jinnota li b`rizultat ta` dak il-ftehim, bejn Jannar 1998 u Marzu 1999, l-Enemalta tilfet madwar 13-il miljun Dollari Amerikani. Kien biss grazzi ghall-fatt li l-pajjizi li jiffurmaw l-OPEC inghaqdu u sahhew il-prezz taz-zejt, li l-Enemalta ma komplietx tirregistra telf minhabba dan il-ftehim. Dan il-fatt kien wiehed incidentali u li ma setax ikun previst b`mod konkret meta sar l-iffirmar ta` dak il-ftehim. Infakkar li l-arrangament ta` hedging li kien sar fi zmien l-amministrazzjoni precedenti sar minghajr ma kien hemm bazi xjentifika u kontra l-parir ta` l-esperti.
Leg 9 PQ #16265 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

OECD

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-OECD? Is-sħubija prospettiva tagħha mxiet 'il quddiem? Applikazzjoni formali kienet intefgħet, jew kulma kien hemm kien biss declaration of intent?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #16266 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkunu nfetħu ambaxxati ġodda Maltin minn Settembru, 1998 'il quddiem sa tmiem din is-sena? Kemm minnhom igawdu minn arranġament reċiproku fejn il-pajjiż l-ieħor intrabat li jiftaħ ambaxxata f'Malta wkoll?

Response (BORG, JOE)

Minn Settembru 1998 sa l-aħħar ta' din is-sena se jkunu nfetħu żewġ Ambaxxati ġodda, waħda fi Stokkolma u l-oħra f'Ateni. Meta l-Gvern jiddeċiedi li jiftaħ ambaxxata, ma jidħolx f'arranġament reċiproku fejn jorbot il-Gvern l-ieħor li jiftaħ Ambaxxata f'Malta. Id-deċiżjoni l-Gvern jeħodha fl-interess tiegħu sabiex ikun jista jippromwovi l-politika u l-interessi kummerċjali u nteressi oħra ta' Malta barra mill-pajjiż.
Leg 9 PQ #16267 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskedar tad-dati tal-privatizzazzjonijiet għal din is-sena sabiex il-gvern jinżamm on track ma' dak li ħabbar fil-budget? Billi kien intqal fil-white paper li l-entitajiet ewlenin li dwarhom kellu jibda jaħdem il-gvern Malti din is-sena kienu l-MIA, il-Public Lotto, il-Libyan Arab Maltese Holding Co. u l-BOV, apparti mill-Malta Freeport, jista' l-Minsitru jgħid fiex waslu dawn it-trattattivi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarrraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #16268 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni — Advisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mid-deċiżjoni tal-white paper li jiġi appuntat ad hoc advisory committee ġdid dwar il-privatizzazzjoni, li jkun jinkludi fiħ rappreżentanti ta' l-amministrazzjoni, tas-settur finanzjarju uffiċjali u tas-settur privat? X'sar minnha l-wegħda tal-white paper li kellu jinħoloq unit speċjali fil-Ministeru sabiex jieħu ħsieb id-day to day management implimentation tal-pjan ta' privatizzazzjoni? Jekk dawn il-kumitati nħatru, minn min huma komposti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #16269 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Employment Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta għalaq iż-żmien ta' l-employment commission? Meta mistennija tinħatar mill-ġdid?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu ta' tlett snin tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi għalaq fid-29 ta' Frar 2000. Din il-Kummissjoni nħatret mill-ġdid b'effett mit-2 ta' Mejju 2000 għal perjodu ta' tlett snin.
Leg 9 PQ #16129 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eurovision — Nfiq

Question

Kemm nefaq il-gvern ċentrali flimkien mal-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet konċernati fuq is-sehem ta' pajjiżna fil-Eurovision mill-1995 'il quddiem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat Festival Kanzunetta għall-Ewropa fi ħdan id-Dipartiment tal-Kultura matul is-snin 1996, 1997, 1998 u 1999 nefaq hekk: Lm 1996 68,201.27 1997 82,773.70 1998 43,020.26 1999 61,965.38 Iċ-ċifri għas-sena 2000 għadhom qed jinġabru.

Trasport Pubbliku — Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi t-tariffa tal-karozzi tal-linja mir-Rabat, Għawdex sal-vapur? Din it-tariffa tvarja skond il-ħinijiet tal-ġurnata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara ftehim li ġie ffirmat dan l`aħħar, b`effett mis-6 ta` April 2000, in-nollijiet huma kif ġej: (i) 10 ċenteżmi fil-ġranet kollha tal-ġimgħa minbarra l-Ħdud u l-festi pubbliċi għall-passiġġieri kollha li jużaw it-trasport pubbliku bejn il-5:30 u t-8:00 ta` filgħodu, u wkoll għall-ħaddiema tal-Qasam Industrijali tax-Xewkija bejn it-3:45 u l-4:15 ta` wara nofs in-nhar, (ii) 10 ċenteżmi għar-residenti ta` Għawdex li jaħdmu jew jistudjaw Malta u li jkunu jipposedu ċertifikat li jikkonferma dan l-istat, u liema ċertifikat ikun maħruġ mill-Ministeru għal Għawdex għal vjaġġi bejn l-Imġarr u Victoria bejn l-4:00 ta` wara nofs in-nhar u s-6:00 ta` filgħaxija fix-xitwa, u bejn is-2:00 u l-4:00 ta` wara nofs in-nhar, (iii) noll fiss ta` 15-il ċenteżmu għall-vjaġġi l-oħra kollha nklużi l-vjaġġi tal-Ħdud u l-festi pubbliċi.
Leg 9 PQ #16142 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Unjoni Ewropea — Proprjeta'

