Jista' l-Ministru jgħid hux minnu li mijiet ta' parking spaces se jitneħħew f'Tas-Sliema u fi Qui-si-Sana sabiex jiġu sostitwiti b'parking lots bi ħlas?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-art agrikola fis-Swieqi se tintuża għal skopijiet ta' housing?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Ninsab infurmat li l-policies għal Swieqi fil-Pjan Lokali jidentifikaw art li diġa` qegħda fiż-żona ta` żvilupp, għal użu speċifiku bħal housing u użi oħra. Biex jintuża għal dan l-iskop trid tintefa applikazzjoni mis-sidien relevanti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk il-gvern hux se jżomm mal-wegħda elettorali ta' l-1998 li l-eta' tal-pensjoni kienet se tibqa' ta' 61 sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa' kelli l-opportunita' f'din il-Kamra li nispjega l-posizzjoni tal-Gvern dwar il-qasam tal-pensjonijiet. Wara li jkollna r-rapport finali tal-Kummissjoni Nazzjonali għar-Riforma tal-Welafare nkunu nistgħu naħsbu bis-serjeta' għall-futur tas-Sigurta' Soċjali f'pajjiżna wara li jkunu ressqu l-fehmiet tagħhom il-partijiet kollha interessati f'dan il-qasam. Kif jaf l-Onor. Interpellant, l-Oppożizzjoni ukoll ġiet mistiedna tressaq l-opinjoni tagħha f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kemm għandha ħsieb li talloka postijiet għall-industrial garages f'Tal-Balal u separatament fiz-zona industrijali ta' San Ġwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet jidentifika żona ġenerali fejn jistgħu jiġu riallokati garage industries jew industrija distributiva, pero` ma jispeċifikax eżatt kemm ser jiġu allokati postijiet. Il-policy hija marbuta ma` kompilazzjoni ta` Development Brief li jidħol iktar fid-dettal.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar hux qed tikkonsidra attivament idea li jiddaħħal resident parking zones u tibda tiċċarġja lil viżitaturi talli jipparkjaw? Tikkonferma li hemm il-ħsieb li dan jibda jsir f'San Gwann?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Nikkonferma li hemm proposta fil-pjan għall-Residents Parking Zones f`San Ġwann u nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal proposta NHSG02 ta` dan il-pjan.
Fl-aħħarnett tajjeb li jiġi spjegat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tagħti direzzjoni permezz tal-Pjan Lokali iżda mhux bilfors hi timplimenta dawn il-proposti.
Jista' l-Ministru jgħid fejn se jiġi mmexxi l-pitch tal-boċċi ta' l-Imsida wara l-pjan tal-local plans biex iċaqilquh minn fejn hu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proposta fil-pjan lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet biex tinbidel il-linja tat-triq arterjali ġo l-Imsida għadha mhix idettaljata biżżejjed biex inkun magħruf l-impatt fuq il-klabb tal-boċċi. Pero` jekk ikun hemm impatt, dan il-klabb jiġi riallokat fiż-żona pubblika li ser tintrebaħ bit-tibdil fis-sistema tat-traffiku.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti se jsiru għall-istudenti universitarji għal parking wara li l-local plan qed jaħseb biex jirristrinġi l-parking, kemm għall-istudenti kif ukoll għall-istaff?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proposta fil-pjan lokali li jkopri ż-żona li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant hija li jintużaw car parks ippjanati b`mod organizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun kbira l-public car park li hemm maħsuba flok l-istadium l-antik fil-Gżira?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal proposti NHGT06 u NHGT07 ta` dan il-pjan.
Fir-rigward tar-rapport li deher fil-Financial Times tat-22 ta' Mejju, 2000 li Pedro Solbes, il-Kummissarju għall-Affarijiet Finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea ġie mwiegħed informalment minn sitt pajjiżi applikanti għal sħubija sħiħa fl-Unjoni li ma kenux ser ifittxu li jadottaw il-Euro sakemm ikunu saru membri sħaħ ta' l-Unjoni, jista' l-Ministru jgħid Malta kenitx wieħed minn dawn is-sitt pajjiżi?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid il-projections tal-Ministeru fuq liema figuri ekonomiċi qed ikunu bbażati? Fuq il-projections tal-Bank Ċentrali jew dawk ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru tal-Finanzi dejjem mexa fuq iċ-ċifri maħduma mill-Uffiċju Ċentrali ta` l-Istatistika u mid-dipartiment tal-Ippjanar Ekonomiku.
Billi l-Enemalta għandha garage attrezzat biex jagħmel kull tip ta' tiswija u spray painting fuq karozzi, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna xogħol li qed isir fuq karozzi tal-kumpannija qed jingħata barra? Kemm kien il-valur ta' xogħol li ġie mgħoddi lill-kuntratturi u ditti privati f'dan ir-rigward minn Ottubru, 1998 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn Ottubru 1998 u Mejju ta` din is-sena, saru biss sittax-il bicca xoghol barra mill-garaxx tal-Korporazzjoni Enemalta. Dawn ix-xogholijiet saru ghand erba` garaxxijiet differenti u b`kollox gew jiswew Lm5218. Dan l-ammont jinkludi wkoll l-ispare parts. Kull xoghol sar wara li saru sejhiet ghall-offerti.
Ix-xoghol li nghata biex isir barra l-garaxxijiet tal-Korporazzjoni kien relattivament zghir meta wiehed iqis li l-Korporazzjoni ghandha aktar minn 150 vettura. Ghaldaqstant f`dan il-kaz mhux korrett li wiehed jghid `hafna xoghol li qed isir fuq karozzi tal-kumpanija qed jinghata barra`.