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru s'issa fuq ix-xiri ta' proprjeta' privata mill-barranin jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Ġie kkummissjonat studju rigward l-akkwist tal-propjeta immobbli min persuni ta' ċittadinanza mhux Maltija fil-kuntest tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #16144 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

BICC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra l-kontijiet tal-BICC?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #16222 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

On line betting

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-proċedura li qed tiġi segwita minn dawk id-ditti barranin li japplikaw għal on line betting? Kemm kien hemm applikazzjonijiet s'issa? Kemm minnhom ġew approvati? Kien hemm xi kumpanniji li weħlu fid-due deligence process?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal-din il-mistoqsija ser tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #16263 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Leġislazzjoni dwar E-commerce

Question

Minħabba d-diversi stqarrijiet li saru, kemm mill-ministeru kif ukoll mis-segretarju parlamentari għas-self-employed, jista' l-Ministru jgħid liema ministeru u liema organizzazzjoni qiegħda taħdem fuq it-tħejjija tal-leġislazzjoni dwar E-commerce?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #15913 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

President tar-Repubblika — Żjarat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li żjarat prospettivi tal-President tar-Repubblika f'pajjiżi barranin bħal dik ta' Kuba ġew miżmuma mill-gvern? X'kienet ir-raġuni għal dan? Kemm kien hemm stediniet lill-President li ma ġewx approvati mill-gvern?

Response (BORG, JOE)

Il-proċeduri stabbiliti għal ħafna snin rigward inviti għal żjarat barra minn Malta lill-President tar-Repubblika, jitolbu li dawn jiġu referiti mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin bil-parir tiegħu għad-deċiżjoni tal-Prim Ministru. Il-prattika kostanti kienet u għadha li l-parir tal-Ministeru lill-Prim Ministru jkun fis-sens li jiġi salvagwardjat l-istatus tal-Presidenza tal-Pajjiż f'każi ta' inviti li jinvolvu diskussjoni ta' materji li jikkonċernaw politika tal-Gvern.
Leg 9 PQ #15914 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ambaxxaturi tal-UE — Konsultazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni tal-konsultazzjoni tiegħek mal-ambaxxaturi tal-UE wara ż-żjara uffiċjali tiegħek fil-Libja? X'kienu l-punti saljenti ta' din id-debriefing? Meta saret, fejn saret u kemm damet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nhar il-Ġimgħa, 14 ta' April 2000 kelli laqgħa fl-Uffiċċju tiegħi, fil-Berga ta' Kastilja ma l-Ambaxxaturi residenti f'Malta tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea. Il-laqgħa damet madwar nofs siegħa. L-Ambaxxaturi wrew interess fl-iżviluppi li qed iseħħu fil-Libja u fir-rwol li Malta tista tieħu biex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tan-nofs in-nhar tal-Mediterran.
Leg 9 PQ #15915 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-jiem li għaddew il-gvern iddeċieda li ħlasijiet miżmuma fi żmien Gvern Laburista konnessi mal-bini ta' l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq kellhom jitħallsu? Kemm se jitħallsu l-kumpannija Svediża Skanska u s-San Raffaele ta' Milan? Se jsiru pagamenti dwar ammonti li kienu ġew ikkontestati? X'jirrappreżentaw dawn il-ħlasijiet? Meta ħarġet l-awtorizzazzjoni tal-ministeru tiegħek?

Response (DALLI, JOHN)

Jiena nfurmat li taħt Gvern Laburista ma kien hemm ebda ħlasijiet miżmuma la lill-Skanska u lanqas lill San Raffaele. Kien hemm claims ta` miljuni ta` liri li ma kienux solvuti. Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-pagament (in full and final settlement) li ġie innegozjat mal-kumpaniji Skanska għal miljun lira, biex bis-saħħa tiegħu l-kumpanija waqqgħet il-claims kollha li kellha pendenti. L-istess fil-każ tal-Fondazione S. Raffaele del Monte Tabor, ġie miftiehem mal-Gvern Malti l-ammont finali ta` Lm80,000, biex, bis-saħħa tieħu, il-Fondazzjoni twaqqaf kull talba pendenti li kellha tul dawn is-snin fuq l-Isptar Tal-Qroqq. Il-pagament lill-Skanska sar f`April u Mejju u lil Fondazione S. Raffaele f`April.
Leg 9 PQ #15916 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trade Unions — Konsultazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet saru mat-Trade Unions dwar l-impatt tal-liberalizzazzjoni tal-komunikazzjoni fuq il-ħaddiema tal-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fuq talba ta` l-istess Trade Unions, saru numru ta` laqghat dwar ir-ristrutturizzazzjoni mehtiega fi hdan il-Maltacom u dwar kif din tista` taffettwa lill-haddiema ta` din il-kumpanija. Dawn il-laqghat inzammu kemm fil-kuntest tal-ftehim ma` l-istess Unions marbut mal-holqien tal-Maltacom, li hadet post il-Korporazzjoni Telemalta, kif ukoll fid-dawl tal-process ta` liberalizazzjoni attwali.
Leg 9 PQ #15917 Sitting 288 2000-05-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Cabinet reshuffle

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonerma li f'intervista riċenti fl-istampa lokali inti ma eskludejtx il-possibbilta' li jsir cabinett reshuffle fi żmien sitt xhur jew sena oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nikkonferma u nżid li l-anqas ma neskludi l-possibilita li jsir reshuffle tal-Kabinett fi żmien sena u nofs, jew sentejn, jew tlett snin oħra.