Tajjeb jinghad li l-garaxx tal-Korporazzjoni qed jigi utilizzat sabiex isir `servicing` ahjar fuq il-vetturi - forma ta` `preventive maintenance` - specjalment biex il-vetturi jkunu tajbin ghall-VRT. Infatti l-Korporazzjoni ma kellhiex problemi f`dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-andament ta' l-auctions li kienu saru meta ħarġu xi stocks tal-Gvern għall-offerti xi xhur ilu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħruġ ta` Stock tal-Gvern f`Novembru 1999 kien ta` Lm 15,000,000 5.9% MGS 2010
Ammont ta` stock li wieħed seta` japplika għaliħ permezz ta` `auction` Lm15m
Mumru ta` offerti li ntefgħu 28
Prezz li biħ ntefgħu l-offerti kull Lm100 nominali Lm101.8600 sa Lm100.4014
`Weighted Average` tal-offerti mitfugħa Lm101.3296
Offerti milqugħa 5
Ammont ta` flus miġbura Lm14,472,609
Ammont nominali Lm14,239,200
Qliegħ magħmul mill-`auction` Lm233,409
Prezz tal-offerti aċċettati Lm101.8600 sa Lm101.4550
`Weighted Average` tal-offerti milqugħa Lm101.6392
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16222?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kumpaniji barranin li jkunu interessati li joperaw `Betting Office` minn Malta skont ir-Regolamenti ppublikati fl-Avviż Legali 34 tad-29 ta` Frar, 2000 jiġu mitluba jibagħtu lill-Malta Financial Services Centre u lill-Gaming Board proposta li tkun tinkludi (a) `company profile`, (b) `audited accounts` tal-kumpanija, u (c) `projections` għall-ewwel tlett snin minn mindu l-kumpanija tibda topera l-Betting Office minn Malta. Dawn il-`projections` jridu jkopru fost oħrajn salarji, spejjeż ta` l-uffiċċju, telekomunikazzjoni, spejjeż bankarji, `marketing`, `turnover`, `gaming tax` u taxxa tal-kumpanija.
Abbażi tal-proposta u d-`due diligence` li l-MFSC jagħmel, jsir rapport minn dan ta` l-aħħar lill-Gaming Board fejn jirrakomanda għandux jitkompla l-proċess għall-ħruġ tal-permess konċernat jew le.
F`każ li r-rapport lill-Gaming Board jkun posittiv, il-kumpanija barranija tiġi mitluba sabiex tirreġistra kumpanija lokalment u tgħaddi dawn id-dokumenti lill-Gaming Board:
a) Ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija lokali u kopja tal-`Memorandum and Articles of Assocation` ta` l-istess kumpanija;
b) il-ftehim tal-kirja u pjanta tal-post minn fejn l-kumpanija ser topera l-`Betting Office`;
c) sottomissjoni bil-miktub ta` l-`electronic betting office control system` kif ukoll ċertifikat ta` approvazzjoni ta` l-istess sitema mill-awditur lokali tal-kumpanija;
d) kopja tal-`Betting Rules`; u
e) applikazzjoni rigward kull persuna li se topera fit-tħaddim tal-`Betting Office`, sabiex sa fejn jkun possibbli, jiġi żgurat li persuni denji biss joperaw fit-tħaddim tal-`Betting Office`.
Wara li l-Gaming Board jkun sodisfatt dwar il-formazzjoni tal-kumpanija lokali u l-post minn fejn l-`Betting Office` ser jiġi operat, issir rakkomandazzjoni lid-Direttur tal-Lottu Pubbliku għall-ħruġ tal-permess, filwaqt li wara li l-Bord jkun sodisfatt bis-sistema ta` kontroll, l-`Betting Rules` u l-persuni, li se joperaw l-`Betting Office` jati l-approvazzjoni tiegħu biex l-`Betting Office` jibda jopera.
Sal-lum dan il-proċess ta` risultati posittivi. Fil-fatt fi żmien qasir minn mindu ġew pubblikati ir-regolamenti, diġa nħarġu ħames permessi lill-kumpaniji differenti. Tlieta minn dawn ingħatalhom ukoll l-approvazzjoni biex jibdew joperaw u waħda minn dawn bdiet topera fit-tieni ġimgħa ta` April.
Għalkemm saru diversi indagar minn kumpaniji barranin, s`issa rċevejna ħmistax il-proposta bil-miktub biex jiġi operat `Betting Office` minn Malta. Ħamsa minn dawn ġew approvati filwaqt li l-għaxra l-oħra għadhom fi stadji differenti ta` proċessar. Sa issa l-ebda kumpanija ma wħlet fid-`due diligence`.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ġodda tal-Employment Commission?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sur Michael J Mallia inħatar bħala c-Chairman il-ġdid tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi. Il-membri l-oħra tal-Kummissjoni baqgħu l-istess.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16265?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-relazzjoni ta' Malta ma' l-OECD hija waħda ta' ko-operazzzjoni f'oqsma ta' nteress komuni. S'issa ma ntefgħet ebda applikazzjoni biex Malta tissieħeb fl-OECD.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16272?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet pendenti sa tmiem April ta` din is-sena huma kif ġej:
Mediċini, apparat u disposables Lm5,137,550
Ħlasijiet Kapitali:
Toroq Lm2,191,174*
Sptar Lm1,060,003
Kuntratti oħra Lm1,009,857
* L-ammont jinkludi Lm2,155,000 li qed jiġu vverifikati mid-Dipartiment.